Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum 'JIDĦLU BISS U IL-WEGĦDA TA' JOHNSON DWAR L-IMMIGRAZZJONI Fadal biss ftit jiem għall-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit. Issa nafu x'qed iwiegħdu l-partiti ewlenin. Din il-ġimgħa l-ILLUM tagħti ħarsa lejn waħda mill-proposti ewlenin ta' Boris Johnson: Sistema li tikkontrolla min jidħol fir-Renju Unit YENDRICK CIOFFI Hekk kif fadal biss it jiem għall-elezzjoni ġenerali bikrija fir-Renju Unit, bħal- lum ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson nieda l-manifest elettorali tal-Partit Konservattiv u waħda mill- aktar punti importanti u ewlenin tiegħu hija l-wegħda ta' sistema ġdida li tikkontrolla lil min jidħol fir-Renju Unit. Fl-ewwel jiem tal-kampanja, kif irrapportat l-ILLUM f 'wieħed minn sensiela ta' artikli dwar l-elezzjoni ġenerali fir- Renju Unit, il-Ministru għall- Intern Brandon Lewis wiegħed li jekk il-Partit Konservattiv jirbaħ l-elezzjoni se jkun qed inaqqas l-immigrazzjoni lejn ir- Renju Unit. Fil-manifest elettorali tiegħu, il-Partit Konservattiv jiċċara aktar il-mira tiegħu u jisħaq li jekk jingħata l-fiduċja, wara li jseħħ Brexit (għax kollox L-AQWA L-AĦJAR' EOI - Malta AgriFair 2020 - MFCC It-Taqsima għall-Kommunikazzjoni Strateġika fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima qed tistieden lil negozji, koperattivi, entitajiet u individwi involuti fis-settur Agrikolu u tas-Sajd sabiex jissottomettu l-interess tagħhom biex jipparteċipaw bħala esibituri waqt il-Malta AgriFair 2020. Din il-fiera ser issir fuq skala nazzjonali fil-Malta Fairs and Convention Centre Ta' Qali, mill-24 sas-26 t'April 2020. Esebituri interessati li jipparteċipaw għandhom jissottomettu l-proposta tagħhom sa mhux iktar tard mid-19 ta' Diċembru 2019 fuq dan l-email: agrifair.mesdc@gov.mt L-għan tal- Malta AgriFair 2020 huwa li toffri pjattaforma lill-partijiet interessati fis- settur agrikolu, filwaqt li tinforma lill-pubbliku rigward l-iżviluppi, teknoloġiji moderni, prodotti u servizzi disponibbli kemm fis-settur agrikolu, bħal-biedja u t-trobbija tal- annimali, kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-qasam tal-akkwakultura. It-tema ewlenija tal- Fiera ser tkun il-kunċett ta' Farm-to-Fork, fejn dan ser jiġi attwalizzat bl-iktar mod innovattiv permezz ta' tliet taqsimiet differenti, ibbażati fuq il-kultivazzjoni tal-art, prodotti tal-bhejjem u s-sajd u l-akkwakultura. Għal iktar informazzjoni l-esibituri li huma interesati li jieħdu sehem huma mħeġġin iniżżlu l-Exhibitor's Information Booklet u l-Expression of Interest Form minn dan is-sit: https://msdec.gov.mt/en/esdw/Pages/Agrifair/agrifairExhibitors Iktar informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz ta' telefonata fuq in-numru (+356) 2292 6209.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019