Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
32 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum YENDRICK CIOFFI Bħalissa, u bir-raġun, l-attenzjoni tinsab kollha kemm hi fuq il-Gvern, partikolarment mill-bieb ta' Kastilja 'l ġewwa. Iżda n-naħa l-oħra, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fil-Pi- età, x'qiegħed jiġri? Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM saħqu li qed tikber il-pressjoni fuq it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista biex Simon Busuttil jerġa' jkun rikonoxxut. Deputati u sorsi tal-gazzetta IL- LUM saħqu li wara l-iżviluppi ta' din il-ġimgħa, partikolarment ir-riżen- ji tal-Prim Ministru Joseph Muscat, ta' Konrad Mizzi minn Ministru u ta' Keith Schembri minn Chief of Staff u s-sospensjoni tal-Ministru Chris Car- dona, kibret il-pressjoni fuq it-tmexx- ija, partikolarment waqt il-laqgħat tal-Grupp Parlamentari, biex Simon Busuttil jerġa' jsib postu fix-shadow cabinet. Wieħed mid-Deputati Nazzjonalis- ti insista mal-ILLUM li Simon Busuttil "kellu raġun over and above," u għalhekk għandu jerġa' jsib postu bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni. Dan kien ikkonfermat ukoll mid-Dep- utati l-oħra li tkellmet magħhom din il-gazzetta. Mistoqsija dwar x'qed tkun ir-reazzjoni tal-Kap Adrian Delia u tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, it-tweġiba ta' wieħed mid-Deputati kienet: "Jipposponuh u jaħarbuh. Iħallu- ha pendenti." "Fadal reżistenza fuq Simon," qalilna ieħor. Kien Adrian Delia li neħħa lill-preduċessur tiegħu minn kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar il-gover- nanza tajba, fl-istess jum li kienu ġew ip- pubblikati l-konklużjonijiet tar-rapport Egrant. Minn dakinhar 'l hawn, il-qasma fost id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista ħarġet aktar fil-beraħ u minkejja li fl- aħħar xhur kien hemm sinjali ta' għaqda, b'Simon Busuttil jerġa' jibda jidher anke fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni baqa' qatt ma reġa' ngħata l-irwol ta' kelliem. 'Suppost aħna l-aktar partit b'saħħtu bħalissa' Fl-aħħar jiem, Busuttil reġa' spiċċa fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Waqt il-pro- testi li ġew organizzati mis-soċjetà ċivi- li quddiem il-Parlament is-sitwazzjo- ni kienet kważi kważi surreali u xi it skomda għad-deputati kollha. Malli nhar it-Tlieta ħareġ mill-Parla- ment, lil Delia għajruh "mauż" u "ko- rrott" daqs kemm għajru lill-Prim Min- istru Joseph Muscat, iżda malli lemħet lil Simon u lid-Deputati l-aktar viċin tiegħu, il-folla nfexxet tgħajjat "Simon, Simon" u "Simon kellu raġun." Filwaqt li Delia ma attendiex għall-ak- bar u l-aħrax protesti li ġew organizzati fl-istorja riċenti tal-pajjiż, fid-dawl tal- aħħar żviluppi, Simon Busuttil kien fuq quddiem nett u xi drabi saħansitra kien hu li beda jmexxi l-folla biex tgħajjat "barra" u "postkom ġo Kordin." "Din hija r-realtà," qalilna Deputat tal-Partit Nazzjonalista meta staqsejnieh dwar kif iħossuhom bħala Deputati li ma jistgħux jattendu bħala Oppożizzjoni sħiħa għall-protesti, għax is-soċjetà ċivi- li ma tridx taf b'Adrian Delia. "Imissna aħna l-aktar partit b'saħħtu bħalissa. Suppost qegħdin hemm fuq," qalilna Deputat ieħor. Wieħed mis-sorsi kompla jisħaq li ma hemmx raġuni waħda għaliex Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista mhuwiex milqugħ f 'dawn il-protesti. "Kien hemm sensiela ta' affarijiet, deċiżjonijiet u pożizzjonijiet li ttieħdu u li dejqu lin-nies. Issa ma tistax tir- ranġa s-sitwazzjoni b'azzjoni waħda," insista magħna d-Deputat waqt li tenna li jekk Busuttil jerġa' jkun rikonoxxut għall-ħidma tiegħu, dan jaf ikun pass ieħor 'il quddiem. "Biex ngħid kollox, hemm impenn in- ternament biex l-affarijiet jitranġaw, biex inkunu aktar magħquda. Fadal xi jsir," qalilna Deputat ieħor. Sirna nafu bil-protesta minn fuq Facebook... Interessanti wkoll u dan ġie kkonfer- mat ma' din il-gazzetta minn aktar minn Deputat wieħed, li diversi Deputati, jekk mhux il-maġġoranza, saru jafu minn fuq Facebook bil-protesta li l-Partit Nazz- jonalista kellu jorganizza llum. "Kienet ġennata. Konna qed niddisku- tu biex dawn l-affarijiet ma jsirux, " qal- ilna wieħed mis-sorsi. "Id-diskussjoni ta' nhar l-Erbgħa qatt ma kellha tkun il-protesta tal-PN. Żball kbir," insista sors ieħor mill-Grupp Par- lamentari. Minkejja l-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, is-Segretarju tal-PN, Clyde Puli baqa' ma weġibx sakemm morna għall-pubblikazzjoni. Deputati tal-PN jisħqu mal-ILLUM li Simon Busuttil kellu raġun u postu għandu jerġa' jkun fix-Shadow Cabinet Pressjoni fuq Delia biex jerġa' jdaħħal lil Simon Busuttil fix-Shadow Cabinet