Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

dawk li li jmorru kontra l-kurrent' 31 sport Theuma u Charlene Zammit, li fdawli dan l-unur. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? L-esperjenza tiegħi personali mal- MFA hija waħda tajba ħafna. Dejjem trattawna ta' professjonali. Kull darba li jkolli tournament man-nazzjonal ma nkunx nista' nemmen xi privileġġ għandi u żgur li ma nistax ingorr minn kif jitrattawna l-MFA. Tikkunsidra l-possibbiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Bħalissa qiegħda niffoka fuq l-istudju għaliex hija sena kritika għalija akkademikament, iżda dejjem lesta nikkunsidra li nilgħab il-futbol bħala xogħol. Jien inħobbha ħafna lil Malta u ma nimmaġinanix insiefer għal żmien twil għalissa imma miftuħa għall-idea fil-futur. Għalissa ser niffoka fuq il- ħolma tiegħi li nsir avukat u nistinka l-aħjar li nista' biex issir realtà iżda lesta nikkunsidra din il-possibilità jekk ikolli l-opportunità. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-iskola u mal-futbol? Li nlaħħaq mal-iskola u mal-futbol naħseb hija l-ikbar problema xi kultant, mhux għalija biss iżda għal kull min hu tampari, speċjalment f 'dan iż-żmien tal-eżamijiet, iżda qatt ma naqta' qalbi għaliex ċerta li kollox possibbli jekk wieħed ikun lest jagħmel is-sagrifiċċji neċessarji. Il-futbol għalija mhux biss sport iżda stil ta' ħajja. Il-mod kif niekol u x'nagħmel fil-ħin liberu tiegħi huma kollha mdawrin mal-futbol. Inħossni mitlufa mingħajr skeda mimlija u allura nieħu gost li jkolli ħafna x'nagħmel matul il-ġurnata. Ġieli nsibha diffiċli biex inlaħħaq ma' skola, futbol, gym, mużika, privatijiet u ħajja soċjali imma naf li jekk għandi ħolma rrid naħdem biex inwettaqha u li fl-iktar mumenti ta dubju u għejja iktar għandi naħdem, għaliex dawk huma l-mumenti li jiddefinixxu l-karattru. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Naħseb li jekk nibqa' naħdem u nżomm id-determinazzjoni li għandi, għandi potenzjal għall-futur tajjeb. Iżda għada ma jafu ħadd u għalhekk irrid naħdem kemm niflaħ biex nilħaq fejn irrid nilħaq. Nemmen li abbilità għandha l-limitu tagħha, u li vera ġġib suċċess hija l-ħidma. Naħseb jekk nibqa' bil-mentalità li għandi issa, kollox jgħaddi b'wiċċ il-ġid u għalhekk importanti li dejjem nagħmel l-aħjar deċiżjonijiet dwar x'nagħmel u ma' min nagħmilha, speċjalment f 'dan iż-żmien f 'ħajti ħalli nibqa' fuq it-triq it-tajba. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi lill-futbol tan-nisa biżżejjed? Il-futbol tan-nisa huwa rrappreżentat minimalment fil-medja u naħseb li din tikkontribwixxi għan-nuqqas ta' edukazzjoni dwar il-futbol tan- nisa. Hemm bżonn li l-medja terfa' iktar responsabiltà u tagħmel sehema fix-xena tal-futbol tan-nisa f 'Malta. Il-futbol tan-nisa qed jikber b'rata mgħaġġla u huwa xieraq li l-medja tirrealizza li qiegħda lura, u tistinka biex tlaħħaq. Hemm bżonn li l-futbol tan-nisa jibda jittieħed iktar bis-serjetà u l-influwenza kbira li għandha l-medja kapaċi tgħin ħafna f 'dan ir-rigward. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis- serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Jien inħeġġeġ lil kull tifla li tixtieq tibda l-futbol jew kwalunkwe sport ieħor biex tippruvah għaliex naf personalment l-impatt pożittiv li kellu fuq ħajti. Nissimpatizza mat-tfajliet li jridu jibdew il-futbol iżda ma jistgħux minħabba l-idea dwar dan l-isport għaliex jien kont fl-istess sitwazzjoni. Jien xtaqt nibda futbol ta 3 snin iżda bdejt ta 11-il sena minħabba din l-idea u għadni sal-lum nixtieq li bdejt qabel. Inħeġġeġ lill-ġenituri biex jimmotivaw lit-tfal tagħhom jagħmlu dak li jixtiequ u biex idaħħlu lil uliedhom fl-isport għaliex għandu benefiċċji kbar ħafna għall-iżvilupp tal-karattru fit-tfal. L-isport jgħin lit-tfal jiskopru min huma u l-potenzjal tagħhom. Il- futur tagħna jinsab fit-tfal iżda huma l-ġenituri li jiddeċiedu x'futur ikollna u b'hekk inħeġġeġ lil kull ġenitur li qed jaqra biex jimmotiva lil uliedu jwettqu il-ħolma tagħhom, anki jekk tinstema' impossibli, għaliex l-iktar kisbiet sbieħ huma dawk li m'humiex mistennija; dawk li jmorru kontra l-kurrent. illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 Inħeġġeġ lill-ġenituri biex jimmotivaw lit-tfal tagħhom jagħmlu dak li jixtiequ u biex idaħħlu lil uliedhom fl-isport għaliex għandu benefiċċji kbar ħafna għall-iżvilupp tal-karattru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019