Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 jiddependi mill-ħruġ tar- Renju Unit mill-Unjoni Ewropea) se jkun qed jintroduċi dik li qed isejħilha sistema Awstraljana aktar soda bbażata fuq il-punti biex tikkontrolla l-immigrazzjoni. Id-dikjarazzjoni tal-Partit Konservattiv hija ċara u tonda. Daqshekk preferenzi maċ- ċittadini tal-Unjoni Ewropea, b'Boris Johnson jisħaq li meta r-Renju Unit ivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea, ivvota biex jieħu lura kontroll tal- fruntieri. "Se nitrattaw liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u dawk mhux mill-Unjoni Ewropea b'mod ugwali. Kemm jekk ġejjin mill-Ewropa jew inkella minn partijiet oħra tad-dinja, se nilqgħu lil dawk li jilħqu l-kriterji tagħna," jgħid il- manifest. Propju għalhekk, li l-manifest jisħaq li din is- sistema li qed iwiegħed il- Partit Konservattiv tagħti kontroll lir-Renju Unit fuq min dieħel u ħiereġ mill- pajjiż, filwaqt li tattira l-aqwa u l-aħjar persuni. "Jekk nistabbilixxu sistema ta' kontroll u nwaqqfu l-libertà tal-moviment, nistgħu nkunu kapaċi nattiraw l-aqwa ħaddiema b'ħiliet għolja li jistgħu jikkontribwixxu għall- ekonomija, il-komunitajiet u s-servizzi pubbliċi tagħna," jisħaq il-manifest. "Nassiguraw li l-Brittaniċi jibqgħu fil-kontroll." Min se jingħata prijorità? Fid-dawl ta' dan, il-Partit Konservattiv jisħaq li din is- sistema se tkun qed tagħti prijorità lil dawk li: • jitkellmu u jiktbu Ingliż tajjeb; • dejjem obdew il-liġijiet f 'pajjiżhom; • għandhom edukazzjoni u kwalifikazzjonijiet tajba. "Irridu li r-Renju Unit ikun kalamita għall-aqwa u l-aktar intelliġenti," ikompli jisħaq il-manifest waqt li jkompli jispjega li se jkun hemm "rotot speċjali" għal dawk li jistgħu jikkontribwixxu l-aktar. Rotot speċjali ... Fil-fatt, l-istess manifest, isemmi skemi ta' visas speċjali għal dawk l-immigranti l-ġodda li xogħolhom ikun bżonjuż fis-servizz pubbliku, li jinvestu f 'kumpaniji ġodda u f 'innovazzjonijiet. L-ewwel visa li jsemmi l-manifest hija dik dwar l-NHS (National Health Service). Il-proposta tispjega kif tobba kkwalifikati, infermiera u professjonisti oħra li jkollhom offerta ċara ta' xogħol mill-NHS, li jkollhom it-taħriġ kollu meħtieġ skont l-istandards u li jitkellmu Ingliż tajjeb, se jingħataw permess 'fast-track' biex jidħlu fir-Renju Unit, tariffi orħos għall-visa u anke appoġġ iddedikat biex jidħlu fir-Renju Unit mal-familji tagħhom. "L-aqwa ggradwati fix- xjenza u t-teknoloġija mill- aqwa universitajiet tad-dinja u dawk li jirbħu l-aqwa premjijiet xjentifiċi," wkoll se jingħataw preferenza biex jidħlu fir-Renju Unit. "Dawn il-persuni jistgħu jagħmlu aktar minn kwalunkwe persuna oħra biex jimbottaw 'il quddiem l-iżvilupp xjentifiku u jgħinu l-NHS u l-ekonomija tagħna," jisħaq il-Partit Konservattiv. Visa oħra speċjali li jsemmi l-manifest hija dik mogħtija lill-istudenti, bit- tir tal-Partit Konservattiv huwa li l-universitajiet jattiraw l-aqwa u l-aħjar studenti minn madwar id- dinja u biex dawn jibqgħu jaħdmu fir-Renju Unit wara li jiggradwaw. L-aħħar visa li jsemmi l-manifest hija dik li se tkun offruta lil dawk li lesti jinvestu f 'kumpaniji ġodda fir-Renju Unit. L-ewwel tagħti mbagħad tieħu... Punt bażiku u prinċipali ta' din il-proposta, hija li dawk li jidħlu fir-Renju Unit ikunu taw xi ħaġa qabel jibdew jirċievu u jibbenefikaw huma wkoll minn benefiċċji. "Huwa ġust li kif jiġri f 'pajjiżi oħra, dawk li jagħmlu r-Renju Unit id-dar tagħhom għandhom iħallsu t-taxxa għal perjodu raġonevoli qabel ma jaċċessaw l-għajnuna soċjali," ikompli l-manifest waqt li hawn jiċċara li dan ma jfissirx li mhux se jkun qiegħed jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn, speċjalment dawk li qed jaħarbu