Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret xogħol f 'diversi toroq f 'Għawdex li jammonta għal żewġ miljun ewro u nofs. Il-Ministru Caruana qalet li permezz ta' 'Proġett Għawdex – toroq fil-lokalità tiegħek', Għawdex qed jara titjib sostanzjali fl-infrastruttura. Fakkret li fil-baġit tas-sena d-dieħla, Għawdex ingħatalu vot ta' għaxar miljun ewro u li dan il-vot hu żieda qawwija meta mqabbel mal-vot li kien jingħata Għawdex fil-passat. "Il-programm ta' xogħlijiet li qed inħabbru llum hu parti minn programm ta' xogħlijiet biex tiġi indirizzata l-isfida tal- infrastruttura f 'Għawdex", qalet il-Ministru Caruana. "Din id-darba wkoll adottajna l-istess proċess fejn it-toroq magħżula ġew identifikati wara laqgħat li saru mal-kunsilli lokali Għawdxin biex verament nindirizzaw il-bżonnijiet tar- residenti", qalet il-ministru. "Dan l-investiment ta' żewġ miljun ewro u nofs hu sinjal ċar tal-impenn tal-gvern biex jinbnew mill-ġdid toroq li ilhom snin abbandunati u dan qed nagħmluh biex f 'Għawdex ikollna toroq siguri u ta' kwalità li jitgawdew kemm mir-residenti kif ukoll minn dawk li jżuru gżiritna". It-toroq li se jsiru permezz ta' din l-inizjattiva huma: Fontana: Triq tal-Għajn Għarb: Triq tal-Virtù Għasri: Triq Wied Sara Kerċem: Triq Għajn Tuta u Triq il-Gamiem Nadur: Triq ir-Ramla Qala: Triq il-Kunċizzjoni Xagħra: Triq Marsalforn Xewkija: Triq il-Kbira Dan flimkien ma' xogħlijiet oħra li l-Ministeru għal Għawdex se jimbarka fuqhom fix-xhur li ġejjin, ewlenin fostom il-bini mill-ġdid ta' Triq l-Imġarr fin-Nadur u ta' Triq Sant'Antnin f 'Għajnsielem, liema proġett hu wieħed maġġuri, kif ukoll it-triq li mir- Rabat twassal sa Marsalforn, liema triq għandha tul ta' madwar erba' kilometri. Dan flimkien ma' xogħol ieħor imħabbar diġà fuq iktar toroq u pjazez bħala parti minn 'Proġett Għawdex - toroq fil-lokalità tiegħek'. Il-Ministru Justyne Caruana tħabbar xogħol f'diversi toroq f'Għawdex L-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem (MEA) qed titlob li toħroġ rikjesta biex l-MCESD jissospendi l-aġenda tiegħu u jsejjaħ laqgħa urġenti li tiddiskuti dik li l-MEA qed issejjaħ bħala "kriżi politika, reputazzjonali u morali." L-Assoċjazzjoni sostniet illi dawn l-avvenimenti kollha fl-aħħar jiem, inkluż il-fatt li żewġ eks Ministri qed ikunu investigati kriminalment fuq il-ehim mal-VGH, jistgħu jkollhom riperkussjonijiet serji ħafna fuq is-soċjetà Maltija. Il-MEA appellat biex il-pajjiż imur lura għan-normal anke jekk dan ifisser deċiżjonijiet diffiċli. Finalment l-assoċjazzjoni għamlet referenza għall-inċident fejn ġurnalisti, wara seba' sigħat ta' stennija, issakkru fil-kamra fejn saret il-Konferenza tal- Aħbarijiet b'membru tas-sigurtà li qatt ma deher Kastilja qabel. "Din ix-xena kienet diżgustanti u titraddixxi l-kredenzjali demokratiċi tagħna," sostniet il- MEA. L-MEA titlob laqgħa urġenti tal-MCESD biex tkun diskussa 'l-kriżi politika u morali'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019