Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Charlie's Angels, is-serje tant popolari televiżiva bdiet tintwera fuq it-TV Amerikan f 'Settembru 1976. L-avventuri ta' dawn it-tliet tfajliet mill- isbaħ li kapaċi jiddeffsu għal kull sitwazzjoni taħraq damu jintwerew għal ħames staġuni sħaħ. Fis-sena 2000, inħasset il- ħtieġa li dawn it-tliet speċi ta' aġenti sigrieti li jaħdmu ma' aġenzija privata, jidhru fuq il-liżar il-kbir, bi produzzjoni oħra tliet snin wara. Issa, taħt it-tmun ta' Elizabeth Banks, li hi wkoll attriċi, diversi avventuri oħra spinti qed jistennew lil dawn in-nisa furjużi. Charlie's Angels il-ġdid hu ovvjament ambjentat għall-ġenerazzjoni moderna. L-iskop ewlieni ta' din id- direttrici hu li tesibixxi grupp żgħir ta' nisa sbieħ, sexy, li magħhom ebda maskil ma jiċċajta u li kapaċi jikkumbattu daqs l-iprem ġellieda. Il-kap ta' Sabina Wilson (Kristen Stewart), Elena Houghlin (Scott) u Jane Kano (Balinska) hu l-misterjuż Charles Townsed (Patrick Stewart) li l-aġenzija investigattiva tiegħu issa espandiet sewwa ma' kullimkien, b'aġenti oħrajn jagħmlu ħidma f 'postijiet imferrxa. Dawn in-nisa bravi u mħarrġa b'mod eċċellenti jkunu mitluba jmorru jinvestigaw f 'Hamburg u Berlin, il-Ġermanja, Pariġi u speċjalment f 'Istanbul. L-aqwa azzjoni ta' dan ix- xogħol u anki l-qofol ta' dan il- film isseħħ f 'din il-belt sabiħa u metropolitana Torka. Fil-final, fuq l-akbar missjoni skabruża u perikoluża tagħhom, xi ħadd misterjuż minn ta' ġewwa jittradihom u jdumu ma' jindunaw b'dan. Charlie's Angels jipprovdi sagħtejn ta' divertiment prim, bħal xi film ta' James Bond bl- għan hawn li jesibixxi qawwa u poter lis-sess femminili. Barra li hi d-direttriċi, Banks hi wkoll waħda mill- produtturi, kitbet l-iskript ma' ħaddieħor u għandha l-parti ta' Rebekah Bosley, l-assistenta ta' Charlie. Pulizija korrotti u qattiela, azzjoni furjuża b'manija tal- ġenn, bil-kamera ddur mal-belt ta' Manhattan u l-21 pont li jservu għad-dħul u ħruġ, huma l-ingredjenti tat-thriller polizjesk dwar il-kriminalità, 21 Bridges. Fiċ-ċentru ta' din l-istorja nsibu lil Andre Davis (Boseman), pulizjott ħabrieki li qed ifittex żewġ uffiċjali tal-liġi li huma qattiela u f 'dan il-proċess jiskopri konfoffa vasta li ġġibu fid-dubbju propju wara min qed isus. Meta din it-tfittxija tikkarga sew, jittieħdu passi estremi biex kull pont jingħalaq, vjaġġi fuq it-tliet xmajjar jieqfu, jiġu mbarrati tliet mini tat-traffiku u l-ferroviji ma jkomplux jaħdmu. B'hekk il-qattiela jissakkru fuq din il-gżira. L-avvenimenti spettakulari u l-azzjoni jseħħu fuq medda ta' lejl wieħed, wara li serqa tad-drogi tmur żmerċ u 8 membri tal-korp jinqatlu. Id-detective Andre Davis jibda l-kaċċa tiegħu b'rieda u furja palpabbli, iżda meta l-affarijiet jiżviluppaw b'mod kumpless ikollu jbiddel it-tattika tiegħu. 21 Bridges juri kif pulizija kuraġġuż u onest li meta kellu 13-il sena tilef lil missieru maqtul fuq xogħlu, jibqa' bl-għajn ewlieni li jsolvi l-mewt tiegħu u jistħarreġ fuq dawk il-pulizija li kienu servew miegħu 19-il sena qabel. Dan ix-xogħol hu mimli tensjoni bl-azzjoni kollha sseħħ kważi f 'ħin reali. 23 films illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 CHARLIE'S ANGELS 21 BRIDGES Films ġodda fis-swali taċ- ċinema minn din il-ġimgħa Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Chadwick Boseman; Taylor Kitsch; Sienna Miller; J. K. Simmons; Stephan James. Direttur: Brian Kirk. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 99 min. Ċert. 15 Atturi Ewlenin: Kristen Stewart; Naomi Scott; Ella Balinska; Elizabeth Banks; Patrick Stewart; Sam Claflin; Djimon Hounsou; Noah Contineo. Direttrici: Elizabeth Banks. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 118 min. Ċert. 15.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019