Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 Keith Schembri: minn fuq sa isfel... mill-glorja sal-abbissi ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Keith Schembri, jew aħjar il-Kasco, huwa negozjant magħruf f 'pajjiżna u bħal kull negozjant għandu kuntatti ma' nies differenti f 'partiti differenti. Minkejja kollox iżda Schembri sar popolari u kiseb ħafna mit-tlugħ meta Joseph Muscat tela' fil-poter. Fil-fatt Muscat għamlu Chief of Staff fl-2013. Ir-rebħa Schembri huwa l-persuna wara r-rebħa tal-Partit Laburista, probabbilment għax huwa strateġista tajjeb imma wkoll sforz li qabad taħt umbrella waħda diversi negozjanti kbar li kienu jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista qabel. Għalkemm, xi it jew wisq bħal Richard Cachia Caruana, fis-sens li it nafu dwar is-sehem ta' Schmebri fl-iggvernar, ħafna jikkunsidrawh bħala l-moħħ wara Muscat u l-id wara ħafna mid-deċiżjonijiet li jieħu. Tillgate Iżda wara l-glorja tar-rebħa Schembri daħal fl-akbar kontroversja li issa qed jidher illi se tkun politikament fatali għalih. Ftit wara li l-Partit Laburista daħal fil-Gvern Schembri flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi fetħu żewġ kumpaniji f 'ġurisdizzjoni magħrufa bħala waħda fejn tirrenja s-segretezza u fejn ħafna nies jaħbu introjtu illeċtu jew li jkun ġej minn mezzi dubjużi. Propju għax din hija ġurisdizzjoni sigrieta, ħafna jiħu kontijiet hawnhekk. Dik ta' Schembri kien jisimha Tillgate u ta' Mizzi Hearnville. Jinkixfu minn Daphne Caruana Galizia Ftit qabel l-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers Daphne Caruana Galizia bdiet tikxef dawn il-kumpaniji, bil-mod il-mod billi tagħti ħjiel u ma tgħid xejn iktar. L-ewwel kixfet il-kumpanija ta' Mizzi. Ftit wara ta' Keith Schembri. Dawn ammettew li kellhom din il-kumpanija imma li kienu għadhom se jiddikjarawhom, hekk kif fil- fatt din qatt ma ssemmiet fid- dikjarazzjonijiet tal-assi. Minn hemmhekk qamu l-irwiefen kollha u l-Partit Nazzjonalista niżżel lin-nies fit- toroq jesiġi li l-Gvern ikeċċi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Minkejja dan, il-PM Muscat baqa' jirriuta li jagħmel. Struttura tal-familja/ negozjant: Il-Ministru Konrad Mizzi kien sostna illi din il- kumpanija kien fetaħha biex jitfa' flus li jkun faddal għall- familja, filwaqt li Schembri donnu kien skużat għal uħud għax negozjant. Diversi nies li ma jaqblux mal-Gvern sostnew illi kieku dawn riedu jiħu fond għal familja setgħu faċilment għamlu dan f 'Malta, ġurisdizzjoni trasparenti. Egrant Meta ħarġet l-storja tal- Panama Papers, mill-ewwel intqal li hemm tliet kumpaniji li nfetħu fil-Panama, bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien. Hearnville, Tillgate u l-famuża Egrant. Mill- ewwel bdiet l-ispekulazzjoni dwar ta' min hija din il- kumpanija. L-argument kien illi la l-aktar żewġ persuni qrib Muscat għandhom kumpanija l-Panama, Egrant bilfors li hija ta' Joseph Muscat. L-ispekulazzjoni dejjem żdiedet dwar Egrant iżda l-Prim Ministru dejjem ċaħad li Egrant kienet tiegħu. Marbutin ma' 17 Black Wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia l-Proġett Daphne, konsorzju ta' ġurnalisti, żvela illi 17 Black hija