Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

"Ninsabu għaddejjin minn żmien diffiċli ħafna. Jekk inħobbu lil pajjiżna u lill-poplu tagħna għandna naraw li noħorġu minnu pajjiż aħjar." "Inħossni fid-dmir li ngħid lin-nies dak li qed jiġri u ma nħallihomx fl-għama. Min ikkritikani għax tkellimt, ikkritikani wkoll fil-passat li ħallejt in-nies fl-għama." "Dan il-Gvern jista' għandu mandat leġittimu, imma m'hemm ebda leġittimità fi Gvern li jgħaddi romblu fuq il-governanza tajba u etika." "Il-pożizzjoni tal-Prim Ministru mhijiex tenibbli. Għandu bżonn jirriżenja issa u jħalli l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha." "Kuraġġ ħbieb, erbaħnilhom qabel u se nkomplu nirbħu għax is-sewwa jirbaħ dejjem." "17 Black m'għandix assoċjazzjoni magħha… Ma nafx ta' min hi 17 Black… M'għandi l-ebda assoċjazzjoni ma' dik il-kumpanija." "Evidentament, il-Gvern ġie maħtuf minn organizzazzjoni kriminali." "Mhux se nabdika għalissa. Se nagħmlu l-mandat sħiħ tagħna. Se nkompli nkun iffukat biex immexxi lil dan il-pajjiż. M'iniex baħri tal-bnazzi. Jiena baħri tal-maltemp u ħa nkompli nagħmel dan kif qaluli n-nies fl-elezzjoni li għaddiet." "Jitkeċċew biss? Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom bżonn jiġu arrestati immedjatament, u bħala minimu, jiġu akkużati b'korruzzjoni u b'ħasil tal-flus. Ilhom jingħataw il-protezzjoni mill-kompliċi tagħhom Joesph Muscat għal żmien twil wisq." "Dan huwa assassinju istituzzjonali, ma hemm l-ebda individwu fil-Gvern li qed jkun investigat fuq atti illegali, imma l-ogħla pożizzjonijiet tal- Gvern ġew kompromessi." il-gazzetta tagħti l-istampa ta' dak li ġara fi kwotazzjonijiet... 13 analizi illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 fi kwotazzjonijiet Evarist Bartolo 26/11/19, Facebook Joseph Muscat 24/11/19, One Radio Saviour Balzan 24/11/19, MaltaToday Simon Busuttil 19/11/19, Facebook Konrad Mizzi 25/11/19, Facebook Simon Busuttil 25/11/19, Twitter Konrad Mizzi 26/11/19, Ħdejn il-Parlament, il-Belt Valletta Adrian Delia 26/11/19, jindirizza l-Parlament Joseph Muscat 24/11/19, One Radio Adrian Delia 26/11/19, Jindirizza l-Parlament MINN NADER KABAR

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019