Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Ġeneralment tajba Riħ Punent Majjistru forza 4 għal 5 li jdur mil-Lbiċ forza 4 għal 5 Baħar Moderat li jsir ħafif għal moderat Imbatt Baxx mill-Punent Majjistru L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Sabiħ jew ftit imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet tax-xita iżolati Viżibilità Ġeneralment tajba Riħ Nofsinhar ix-Xlokk forza 6 għal 7 għall-ewwel, li jsir mil-Lbiċ forza 4 għal 5 Baħar Qawwi li jsir moderat Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Fid-29 ta' Novembru, Malta ġiet eletta b'suċċess f 'Kategorija Ċ tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) waqt il-31 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-IMO li saret f 'Londra. Malta ġiet eletta mill-ġdid f 'Kategorija (Ċ) tal- Kunsill għall-ewwel darba fit-tieni post b'145 vot. Singapore ġie fl-ewwel post b'152 vot. B'kollox hemm 174 pajjiż li jivvutaw. F'din il-kategorija, taħtha, jiġu eletti għoxrin pajjiż li għandhom interess speċjali fil-qasam marittimu. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ddikjara li "mhux biss Malta ġiet eletta mill-ġdid għall-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f 'Kategorija Ċ, iżda kisbet l-aqwa riżultat li qatt kien hemm. L-apprezzament jgħaddi għal dawk il-pajjiżi msieħba kollha li għal darb'oħra reġgħu kabbru l-fiduċja tagħhom fina". Żied jgħid li Malta tibqa' impenjata biex tkompli ttejjeb il-valuri tal-organizzazzjoni u għandha tkompli tibni fuq il-vokazzjoni marittima tagħha fl-interess tal-komunità internazzjonali". Carmelo Abela semma li b'dan ir-riżultat mill- aqwa, Malta kompliet tikkonsolida l-irwol attiv tagħha fl-affarijiet marittimi. L-elezzjoni ta' Malta tikkontribwixxi wkoll għar-rappreżentazzjoni fil-korp tat-tmexxija tal- IMO mhux biss tar-reġjun tal-Mediterran iżda wkoll ta' numru ta' ekonomiji tal-gżejjer żgħar. Kmieni din il-ġimgħa l-Assemblea kienet indirizzata mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg li rtira s-sostenn li Malta se tkompli tagħti lill- Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u ġibed l-attenzjoni għal numru ta' suġġetti ta' interess speċjali għal Malta. Waqt l-Assemblea, Malta offriet kontribut finanzjarju għall-fond li għandha l-organizzazzjoni biex toffri taħriġ tekniku lill- pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex itejbu l-kapaċitajiet marittimi tagħhom. Qal li dan ir-riżultat hu prestiġjuż ħafna għal pajjiżna u jikkonferma li Malta - li għandha wieħed mill-akbar reġistri tal-vapuri merkantili fid-dinja - tgawdi r-rispett tal-komunità internazzjonali f 'dan is-settur. Il-Ministru Borg, li mexxa d-delegazzjoni waqt l-Assemblea, irringrazzja lill-uffiċjali ta' Transport Malta li bil-koperazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ħadmu biex jinkiseb dan is-suċċess. "Il-gvern kommess li Malta tkompli tieħu sehem attiv f 'dan il-kunsill biex b'hekk ikomplu jikbru s-sigurtà u l-effiċjenza fil-qasam tat- trasport bil-baħar. Dan ir-riżultat ikompli jġedded l-impenn tagħna sabiex Transport Malta tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha fil-qasam marittimu u b'hekk tkompli tikber l-istima li tgawdi Malta f 'dan il-qasam hekk importanti għal pajjiżna", żied il-ministru. L-IMO hi aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Magħquda, responsabbli għas-sigurezza u għas-sigurtà tat-tbaħħir u tal-prevenzjoni tat- tniġġis tal-baħar mill-vapuri. F'Kategorija Ċ l-istati għandhom interessi speċjali fit-trasport marittimu jew fin-navigazzjoni. L-elezzjoni tagħhom għall-Kunsill tiżgura rappreżentanza taż-żoni ġeografiċi ewlenin kollha tad-dinja. Membru tal-Organizzazzjoni mill-1966, Malta hi sostenitur qawwi tal-għanijiet tal- organizzazzjoni u temmen b'mod sod li t-tisħiħ reali tal-istandards ta' sigurezza, ta' sigurtà u ta' prevenzjoni ta' tniġġis fil-baħar u fil-port jista' jinkiseb biss permezz tal-implimentazzjoni universali tal-IMO. Malta eletta fil-Kunsill tal-IMO fit-tieni post b'145 vot – l-aqwa riżultat li qatt inkiseb

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019