proprjetà ta' Yorgen Fenech. Jirriżulta li 17 Black kienet target client tal-kumpaniji fil- Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi u fiha ntefgħu mal-$1.6 miljun li allegatament kellhom jgħaddu għand il- kumpaniji ta' dawn it-tnejn. L-allegazzjoni hija li minn dawn, $1.4 miljun ġie mill-kumpanija fl-Ażerbajġan Mayor Trans u l-bqija ġew mill-aġent tat-tanker tal-gass. 17 Black ġiet miuħa d-Dubaj fil-Bank Noor. Imma dawn x'għandhom x'jaqsmu mal-Power Station? It-tender intrebaħ mill- Electrogas li hija magħmula mill-kumpanija statali tal- enerġija tal-Ażerbajġan u allura l-konnesssjoni mal-Ażerbajġan, minn Siemens kif ukoll mill- kumpanija GEM Holdings, immexxija minn Tumas Group u Gasan. Yorgen Fenech, wieħed mis-suspettati ewlenin fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kien wieħed mit-tliet Diretturi tal-Electrogas. Ir-rabta li nibtet bejn Malta u l-Ażerbajġan f 'dawn is-sitt snin tmur oltrè minn hekk iżda. Fil-fatt l-istess Proġett Daphne, kien żvela kif iben id-dittatur tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev, Kamaladdin Heydarov, kellu kont fil-Bank Pilatus. Layla Aliyeva u $1 miljun Imbagħad kien hemm l-aktar akkuża gravi, jiġifieri li għaddew it iktar minn miljun dollaru lill-Egrant minn Al Sahra FZCO, kumpanija fid-Dubaj li kellha kont fil-Bank Pilatus. Daphne Caruana Galizia kienet qalet illi saru pagamanenti ta' $100,000 darbtejn fil-ġimgħa f 'temp ta' diversi ġimgħat Jannar. Tinqatel Daphne Nhar is-16 ta' Ottubru 2017 inqatlet Daphne Caruana Galizia f 'karozza bomba. L-istorja kulħadd jaa għalkemm issa għandna suspettat. Yorgen Fenech inqabad ħiereġ mill-pajjiż fuq il-jott tiegħu Gio. Hu kien arrestat u minn hemm qam il-pandemonju politiku li wassal biex Schembri ttieħed id-Depot fejn qatta' sigħat sħaħ interrogat jew mistoqsi mill- pulizija. Jirriżenja Keith Schembri Din il-ġimgħa wara tliet snin ta' pressjoni mill-Oppożizzjoni, mill-midja indipendenti kif ukoll mis-soċjetà ċivili u din il-ġimgħa mill-kabinett tal- Ministri wkoll. Ftit wara biss kien id-Depot u wara dak ħarġet l-aħbar li Yorgen Fenech kien qed jippunta subgħajh lejn Keith Schembri bħala l-mandant fil- qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tard il-Ħamis billejl, il- Pulizija ħabbret illi ma sabitx biżżejjed provi biex tipproċedi kontra Schembri u ħelsitu mill- arrest. Dan kien segwit minn laqgħa tal-Kabinett, maratona li ħadet madwar sitt sigħat u baqgħet sejra sas-sigħat bikrin ta' filgħodu. Fost kommossjoni u saħansitra battibekki barra Kastilja, il-Prim Ministru Muscat ħabbar illi l-kabinett ma qabilx illi jagħti l-Maħfra Presidenzjali lil Fenech. Minflok ikkalma r-rabja, din id-deċiżjoni flimkien mal- iżviluppi li seħħew sal-Ġimgħa filgħodu, dehru li qed iżidu l-impetu ta' dawk li kienu qed jipprotestaw. Dan kollu mmarka l-agħar mumenti tal-Gvern ta' Joseph Muscat u l-akbar kriżi governattiva li kellu dan il-pajjiż fl-istorja politika kontemporanja. Keith Schembri, il-Kasco. Għolla lil- Labour sal-quċċata u tah l-akbar tisbita grazzi għall-Panama. Ħarsa lejn il-karriera stellari, kontroversjali u misterjuża tal-poter wara l-Prim Ministru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019