Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
05 analizi illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 Il-Gvern ta' Muscat wara din il-ġimgħa jekk mhux rabja, tagħhom fil- pubbliku. Minkejja dan, meta wieħed jitkellem ma' ħafna minn dawk li huma ddiżgustati, imdejqin jew irrabjati bl-aħħar żviluppi tinduna li hemm xejra komuni. Imdejqin bis-sitwazzjoni preżenti imma ftit minnhom qed jikkunsidraw li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista, anke f 'dan il-mument hekk delikat u ħażin għall-Partit Laburista. Dan probabbilment huwa sforz xhur sħaħ ta' ġlied intern, attentati biex jitneħħa Delia u storja dwar kont f 'Jersey f 'isem Delia, li dwaru qatt ma ħarġet il-verità kollha permezz ta' deċiżjoni mill- Qorti jew permezz ta' inkjesta Maġisterjali. L-impressjoni ta' 'partit maqsum' għadha hemm minkejja sforzi biex jidher il- kuntrarju u dan mhu qed jgħin xejn lill-immaġini tal-partit. Konrad Mizzi u Keith Schembri. Spiċċuti? Bħalissa u għalissa l-futur ta' dawn iż-żewġ personaġġi li kienu fil-qofol tal-partit jidher inċert għall-aħħar. Keith Schembri kien għadu d-depot qed jiffaċċja mistoqsijiet. Il-futur tiegħu jidher l-aktar inċert u jekk b'xi mod ikun allaċjat mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mhux biss tispiċċa l-karriera politika tiegħu imma jegħreq hu u hemm ċans li jgħerreq miegħu lil Muscat. Dan fil-fatt ikun, politikament l-aktar xenarju diżastruż, mhux biss għall- partit imma ħafna iktar għall- pajjiż. Jekk b'xi mod jiġri dan, il- pożizzjoni ta' Muscat tkun taħt tant pressjoni u dellijiet li qajla jkun jista' jirkupra minn din id-daqqa. Fi kliem ieħor il-pożizzjoni tiegħu ma tibqax tenibbli. Titkisser il-fiduċja fil- politiċi kollha L-effett tal-aħħar żviluppi drammatiċi fil-pajjiż, imorru oltrè mil-Labour. Il-każ tant hu ta' dimensjoni kbira li ħafna għadhom qegħdin jiddiġerixxu l-ħafna informazzjoni dannuża u serja li qed toħroġ. L-effett li jkollha kwistjoni tant kbira bħal din hija li ħafna nies jibdew jitilfu l-fiduċja fil-politika speċjalment meta wieħed iqis li dawn l-affarijiet kollha qed jiġru lil Gvern ta' sitt snin li kien elett wara 25 sena kważi mingħajr interruzzjonijiet ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan is-sentiment ta' apatija huwa negattiv ħafna però jiffavorixxi l-Gvern. Huwa negattiv għaliex apatija kbira u mifruxa ġeneralment twassal għall-istatus quo, fejn kollox jibqa' l-istess anke jekk għandu bżonn jinbidel. Tajjeb għall-Gvern però għax l-istatus quo dejjem jaqbel għal Gvern kwalunkwe u għaliex meta tpoġġi kollox fil-miżien il-Gvern se juża l-argumentazzjoni li aħjar dak il-korrott li taf u li jibgħatlek xi ċekk jew jagħtik xi promotion, milli l-korrott li ma tafx (better the devil you know). Meta n-nies ikunu apatetiċi din taħdem, ma taħdimx meta jkun hemm oppożizzjoni li qed tattitra lin-nies u taspira bħalma ġara bejn l-2008 u l-2013. Tikkarga t-tiġrija għal mexxej ġdid... Minkejja li Muscat jibqa' l-mexxej indubitat tal-Partit Laburista u popolari ħafna mal-għeruq, l-iżviluppi fil- ġranet li ġejjin jistgħu jwasslu u fil-fatt qed iwasslu biex minn taħt tibda tikkarga bil-mod il- mod it-tiġrija fi ħdan il-Partit Laburista għal Mexxej ġdid. Fearne jidher ippreparat sew b'attivisti oħrajn diġà jxerrdu ritratti tiegħu. Kieku Muscat kellu jirriżenja minn Prim Ministru, Fearne jista' jkun li jeħodlu postu hekk kif hu Deputat Mexxej. Dan naturalment jgħollih u jagħtih ċerta saħħa. Miriam Dalli, meqjusa bħala l-favorita fost l-attivisti 'ta' Joseph', tilfet xi ftit mir-ritmu li kienet qabdet iktar kmieni din is-sena u l-kampanja tagħha laħqet il-quċċata wara li kisbet riżultat fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew li jiżboq dak ta' kull kandidat ieħor Laburista fl-istess elezzjoni, kemm ilha ssir elezzjoni simili. Minkejja dan huwa probabbli ħafna li Dalli tirkupra sew fi żmien qasir. Keith Schembri, jegħreq hu, jegħreq Muscat miegħu!