Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA" DIĊEMBRU 2019 'Qed inħossni traduta u rrabjata ... l-affarijiet ma jistgħux jittawlu' - Dalli Miriam Dalli qalet illi qed tħossha traduta u rrabjata "Kif qed iħossuhom ħafna." Dalli, MEP u kandidat prospettiv għat- tmexxija tal-Partit Laburista, sostniet illi dawk li kellmuha Laburisti jew le, qed iħossuhom "diżorjentati." "Din mhijiex kwistjoni ta' Laburisti u Nazzjonalisti. Din kwistjoni ta' pajjiż kollu kemm hu. L-affarijiet ma jistgħux jittawlu aktar milli hemm bżonn," saħqet Dalli. Bħalissa fil-fatt il-pajjiż qed jistenna lill- Prim Ministru jindirizza lill-pajjiż biex jindika t-triq 'il quddiem li kollox jindika illi se tkun ir-riżenja tiegħu u Mexxej Laburista kif ukoll Prim Ministru ġdid f 'Jannar. Hija qalet fuq il-messaġġ tagħha fuq Facebook illi hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba. "Il-ġustizzja trid issir ma' kulħadd." Dalli ammettiet li dan huwa mument diffiċli għal pajjiżna. "Imma konvinta li flimkien nistgħu nerġgħu nkunu b'saħħitna u niffokaw fuq il-valuri li dejjem sawruna u mexxewna. Il-ġustizzja soċjali u li verament ngħinu lill-aktar vulnerabbli. Għandna dover nagħmlu dan lejn l-eluf li emmnu fina u fdawna u li mingħajrna jispiċċaw imkissra. Bħalma qomna f 'mumenti diffiċli oħra, konvinta li nerġgħu nqumu mill-ġdid, aħjar u aktar determinati." "Pajjiżna ma jistax jibda jirritorna għan-normalità jekk fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru f 'Kastilja se jibqa' Joseph Muscat iggranfat mas-siġġu tal-poter," hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien intervistat fuq NET FM. Delia qal li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru qed toħloq instabbilità kbira fuq pajjiżna, u li l-pożizzjoni tiegħu mhix aktar tenibbli. Delia qal li din sitwazzjoni li mhix aċċettabbli għax din l-inċertezza kollha qed tpoġġi l-ekonomija fil-periklu u l-impjiegi tal-ħaddiema f 'riskju kbir. Joseph Muscat ma jistax jibqa' jokkupa l-kariga tiegħu għall-ġid tal-pajjiż u tal- poplu. Il-Kap tal-PN qal li fl-istess waqt li ġie rilaxxat l-eks Chief of Staff tal- Prim Ministru, saret laqgħa urġenti tal-Kabinett tal-Ministri. Dakinhar f 'Kastilja, il-membri tal-Kabinett kellhom l-opportunità li jieħdu l-aktar deċiżjoni onorabbli iżda ddeċidew li ma jiħdux ħadux azzjoni biex ikeċċu lil Joseph Muscat. Adrian Delia qal li għalhekk hu reġa' mar għand il-President biex għamel appell biex isir kull ħaġa li hija permessa bil-liġi biex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata. Dan għaliex ma' kull ġurnata li qed tgħaddi, qed tibqa' ssofri u titmermer ir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Ir-reputazzjoni ta' pajjiżna qed tinħatt u se tispiċċa fix-xejn. Delia qal li s-sitwazzjoni qiegħda tibqa' tiggrava meta l-Qorti poġġiet lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-eks Ministri Konrad Mizzi u Chris Cardona taħt inkjesta Maġisterjali dwar il-privatizzazzjoni tat- tliet sptarijiet. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, kien fetaħ kawża separata biex dawn l-isptarijiet jirritornaw lura għand il- Maltin u l-Għawdxin. Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni se tibqa' tħares l-interess nazzjonali u tara l-passi kollha li tista' tieħu fl-interess ta' pajjiżna. Huwa qal li dan huwa mument li għandu jgħaqqadna u li l-Partit Nazzjonalista huwa l-għodda biex f 'dan il-mument naħdmu għall-ġid ta' pajjiżna. Din hija sitwazzjoni li ma tistax tibqa' għaddejja u l-Prim Ministru għandu jitlaq minnufih. Miriam Dalli tisħaq illi bħalissa ħafna huma diżorjentati u tappella biex l-affarijiet ma jittawlux bla bżonn 'Malta ma tistax tibda tirritorna għan- normalità jekk jibqa' Joseph Muscat' - Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019