Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport 'Ix-xewqa ewlenija tiegħi hi li nsir bowler professjonali' Kayden Lagana huwa tfajjel ta' 11- il sena li riċentement seraq ix-xena wara li rebaħ il-midalja tad-deheb f 'kompetizzjoni internazzjonali tal- bowling li saret fl-Irlanda. Dan l-unur kien il-kontinwazzjoni ta' suċċess ieħor li kiseb l-istess Lagana ftit tal-jiem qabel meta rebaħ il- midalja tal-fidda f 'avveniment ieħor internazzjonali li sar fil-Belġju. Lagana ddomina l-grupp tiegħu mill-bidu sal-aħħar u kiseb medja eċċezzjonali ta' 194 pin filwaqt li żamm l-ewwel post fis-semi-finali wkoll. Fil-finali, Lagana għeleb lit-tliet plejers avversarji oħra li għaddew għall- finali biex b'hekk rebaħ b'mod meritat. L-ILLUM tkellmet ma' Kayden Lagana li min-naħa tiegħu kien ferm sodisfatt b'dak li rnexxielu jagħmel. Kif ħassejtek meta rnexxielek tirbaħ il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-bowling li saret fl-Irlanda? Ħassejtni ferm eċitat iżda fl-istess ħin kburi li rrappreżentajt l-bandiera Maltija fl-isport li tant inħobb. Lgħabt tajjeb u kont konċentrat mill-bidu sal-aħħar. B'hekk ġibt riżultat sabiħ u prestiġġjuż kemm għalija kif ukoll għal pajjiżi. Din kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali jew inkella kellek oħrajn? Le fil-fatt fi tmiem il-ġimgħa ta' qabel kelli esperjenza tajba fil-Belġju fejn irnexxieli niġi fit-tieni post u b'hekk irbaħt il-midalja tal-fidda. Wara l-aħħar logħba tal-finali fl-Irlanda ħarġuli serje ta' splits tajba u dan għeni sabiex navvanza fil-kompetizzjoni. B'kollox kelli seba' esperjenzi barra minn Malta fejn fihom ħadt tliet rebħiet u runner- up. Kemm ilek tipprattika l-bowling? Bdejt meta kelli madwar tmien snin. Minn dejjem jaffaxxinani dan l-isport. B'kollox ili tliet snin u dejjem inħares 'il quddiem biex nitjieb dejjem aktar. Fejn tmur skola u f 'liema sena tinsab? Jien nattendi l-iskola nazzjonali tal- isport f 'Pembroke u ninsab fit-tieni sena tas-sekondarja. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-bowling u mal-iskola? Dejjem nipprova nlaħħaq ma' kollox. It-taħriġ tal-bowling inħobbu u fuq kollox nieħdu b'serjetà kbira bħalma wara kollox nieħu l-istudju u x-xogħol tad-dar. Fuq kollox inħobb inqassam sew il-ġurnata ħalli nlaħħaq ma' kollox. Xi tgħidli fuq il-bowling bħala sport? Bħala sport mhux irħis kemm biex tixtri l-blalen kif ukoll żraben u cleaners. Saħansitra anke biċċa biex timsaħ il-blalen mhux daqshekk irħisa. Madankollu kull apparat li jintuża hu importanti sabiex tirnexxi u tikkompeti bl-aqwa mod. Kemm hu importanti li tuża moħħok f 'dan l-isport? Importanti ħafna li tkun moħħok hemm u fuq kollox tiffoka waqt il-logħba biex b'hekk ikollok shot konsistenti. Tiskanta kemm il-moħħ jilgħab parti importanti bis-shot li tagħti, is-saħħa li toħroġ biha u fuq kollox il-mira. U kemm hi importanti l-mira? Il-mira hi fundamentali speċjalment meta tidħol it-teknika biex tkun tista' tilgħab tajjeb. Fil-fatt aħna nħarsu lejn il-boards tal- art mhux lejn il-pins. Biex tolqothom trid tikkonċentra ħafna. Kemm-il siegħa titħarreġ fil-ġimgħa? B'kollox nitħarreġ disa' sigħat f 'ġimgħa. Ħames sigħat minnhom nagħmilhom waqt il-ħin tal-iskola peress li nattendi l-iskola nazzjonali tal- isport filwaqt li magħhom irrid inżid erba' sigħat oħra mal-kowċ tiegħi Rick Vogelesang. Kif għedtlek dan il-ħin hu ferm importanti għalija minħabba li dak li nitħarreġ għalih nipprova nipprattikah waqt il-logħba. X'inhi x-xewqa personali tiegħek f 'dan l-isport? Ix-xewqa ewlenija tiegħi hi li nsir bowler professjonali u forsi nilgħab ukoll PBA jew aħjar fi ħdan il- Professional Bowling Association. IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019