Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
27 sport 'Nixtiequ nibnu bażi soda għat-tliet snin li ġejjin u fuq kollox inkomplu nikbru iktar' CHRISTIAN ANTONY MUSCAT Ftit tal-ġranet ilu ngħata bidu għall- kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill- Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu sehem f 'dan it-tournament u dawn huma Buda, United Stars, White Eagles, Club de Swat, Mighty Knights, Titans, Moon u Churchill Wise Guys. Fl-ewwel ġurnata, stajna ninnutaw il-bilanċ li hemm fost diversi timijiet f 'kampjonat li mistenni jkun wieħed ferm interessanti. Kull logħba ddum 50 minuta fejn ikun b'żewġ taqsimiet ta' 25 minuta kull wieħed. Kull tim ikollu tmien plejers jilagħbu fil-grawnd. Fl-ewwel ġurnata spikkaw ir-rebħiet kbar ta' United Stars u White Eagles li ddominaw lill-avversarji rispettivi tagħhom. United Stars għelbu lill-Buda bl-iskor ta' 15-5 filwaqt li anke White Eagles ibbrillaw f 'din l-ewwel ġurnata meta għelbu lil Club de Swat 12-1. Għal Club de Swat Shamshad skorja l-uniku gowl ta' konsolazzjoni. Titans u Mighty Knights ipproduċew logħba mill-isbaħ meta qasmu 14-il gowl. Fl-aħħar mill-aħħar kienu Titans li rebħu bl-iskor ta' 8-6. Anke l-logħba bejn Churchill Wise Guys u Moon kienet waħda bilanċjata bl-iskor ta' 3-2 jindika dan kollu. Fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Wise Guys li ttrijonfaw minkejja li sabu ruħhom gowl minn taħt. Ir-rebbieħ tal-kampjonat 2019/2020 se jkollu d-dritt li jirrappreżenta lil Malta fis-SOCCA Champions League. Aħna tkellimna mal-president ta' din l-assoċjazzjoni l-ġdida Ivan Milosevic fejn tana aktar dettalji dwar dan il- kampjonat il-ġdid. Taħseb li l-ħolma li tant ħdimt għaliha saret realtà? Iva kif għidt tajjeb int, il-preparamenti ilhom li bdew u ħejjejt il-bażi sabiex il-kampjonat tal-Mini-Football ikun suċċess. Ħdimt matul ix-xhur tas-sajf sabiex ikolli organizzazzjoni tajba filwaqt li diversi timijiet tħajru japplikaw. Fl- aħħar mill-aħħar sodisfatt mir-rispons li kelli għax jien kont qed nimmira għal tmien timijiet sabiex jieħdu sehem. Kellimni ftit dwar dawn it-timijiet li applikaw. Iva, kif għedtlek għandna tmien timijiet li qed jieħdu sehem f 'dan l-ewwel kampjonat tal-Mini-Football u dawn huma United Stars, Churchill Wise Guys, Mighty Knights, Club de Swat, White Eagles, Moon, Titans u Buda. It- timijiet għandhom dawk il-plejers ta' ċertu kalibru li kapaċi jagħtuhom spinta kif ukoll joħolqu attrazzjoni partikolari. Fl-istess ħin hemm livell ta' logħob tajjeb, almenu milli stajt nara fl-ewwel ġurnata. Qed ikun hemm erba' partiti kull nhar ta' Sibt fil-grawnd tal-Marsa bl-ewwel logħba li tibda fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar. Kull logħba ddum 50 minuta bit-timijiet li jkollhom sitt plejers fil- grawnd u numru ta' sostituti. Semmejt il-livell tat-timijiet. Taħseb li dan kollu qabeż l-istennija tiegħek? Iva naħseb nasal naqbel miegħek. Jien kuntent minn dak li rajt fl-ewwel ġurnata bit-timijiet li ramaw mhux ħażin. Imbagħad kif għedtlek hemm dawk l-individwi li jagħmlu d-differenza u jkunu determinanti għar-riżultat finali b'mod partikolari meta plejer jiskorja ħames jew sitt gowls kif ġara fl-ewwel ġurnata. Dan il-kampjonat nistgħu nqisuh bħala partikolari minħabba li min jirbħu jieħu sehem f 'kompetizzjoni internazzjonali, hux hekk? Iva bi pjaċir nista' ngħid li min jirbaħ dan il-kampjonat, se jieħu sehem fis-Soccer Champions League, kompetizzjoni li se ssir fis-Slovakkja aktar tard is-sena d-dieħla. Ser ikollna wkoll tim nazzjonali Malti bil- ħolma tiegħi hi li nieħdu sehem ukoll f 'avvenimenti internazzjonali f 'dan l-isport ukoll. Kellkom iċ-ċans ukoll li tieħdu sehem f 'xi logħbiet ta' ħbiberija bħala tim nazzjonali hux hekk? Iva kellna xi logħob bejnietna iżda organizzajna wkoll partita kontra l-MFPA fejn tlifna bl-iskor ta' 5-4. Minkejja t-telfa, tajna qalbna waqt din il-logħba u ħriġt sodisfatt bil-logħob li wrejna. Naf li fadal ħafna xi ntejbu iżda mexjin fit-triq it-tajba. Irnexxielek tgħaqqad kumitat f 'din l-assoċjazzjoni? S'issa l-maġġoranza tax-xogħol amministrattiv għamiltu waħdi iżda hemm ħsieb li nagħmlu kumitat sabiex inkabbru l-operat tagħna. Fil-fatt diversi rappreżentanti tal-klabbs offrew l-għajnuna tagħhom u minn hawn nixtieq nirringrazzjahom minn qalbi. Infurmat ukoll li bħala assoċjazzjoni tal-Mini-Football għandkom kuntatti internazzjonali, hux hekk? Iva fil-fatt bħala assoċjazzjoni tal- Malta Mini-Football ninsabu affiljati mal-World Soccer Federation u aħna konna l-95 pajjiż li dħalna membri ta' din l-għaqda dinjija. Xi tgħidli dwar l-uffiċjali li jikkontrollaw dawn il-logħbiet tal-Mini-Football? Bħalissa għandna l-għajnuna tal- captain ta' Luxol Futsal Emil Raducu li qed jikkontrolla dan il-logħob u ċertament li l-esperjenza tiegħu tgħin sabiex ikollna l-aqwa kontroll possibbli. X'kien ir-rispons tal-plejers għal dan il-kampjonat? Kellna rispons pożittiv ferm għal dan il-kampjonat. Mill-ewwel logħbiet, il- plejers jidhru kuntenti mhux biss bl- ambjent iżda wkoll bl-organizzazzjoni tat-tournament. Nirringrazzjahom li wrew fiduċja fina. X'se jkun l-għan ewlieni tal- assoċjazzjoni minn issa 'l quddiem? L-ewwel u qabel kollox, nixtiequ nibnu bażi soda għat-tliet snin li ġejjin sabiex nattiraw aktar sponsors u fuq kollox inkomplu nikbru iktar. illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019