Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
26 sport 'Kull falliment huwa opportunità biex titgħallem xi ħaġa ġdida fil-basketball' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Bħala sport minn dejjem kien jogħġobni għall-fatt li huwa sport attiv ħafna u fih ħafna azzjonijiet fi it ħin. L-ewwel opportunità li ġietni biex nilgħab ma' tim, kienet meta kelli 14-il sena. Minn mindu bdejt nilgħab sal-lum il-ġurnata nista' ngħid li l-imħabba tiegħi lejn l-isport u b'mod partikolari lejn il- basketball, kibret immensament u għadha tikber. X'responsabbiltà kont tħoss għall-fatt li int kont il-captain ta' Depiro? Il-fatt li jien kont captain tat-tim kien ta' unur għalija. Bħala captain tat-tim, kont inħoss li kelli responsabbiltà kbira lejn it-tim biex kemm jista' jkun nibqgħu magħqudin speċjalment wara xi telfa. Barra minn hekk, nemmen li l-eżempju li kont nagħti lit-tim ried ikun wieħed pożittiv mhux biss fil-prattika tal-logħba imma wkoll fir-rispett lejn il-kowċ. Kif kien jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mat-taħrig u l-logħob li kien ikollok ma' Depiro? Personalment, inħoss li l-bilanċ bejn ix-xogħol u t-taħriġ u l-logħob huwa wieħed importanti … u biex issib dan il- bilanċ, xi kultant ikollok tnaqqas minn affarijiet oħra fosthom il- ħruġ mal-ħbieb jew mal-familja. Li tikkommetti ruħek għall- isport mhux dejjem tkun faċli għalhekk nemmen li l-bilanċ huwa fattur importanti għalija biex jirnexxili nlaħħaq. Kif qed tħares lejn il-futur tat- tim ta' Depiro? Qed inħares lejh b'mod pożittiv fejn ħafna mill-plejers għadhom taħt it-23 sena. Jekk jibqgħu jaħdmu u jagħrfu l-kapaċitajiet tagħhom, nemmen li l-futur tat-tim huwa wieħed sabiħ. X'kienu l-esperjenzi li kellek mat-tim nazzjonali tal- basketball? Kelli żewġ esperjenzi, darba mat-tim ta' taħt it-18-il sena u darba mat-tim tal-kbar. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Nimmaġina li bħal kull sportiv ieħor, xi darba jew oħra għaddietli minn moħħi li nipprova nsib tim barra min xtutna, però nemmen li hija ħajja diffiċli mmens u ta' dedikazzjoni kbira. Però, qatt ma kelli dik ix-xewqa li rrid nilgħab barra minn xtutna. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-president ferm ħabrieki Pawlu Sultana? L-MBA hija importanti mmens għall-basketball u nħoss li fl-aħħar it snin bid- diffikultajiet kollha li tfaċċaw, xorta baqgħet tinsisti għall-ġid komuni. Pawlu u t-tim tiegħu għamlu xogħol siewi għall- basketball lokali però bħal kull ħaġ'oħra dejjem ikun hemm x'tirranġa. L-aċċessibiltà għall- basketball, inħoss li kibret imma l-interess għal-logħob għad baqagħlu ħafna iktar fejn jogħla. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-court fil-Padiljun f 'Ta' Qali li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati ma'dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali? Ir-riżorsi huma tajbin għall- iskop tal-basketball, fl-aħħar snin saru rinovazzjonijiet tal-court innifsu kif ukoll tal-padiljun li taw ħajja ġdida lill-basketball lokali. Barra minn hekk, l-iżvilupp tat-training courts kien wieħed kruċjali biex il-basketball jkun aktar aċċessibbli. Il-media f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Le, ma naħsibx li hemm biżżejjed pubbliċità fuq il- basketball. Din ma tiġix biss mill-MBA jew il-media imma tiġi wkoll mill-klabbs lokali. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball f 'Malta kemm fil-kamp maskili kif ukoll fil-kamp femminili jkun jista' jgħix esklussivament permezz tal-basketball? Din il-ħaġa tiddependi minn ħafna fatturi li jinvolvu kull aspett min-naħa tal-plejer u l-amministrazzjoni. Għalkemm nemmen li tista' tkun xi ħaġa possibbli fil-futur, irid ikun hemm ħafna xogħol min-naħa tal-klabbs u tal-MBA. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil-basketball lokali u mhux biss għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil- basketball. Żommu kultura ta' taħriġ, fejn dejjem tista' titgħallem xi ħaġa ġdida. It-talent mhux dejjem ikun biżżejjed. Kull falliment huwa opportunità biex titgħallem xi ħaġa ġdida fil- basketball. IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Andrew Aquilina - eks plejer tal- ogħla livell fil- basketball, fejn kien jokkupa l-kariga ta' captain ta' Depiro, li wara tant suċċessi, iddeċieda li jirtira mil- logħba li tant iħobb minħabba raġunijiet personali.