Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 kotba u ċinema ta' Ramona Depares illustrazzjonijiet ta' Moira Scicluna Zahra Il-Belt Valletta hija belt – hekk dejjem jgħidulna – mibnija mill- ġentlomi għall-ġentlomi. Ilkoll kbirna nisimgħu stejjer dwar kavallieri, dwar nobbli u dwar l-arkitettura glorjuża tal-belt. Imma xi ngħidu dwar il-bqija tal-Beltin, dawk li tul is-sekli għexu hemm, 'il bogħod mill- palazzi grandjużi? Xi ngħidu, f 'kelma waħda, dwar l-abitanti ta' veru tal-belt? Beltin: Stejjer minn Nies Minsija huwa ktieb li nibet mill- qiegħ, mill-għeruq beltin dwar l-istess għeruq beltin. Il-ġurnalista Ramona Depares, imwielda u mrobbija l-Belt Valletta, tikteb dwar dik il-mara li tgħin lir-raġel imexxi l-ħanut tal-grocer, dwar l-eroj tal-futbol li jgħix it bibien 'l isfel, dwar in- nanna li tieħu ħsieb in-neputi, u dwar dak li jmexxi l-karnival. "Li titrabba l-Belt hija esperjenza tal-ħajja partikolari immens," qalet Depares, li qattgħet parti sew minn ħajjitha l-Belt. U kien proprju dak li xtaqet turi fil-ktieb: in-nies li flimkien jagħmlu r-ruħ tal-belt. Il-kavallieri tawha l-qafas – qafas inkredibbilment sabiħ – imma ħadd ma jitkellem wisq dwar dak li hemm ġewwa dak il- qafas. "Għalkemm hemm ħafna kotba fuq il-Belt Valletta u fuq in-nies famużi li għexu fiha, dejjem ħassejt nuqqas fejn jidħlu l-beltin l-oħra," qalet. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għaraf il- valur ta' tali ktieb u, flimkien mal- Merlin Publishers, ikkofinanzja l-proġett tramite l-Fond tal-Ktieb. Ir-riżultat huwa ktieb lussuż, b'qoxra iebsa u qisu maħluq biex jintwera fuq Instagram – rigal ideali għal kull min iħobb il-Belt. Il-ktieb irċieva l-kumplimenti saħansitra mingħand Trevor Żahra, li faħħru bħala ktieb li "jżomm il-Belt ħajja". Il-ktieb mhuwiex awtobijografiku: uħud mill- aneddoti huma bbażati fuq il-ħajja tal-awtriċi – bħal pereżempju kif tgħallmet tgħum taħt Sant'Iermu – filwaqt li oħrajn huma ħolqien tal-immaġinazzjoni tagħha, ibbażati fuq esperjenzi ta' ħbieb, familjari u Beltin oħra. Fil-kitbiet tagħha – siltiet qosra, diretti – Depares toħroġ il-karattru "leali, xi kultant diffiċli wkoll, imma dejjem simpatiku" tal-Beltin, dejjem lesti għal ċelebrazzjoni tkunx għal rebħa tal-futbol jew ta' xi elezzjoni. Dawn is-siltiet qosra jingħataw ħajja viżiva minn Moira Scicluna Zahra, illustratriċi rebbieħa ta' diversi premjijiet, li l-istil grafiku uniku tagħha huwa kummentarju soċjali fih innifsu. Flimkien, Depares u Scicluna Zahra josservaw dak l-affarijiet kollha li it it qed jisparixxu: in-nisa jpaċpċu minn gallarija għal oħra; in-naxra barra t-tieqa. Dawn u ħafna affarijiet oħra qed jisparixxu, proprju għax il-Beltin qed jitilqu mill-Belt. "Il-komunità qed tisparixxi, minħabba prezzijiet li ma taffordjax mindu daħlu dawk in-negozji kollha … qed isir impossibbli għal familji normali jibqgħu jgħixu l-Belt bil-prezzijiet li hemm," kompliet Depares. U bħala riżultat t'hekk, tibża' li l-belt qed issir "ċentru ta' divertimenti omoġeniku u artifiċjali, bl-istess faċċati u bars, l-istess drinks bl- istess prezzijiet u bl-istess happy hour." Kulma tista' tagħmel – u li għamlet – hu li tiddokumenta l-istejjer, l-identitajiet u l-ħajja tal- Beltin qabel ma dawn jisparixxu; u għamlet hekk bl-onestà u l-passjoni ta' Beltija, tikteb għall- Beltin. Beltin: Stejjer minn Nies Minsija jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Beltin: Stejjer minn Nies Minsija Films fiċ-ċinema

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019