mill-prosekuzzjoni. Fil-fatt, dawk li jidħlu fir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mhux se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill- benefiċċji tal-qagħad, tal- akkomodazzjoni u tat-tfal qabel ħames snin. Fost affarijiet oħra, il- manifest jisħaq li r-Renju Unit se jassigura li dawk li jidħlu fir-Renju Unit jgħinu fil-finanzjament tal-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. "Se nassiguraw li ninfurzaw tariffi fuq dawk li jiġu f 'pajjiżna u jużaw is-servizzi tas-saħħa tagħna mingħajr ma jikkontribwixxu," ikompli jgħid il-manifest. Allura wara Brexit min qed jgħix fir-Renju Unit se jitqaċċat 'il barra? Assolutament mhux hekk. Għall-kuntarju, il-manifest jgħid li jrid li ċ-ċittadini tal- Unjoni Ewropea li ġew jgħixu fir-Renju Unit qabel Brexit, jibqgħu. "Aħna kommessi li assolutament niggarantixxu d-drittijiet eżistenti tagħhom u nassiguraw li jħossuhom milqugħa u parti mill-pajjiż tagħna anke wara Brexit," jisħaq il-Partit Konservattiv. L-AĦJAR' F'kummenti mal- gazzetta ILLUM, il- Ministru responsabbli mill-Affarijiet Ewropej, Edward Zammit Lewis fakkar li hemm impenn bejn Malta u r-Renju Unit ibbażat fuq ir-reċiproċità biex il-Brittaniċi f 'Malta u l-Maltin fir-Renju Unit ikollhom id-drittijiet tagħhom mhux mimsusa anke wara Brexit. Madanakollu, il-Ministru fakkar li kollox jiddependi mir-riżultat tal-elezzjoni tat- 12 ta' Diċembru. Għalkemm, skont is-sondaġġi, jidher li l-Partit Konservattiv se jkun qed jirbaħ din l-elezzjoni, kollox għadu jista' jseħħ. "Iżda sa issa l-impenn għadu l-istess," assigura l-Ministru. "Jekk is- sitwazzjoni tinbidel, se nassiguraw li din tinbidel bl-inqas piż." Dwar is-settur tal- edukazzjoni, il-Ministru Zammit Lewis wkoll saħaq li dawk li qed jistudjaw fir-Renju Unit mhux se jkollhom id-drittijiet tagħhom mimsusa. Madanakollu wieħed irid jara jekk meta jseħħ Brexit, ir-Renju Unit hux se jibqa' fil-programm Erasmus. "Min diġà qiegħed jagħmel Erasmus, għandu garanzija li xejn mhu se jinbidel sakemm itemm l-istudji," insista Zammit Lewis. Dwar il-kura, il-Ministru insista li mill-impenn li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi, is-sitwazzjoni wkoll se tibqa' l-istess anke jekk fi kliemu, jista' jkun hemm ċertu kura li għaliha se jibda jintalab ħlas. Madanakollu, il-Ministru Zammit Lewis saħaq li diġà kellu laqgħat mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s'issa jidher li l-Gvern Malti se jkun qed jagħmel tajjeb f 'każ li l-Maltin ikollhom bżonn kura li għaliha jintalbu jħallsu. Huwa saħaq li minkejja li kollox jidher li Johnson se jirbaħ din l-elezzjoni u allura jfisser ukoll vot ta' fiduċja fil-ftehim li hu nnegozja, il-Gvern Malti se jibqa' jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib. "L-agħar ħaġa li tista' tiġri huwa Parlament staġnat," spjega l-Ministru fejn partit jikseb il-maġġoranza iżda mhux biżżejjed biex jiggverna u għalhekk ikollu bżonn l-appoġġ ta' partiti iżgħar. Kien hawn li fakkar li hemm partiti, inkluż il- Partit Laburista li jrid it- tieni referendum u sa issa jidher li huwa t-tielet l-aktar partit b'saħħtu biss, jiġifieri l-Liberali Demokratiċi, li huwa favur li r-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea. Mill-perspettiva tal- Unjoni Ewropea, il-Ministru insista li Michel Barnier, in-negozjatur tal-Unjoni Ewropea għal Brexit għandu l-appoġġ biex anke meta jseħħ Brexit jibqa' jiddiskuti u jinnegozja biex tkun stabbilita r-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit. Nhar il-Ħadd li ġej, l-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li qed jipproponi l-Partit Laburista Ingliż fil-manifest tiegħu Il-Ministru Zammit Lewis jassigura...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019