Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
14 opinjoni IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Sewwa qal Fulton Sheen L-Isqof Amerikan li se jkun iddikjarat beatu fil-21 ta' Diċembru G ħamel karriera ta' 22 sena jmexxi programm radjofoniku e Catholic Hour b'4 miljun semmiegħ kull darba. Qaleb għal programm televiżiv Life Is Worth Living bejn l-1951 u l-1957 li kienu jarawh 30 miljun ruħ. Ippubblika sensiela ta' kotba fosthom sebgħa li jien għandi, fosthom l-awtobijografija tiegħu Treasure In Clay u l-ktieb famuż tiegħu Peace Of Soul. Sar professur popolari fl-Ingilterra u fil- Catholic University of America. Kien għalliem rispettat u oratur ta' ħafna talenti, ħafna drabi kien jitkellem mingħajr noti u sikwit jidher iħożż bil-ġibs fuq il-blackboard li kien jakkumpanjah. Ħadem bla heda għall-missjonijiet bl- għodod teknoloġiċi tal-lum. Sar isqof fl- 1951 u miet b'attakk tal-qalb fl-għomor ta' 84 sena, fid-9 ta' Diċembru 1979. Għandi dejn kbir miegħu Jiena għandi dejn kbir ma' dan l-isqof intelliġenti u qaddis. Fl-irtiri li sikwit kien jagħti lis-saċerdoti kien jipproponi dejjem ħaġa waħda. Kien jgħidilhom: "Teħdux ħafna proponimenti għall-ġejjieni; ħudu wieħed biss u jkun biżżejjed għalikom: intrabtu mal-Mulej li kuljum tagħmlu siegħa adorazzjoni u biha jkollkom garanzija li tibqgħu fidili lejn il-vokazzjoni tagħkom sal-mewt." Jiena smajt minnu u bdejt sa mill- ordinazzjoni saċerdotali nagħmel siegħa adorazzjoni kuljum u għadni nagħmilha sal-lum. M'iniex niaħar, qed niaħ qalbi! U għandi nota li tolqot lill-editur ta' din il-gazzetta li kunjomu hu Gauci Cunningham. Inzerta li l-eqreb persuna li għadha ħajja fost il-qraba ta' l-isqof Fulton Sheen hija n-neputija tiegħu Joan Sheen Cunningham. Min jaf hemmx xi rabta bejn l-editur u l-familja tal-isqof Fulton Sheen! Jekk hemm, nifraħlu. Kienet din in-neputija li aċċettat li zijuha jindifen fil-kripta li hemm taħt l-artal maġġur tal-Katidral St Patrick fi New York. Il-miraklu Il-miraklu li safa aċċettat mill- Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin b'digriet tas-6 ta' Lulju u li wassal għall- beatifikazzjoni tal-Isqof Sheen huwa interessanti. James Fulton Engstrom li fi twelidu deher daqs li kieku mejjet f 'Settembru 2010 lil Bonnie u Travis Engstorm mid-distrett ta' Goodfield fi Peoria. It-tarbija ma wriet l-ebda sinjal ta' ħajja waqt li speċjalisti mediki ppruvaw jagħtuha l-ħajja. Ommha u missierha talbu lill-Arcisqpf Sheen biex ifejqilhom lil binhom. In-nases tal-AntiKrist Fl-1947 l-Arċisqof Sheen għamel priedka radjofonika li fiha semma t-tużżana nases li bihom jinqeda l-AntiKrist li jissemma fl-aħħar ktieb tal-Bibbja, l-Apokalissi. Bħax-xitan li l-arma speċjali tiegħu hi l-gideb biex ibigħ id-dnub, l-AntiKrist, skont Sheen, jgħawweġ l-imħuħ tal-bnedmin biex iġegħelhom jemmnu li hu "l-Umanitarju Kbir" li jitkellem fuq il-paċi, il-prosperità u l-ġid materjali." Skont Sheen, l-AntiKrist jiġi liebes bħala l-Umanitarju l-Kbir, li jitkellem fuq il-paċi, il-prosperità u l-ġid materjali mhux bħala għodod li jwassluna sa Alla iżda bħala għanijiet fihom infushom. "Huwa għad jikteb kotba dwar l-idea ġdida t'Alla addattata għall-mod ta' ħajja tan-nies. Isemmi r-reliġjon biex jeqred ir-reliġjon. Saħansitra jitkellem dwar Kristu u jgħid li hu kien l-akbar bniedem li qatt kien hawn!" "Qalb dit-taparsi mħabba għall- bnedmin u t-tpaċpiċ tiegħu fuq il-libertà u l-ugwaljanza, se jkollu sigriet kbir li mhu se jgħidu lil ħadd; hu ma jemminx f 'Alla. U billi r-reliġjon tiegħu tibni fuq l-idea li aħna aħwa mingħajr ma jkollna lil Alla bħala missier, hu se jqarraq saħansitra bil-magħżulin" żied jgħid. "Hu għad iwaqqaf l-anti-Knisja, li tikkopja lill-Knisja għax hu, ix-xitan jikkopja lil Alla. Se tkun il-ġisem mistiku ta' AntiKrist li minn barra tkun tixbah lill- Knisja bħala l-ġisem mistiku ta' Kristu. Fil- ħtieġa ddisprata għal Alla, se jipperswadi lill-bniedem modern, li jħossu waħdu u ffrustrat, biex jixxennaq dejjem iżjed ħalli jissieħeb fil-komunità tiegħu li għad tagħti lill-bniedem skop akbar mingħajr il-ħtieġa ta' bidla personali u mingħajr ma jammetti ħtija personali. Dawn huma jiem li fihom ix-xitan ingħata ħabel partikularment twil" żied jgħid. Jgħodd anke għal Malta Fulton Sheen kien kritiku tan- Nazziżmu u l-Kommuniżmu. Kien aġent effettiv tal-armonija bejn ir-razez. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kiteb: "Kattoliku li jkun kontra l-Lhud huwa Kattoliku li mhux Kattoliku." Ikkundanna l-armi nukleari bħala immorali u kien hemm żmien meta kien favur l-irtirar Amerikan mill-gwerra fil-Vjetnam. Dan li għallem Fulton Sheen sar jgħodd għad-dinja kollha. Sar jgħodd ukoll għal Malta! Teħdux ħafna proponimenti għall-ġejjieni; ħudu wieħed biss u jkun biżżejjed Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth