Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
Carmel Cacopardo 15 opinjoni illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika Riflessjoni fuq ġimgħa ta' konfużjoni K if jidhru l-affarijiet bħalissa, Yorgen Fenech għandu mnejn jispiċċa jġorr kollox waħdu, fuq spallejh. S'issa ma jidher li hemm ħadd minn sħabu li kienu indikati fl-informazzjoni li kienet qed tiċċirkola, li ser jakkumpanjah fl-istadju li jmiss tal-investigazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Bosta huma mbellha li l-Pulizija ma baqgħux jgħarblu lil Keith Schembri li ġie rilaxxat mingħajr l-iċken indikazzjoni dwar jekk hux ser jibqa' taħt l-attenzjoni tal-investigaturi. Jekk l-investigaturi jibqgħu b'din il-fehma, bla dubju, f 'xi stadju ser jeħtiġilhom jagħtu spjegazzjoni lill-Qrati dwar kif waslu għal din il- konklużjoni. B'mod partikolari, kif ġie enfasizzat mill-familja Caruana Galizia fi stqarrija għall-istampa nhar il-Ġimgħa, hemm tal-inqas żewġ xhieda u diversi biċċiet ta' evidenza li jimplikaw is-sehem ta' Schembri mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa tal-għoti tal-proklama għall- maħfra ta' Yorgen Fenech. Il-Pulizija għandhom ħafna spjegazzjonijiet x'jagħtu, anke fil-kuntest ta' dak żvelat fir-recordings ta' Melvin euma li ħa l-proklama bil-maħfra biex jixhed dwar dak kollu li jaf. Id-dikjarazzjoni ta' Yorgen Fenech li kontinwament kienet qed toħroġ informazzjoni mill-investigazzjoni tal- Pulizija u li din l-informazzjoni kienet f 'idejn Keith Schembri hi materja li għandha tinkwetana ħafna, għax jekk din hi vera jfisser li r-responsabbiltajiet investigattivi tal-pulizija huma influwenzati minn barra l-korp. Dan jimmina l-proċess kollu investigattiv. Ix-xibka ta' kuntatti illeċti bejn il- politika u n-negozju u l-korruzzjoni assoċjata ma' dawn il-kuntatti hi fil- qalba tal-investigazzjoni fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Tmur lura sa it ġranet wara li l-Gvern tal- Labour immexxi minn Joseph Muscat ħa s-setgħa f 'Marzu 2013. Din ix-xibka torbot lill-Gvern ta' Muscat mal-atturi ewlenin fid-drama li żviluppat din il- ġimgħa. Niakru li dan kollu beda bil-ħolqien tal-kumpaniji sigrieta fil-Panama mwaqqfa min-Nexia speċifikament bl- iskop li fihom jinħbew flejjes maħmuġin ġejjin minn ħidma li kienet qed tkun ippjanata sa minn dakinnhar. 17Black, il-kumpanija offshore inkorporata fid- Dubaj u li wara ħafna żmien sar magħruf li kienet ta' Yorgen Fenech ukoll twaqqfet għal dan l-iskop. Niakru li kienet tissemma ċ-ċifra ta' €150,000 fix-xahar, jew aħjar €5,000 kuljum u dan fil-kuntest tal-iskandlu Panama Papers. Din il-ġimgħa bdiet bis-summit f 'Burmarrad, nhar it-Tnejn filgħaxija bejn Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff fid-dar tiegħu. Dan seħħ lejlet li Keith Schembri ssejjaħ fid-Depot tal-Pulizija biex iwieġeb għall-mistoqsijiet li kellhom l-investigaturi. Bl-informazzjoni selettiva li bdiet ħierġa mid-Depot tal-Pulizija sirna nafu bil-komunikazzjoni stil Mauż bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech iffaċilitata permezz tas-servizzi ta' tabib: Schembri talab lil Yorgen Fenech biex ma jikxfux, u jwiegħdu li jekk jagħmel hekk ikollu l-għajnuna tiegħu. Dan mid-dehra ma wassal imkien għax wara it infurmawna illi Yorgen Fenech kien qed jinsisti mal-investigaturi illi Keith Schembri kien il-moħħ li ppjana l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan ma jidher li impressjona lil ħadd għax Schembri ntbagħat lura d-dar. Waħda mir-raġunijiet li minħabba fihom din l-investigazzjoni ilha għaddejja żmien twil, probabbilment hi li dawk li ppjanaw u kkummissjonaw l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kienu kapaċi jgħattu xturhom, xi drabi x'aktarx bl-għajnuna ta' aċċess għal tagħrif ikklassifikat. Issa li dan kollu qed joqrob lejn it- tmiem hu meħtieġ li nitgħallmu sew minn dak li ġarrabna. Din il-ġimgħa bdiet bis-summit f'Burmarrad, nhar it-Tnejn filgħaxija bejn Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff fid-dar tiegħu