Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Mhux it-tmiem imma l-akbar daqqa! Il-Gvern ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Bla dubju llum eluf, iktar minn kull protesta li saret sa issa, se jinġabru l-Fgura f 'dak li probabbilment se jkun baħar ta' aħmar jagħti appoġġ u juri solidarjetà mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Minkejja dan, realistikament dan il-mass meeting mhu se jbiddel assolutament xejn minn dik li kienet il-ġimgħa u minn dak li probabilment se jkun iż-żmien li ġej għall-partit Laburista. Din il-gazzetta se tħares lejn l-effetti politiċi li kellhom u li se jkompli jkollhom dawn avvenimenti drammatiċi li qed iseħħu bħalissa fix-xena politika lokali. L-awtorità ta' Muscat tieħu daqqa Matul dawn it-tliet snin Muscat kien il-front illi ta protezzjoni lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, li tħallew jikbru tant fil-partit li l-perċezzjoni hija li huma kważi indispensabbli għall- eżistenza tal-istess partit. Wieħed ta' min jiftakar illi l-istorja tal-Panama u allura dik li tinkludi Hearnville u Tillgate, ħarġet f 'diversi biċċiet f 'diversi episodji li varjaw mill-kxif tal-eżistenza tagħhom sal-kxif ta' 17 Black, sal-emails minn Nexia BT dwar flus li kienu deħlin f 'dawn il-kumpaniji. F'kull biċċa qamu l-irwiefen, f 'kull biċċa ħarġu fatti li ma kinux miċħuda b'fatti oħrajn u f 'kull biċċa l-PM appoġġja u pproteġa lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. Hu dejjem kien jgħid li l-ewwel iridu jgħaddu l-investigazzjonijiet biex jiddeċiedi u kien iġib l-eżempji ta' Michael Falzon u Manuel Mallia, meta fil-fatt vera stenna rapporti jew inkjesti jgħaddu biex iddeċieda. Il-qrubija li Muscat deher li kellu ma' dawn it-tnejn illum qed tagħfas fuq il-kredibilità tiegħu meta issa qed jipprova jżomm distanza minnhom. Dan fisser illi f 'għajnejn sezzjoni ta' votanti li mhumiex tradizzjonalment Laburisti, imma li forsi vvutaw Labour fl-aħħar snin Muscat, f 'għajnejhom, beda jitlef l-awtorità assoluta li seta' kellu. Għalkemm ħafna nies jibqgħu jikkunsidraw lil Muscat bħala politiku 'l fuq mill-prospett ta' ħmieġ, rgħiba u korruzzjoni, kemm fil- Grupp Parlamentari u anke fl-Eżekuttiv bdew joħorġu l-ewwel dubji u mistosijiet dwar jekk kienx għaqli li Schembri u Mizzi tħallew parti mit-tmexxija u f 'Kastilja għal ħafna żmien. Votanti 'roża' xxukkjati, imma marru mal-PN? Isejħulhom floating voaters jew switchers u ma jivvutawx fuq l-istess kwistjoni. Nifhmu li hemm ammont minn dawn li dawru l-vot minħabba n-negozju tagħhom, oħrajn minħabba pjaċir li ma ngħatalhomx u xtaquh, minħabba l-wegħda ta' xogħol u tenders u oħrajn minħabba l-eċċessi ta' Gvern Nazzjonalista, fl-ambjent, fil- kostruzzjoni, f 'għoti ta' tenders u aktar. Ħafna minn dawk li kienu jirrigwardaw lil Gvern Nazzjonalista bħala maħmuġ jew bl-eċċessi msemmijin, probabbilment illum huma ddiżappuntati bl-eċċessi ta' dan il-Gvern. Muscat jaf li minkejja l-popolarità tiegħu, is-settur ta' nies li qed jibdew jixbgħu bl- eċċessi qed jiżdied u fosthom qed jiżdiedu l-Laburisti li mhumiex fanatiċi. Dan is- settur ta' votanti huwa kruċjali biex il-PL iżomm id-distakk konsiderevoli fuq il-PN. Naturalment dan ix-xenarju qed nanalizzawh mingħajr is- sondaġġi li kieku juru aħjar iċ-ċaqlieq tal-votanti, bħalissa. Huwa fatt iżda li ħafna persuni li jissimpatizzaw mal-PL qed ikunu voċiferi fid-diżillużjoni, Din kienet l-agħar ġimgħa tal-Gvern Laburista, f'sitt snin. Probabbilment din se tagħmel l-2019 l-annus horribilis għal-Labour u għax-xena politika lokali kontemporanja Joseph Muscat, fi żminijiet ħafna aħjar għal-Labour

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019