Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'L-aktar kisbiet sbieħ huma dawk Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Jien minn dejjem kelli mħabba kbira lejn il-futbol, tant li anki meta kont żgħira, anki ta' sena biss l-isbaħ rigal li stajt naqla' kien ballun. Kont nammira lill-plejers li kont nara, speċjalment lil Lionel Messi, u dejjem xtaqt li nkun bħalhom. Kull flixkun fit-triq kont narah ballun, kull bieb ta' garaxx lasta u kull karozza difensur. L-imħabba lejn il-futbol minn dejjem kienet ġo fija u nirringrazzja lil kull mara li lagħbet l-futbol qabli u li b'hekk tatni l-opportunità li x-xewqa li nilgħab il- futbol saret realtà. Riċentament, ħadtu sehem f 'tournament ferm importanti fit- Tajlandja. Agħtina iktar dettalji. Nista' ngħid b'ċertezza li dan it- tournament kien l-iktar wieħed importanti għall-karriera tiegħi għaliex fetaħli għajnejja u tani perspettiva ġdida. Faċli taħseb li qed taħdem ħafna meta tkun qed tkampa sew mal-avversarji li jkollok, iżda meta tilgħab kontra livell daqshekk għoli, tirrealizza kemm verament għad fadlilna xi nlaħħqu bħala plejers. Dan it-tournament immotivani b'mod kbir u bdejt mis-sekonda li wasalt lura Malta nippjana sabiex nagħmel li nista' biex ngħolli l-livell tiegħi. Inħossni onorata u kburija li lgħabt u lbist il-faxxa ta' captain kontra timijiet kbar daqs Franza u l-Iżlanda u nispera li jkolli iktar minn dawn l-opportunitajiet fil-futur. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat- tim tiegħek sa issa? L-aħħar staġun kien l-iktar wieħed li fih kelli esperjenzi li għandhom x'jaqsmu mal-futbol. Kelli l-opportunità li mmexxi t-tim nazzjonali fit-Tajlandja kif ukoll f 'pajjiżna u anki sirt plejer iktar regolari fit-tim tal-kbar tan-nisa ta' Raiders. Bħala tim naħseb kellna staġun li nistgħu nitgħallmu minnu. Il-futur tat-tim huwa wieħed pożittiv ħafna u dan l-istaġun serva biex naraw fiex nistgħu nitjiebu għall-istaġun li jmiss. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall- irġiel u mhux għan-nisa? Sfortunatament, hija idea popolari madwar id-dinja u hija idea tossika għall-futur tal-isport. Kif qed naraw, hemm ħafna potenzjal fl-isport tan- nisa. Normalment min ikollu din l-idea ma jkunx edukat dwar l-isport tan-nisa u joħloq konklużjoni li mhijiex realtà. Kull tifla u mara li tilgħab il-futbol hija ambaxxatriċi għall-futbol tan-nisa u naħseb illi bis-saħħa ta dawn it-tfajliet u nisa qeghdin naraw bidla f 'din il- mentalità . Naħseb matul iż-żmien din l-idea qiegħda tonqos bil-mod il-mod u dan esperjenzajtu jien anki fl-iskola tiegħi. Meta kont Form 1 ftit li xejn kien hemm tfajliet li jilagħbu l-futbol iżda issa li qiegħda Form 5, qed nara li iktar tfajliet qed juru interess u jieħdu sehem, u saħansitra ndunajt li anki s-subien huma ħafna iktar komdi bil- kunċett ta' tifla tilgħab il-futbol. Jien m'iniex interessata li nipprova nbidillu fehmtu jekk huwa ma jkunx hi jrid, minflok jiena dejjem nipprova nirribatti din l-idea bil-futbol stess u nagħmel l-aħjar li nista' kull fejn nilgħab, hux logħba futbol fil-brejk jew logħba man-nazzjonal, għaliex naf li qiegħda nirrappreżenta l-futbol tan-nisa. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan- nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, Pierre Brincat? Jiena grata ħafna lejn Pierre Brincat għal dak kollu li għamel għall-futbol tan-nisa. Nammirah ħafna għal dak li għamel, mhux biss għax għamel kollox mit-tjubija ta' qalbu iżda wkoll għaliex dejjem huwa determinat li jwettaq kulma jixtieq. Kull darba li nitkellem miegħu nitgħallem xi haġa ġdida. Huwa persuna vera umli u ta' rispett, li jagħmel dak kollu li jista' biex jara l-futbol tan- nisa jimxi 'l quddiem. Huma nies bħalu li jimmotivawni biex nagħti dik il- ftit iktar għaliex inħoss li tax-xogħol tqil u tajjeb li għamel biex jien inkun nista' nilgħab il-futbol, l-inqas li nista' nagħmel huwa li nurih li dak li għamel kien imnalla, billi naħdem iktar kemm mat-tim u kemm waħdi. Hemm xi logħbiet li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? L-iktar logħba memorabbli fil- karriera tiegħi hija l-logħba li lgħabna kontra t-Tajlandja. Ironikament hija l-unika logħba li tlift mat-tim nazzjonali imma kienet logħba fejn vera impressjonajt ruħi bit-tim u verament rajt kemm aħna tim li lesti niġġieldu għal kull ballun u nagħtu dak kollu li nistgħu fid-90 minuta li nilagħbu. Logħba oħra memorabbli kienet l-ewwel logħba li lagħbt mat-tim nazzjonali bħala captain, kontra Singapore. Qatt ma ninsa kif ħassejtni meta dħalt fiċ-changing room u rajt il-faxxa mdendla mal-flokk b'kunjomi fuqu. Kien unur li ma ninsa qatt u grata ħafna lejn il-kowċis tiegħi, Dorianne Nissimpatizza mat- tfajliet li jridu jibdew il-futbol iżda ma jistgħux minħabba l-idea dwar dan l-isport għaliex jien kont fl-istess sitwazzjoni IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Maya Lucia - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin, fejn m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha f'dan l-isport li tant u tant tħobb. Hija plejer indispensabbli kemm tat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena kif ukoll ta' Raiders Għargħur FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019