Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
08 aħbarijiet IL-ĦADD 1 DIĊEMBRU 2019 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Yorgen Fenech, is-sid tal- kumpanija 17 Black u eks Direttur tal-Electrogas ittella' l-Qorti u qed ikun akkużat li organizza u ffinanzja l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Qorti kienet mitluba tissekwestra l-assi ta' Fenech, imma d-difiża appellat biex dan ma jsirx. L-akkużat wieġeb mhux ħati. L-Ispettur Keith Arnaud tela' jixhed u kien mistoqsi jekk Keith Schembri kienx parti mill- investigazzjoni tiegħu bit-tweġiba tkun fil-pożittiv. In-negozjant Malti ġie arrestat meta nqabad ħiereġ fuq jott ġimgħa u nofs ilu minn Portomaso. Jidher li l-Pulizija kienu ilhom xhur isegwu lil Fenech fejn saħanistra, anke bil-permess tal-Prim Ministru, is-Servizzi Sigrieti Nazzjonali interċettaw it-telefonati tiegħu. Fenech issemma wkoll minn Melvin euma, l-intermedjarju li ngħata l-maħfra Presidenzjali. Fenech qed jimplika wkoll lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u qed jisħaq li għandu recordings ta' telefonati. Minkejja dan, Schembri nħeles mill-arrest bil-Pulizija tgħid li ma kienx hemm bżonn li żżommu għal aktar interrogazzjoni. Fenech ukoll talab il-maħfra Presidenzjali biex jikxef informazzjoni u din ġiet miċħuda kemm mill-Prim Ministru u anke mill-Kabinett wara laqgħa ta' seba' sigħat bejn il- Ħamis u l-Ġimgħa. L-arrest ta' Fenech wassal lill- Gvern għal kriżi kbira, bir-riżenja ta' Schembri nnifsu, il-Ministru Konrad Mizzi u s-sospensjoni tal- Ministru Chris Cardona. Il-Gvern jiffaċċja l-agħar kriżi tiegħu ... Il-Gvern Laburista, immexxi minn Joseph Muscat qed jiffaċċja l-agħar kriżi tiegħu hekk kif minn ħin għall-ieħor qed nistennew ir-riżenja tal-PM Joseph Muscat wara żewġ riżenji u sospensjoni din il-ġimgħa. Jidher illi Muscat sab reżistenza fil-laqgħa tal-kabinett issa famuża li bdiet il-Ħamis fit-8:30p.m u baqgħet sejra sal-Ġimgħa fit- 3:30a.m. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta qalu illi filwaqt li fil- laqgħat preċedenti l-Kabinett deher f 'appoġġ sħiħ wara l-Prim Ministru, f 'dik tal-Ħamis, l-attitudni nbidlet u wħud mill- membri tal-Kabinett infexxew f 'għajjat u anke theddid illi jirriżenjaw. Primarjament, kien hemm id- Deputat Prim Ministru Chris Fearne li għamilha ċara li hu mhux se jibqa' jaċċetta s-sitwazzjoni kif inhi. Miegħu f 'vuċi ta' protesta għas-sitwazzjoni ngħaqdu oħrajn, fosthom is-Segretarji Parlmentari Aaron Farrugia u Julia Farrugia Portelli u magħhom ingħaqad il- Ministru Evarist Bartolo u Robert Abela, konsulent legali tal-Prim Ministru. Minkejja li dawn kienu l-aktar voċiferi, ħadd minnhom ma esprima sfiduċja fil-Prim Ministru. Sors qrib sew tal-Gvern sostna illi minkejja li kien hemm il- pressjoni, "kieku l-Kabinett ma kienx maqsum, Muscat ma kienx jiddeċiedi li jirreżenja." Dak li ġara sa issa Il-jum tal-bieraħ kompla fejn ħalliet il-kriżi politika li qed jiffaċċja l-Gvern. Kollox beda bl-arrest ta' Melvin euma fuq kwistjoni kompletament mhux relatata mal- każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galzia. Melvin euma sostna li hu lest biex jikxef dwar dan il-qtil u minn hemmhekk bdiet reazzjoni katina li wasslet għas-sitwazzjoni splussiva tal-aħħar jiem. Fil-fatt kien l-għada li ħarġet l-aħbar ta' euma illi l-Pulizija u l-Forzi Armati ta' Malta (AFM) interċettaw il-jott li kien fuqu Yorgen Fenech li kien ħiereġ mill- pajjiż, probabbilment biex dan jaħrab. Minn hemmhekk il-pressjoni politika bdiet tielgħa sew u ħafna bdew jallaċċjaw Fenech, bħala sid ta' 17 Black u Direttur tal- Electrogas ma' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dan minħabba li dawn it-tnejn kienu fetħu kumpaniji fil-Panama, Hearnville u Tillgate li kellhom rabta kruċjali u importanti ma' 17 Black. Filwaqt li euma kien qed jingħata l-maħfra Presidenzjali, Fenech beda jitlob għal waħda hu wkoll u kien jidher ċar mill- ewwel illi dan kien se jitfa' ħafna mit-toqol fuq Keith Schembri, iċ- Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-fatt Schembri qatta' sigħat sħaħ taħt arrest u interrogat mill- pulizija sakemm ħareġ fuq police bail u reġa' ddaħħal. Mal-arrest tiegħu biex ikun interrogat, irreżenja wkoll il-Ministru Konrad Mizzi u ssospenda lilu nnifsu l-Ministru Chris Cardona. Naturalment dan wassal għal protesta mimlija rabja minn eluf ta' nies filgħaxija fil-Belt Valletta, bil-pressjoni fuq il-Prim Ministru u l-Gvern issa jiżdiedu bil-kbir. Yorgen Fenech imbagħad tefa' bomba atomika fuq il-Gvern. Hu ppunta subgħajh lejn Keith Schembri u qal li dan huwa l-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Mill-ġdid l-atmosfera fil-pajjiż kompliet tiqras u l-pressjoni bdiet tiżdied, issa mhux biss minn Repubblika u l-Partit Nazzjonalista u l-AD imma aktar kruċjali, mill- korpi kostitwiti. Fil-fatt il-Malta Employers' Association, il-Kamra tal-Kummerċ, l-MHRA u l-UĦM ilkoll ħarġu stqarrijiet juru tħassib serju dwar l-iżviluppi fil-pajjiż. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella, saħansitra kien wieħed mill-kelliema fil-protesta ta' nhar il-Ġimgħa. Il-Ħamis li għadda, Keith Schembri nħeles mill-arrest u fuq stqarrija xotta ta' sentenza waħda biss il-Pulizija sostnew li m'hemmx bażi biżejjed bażi biex Keith Schembri jibqa' taħt arrest. Minflok ikkalma s-sitwazzjoni dan l-iżvilupp aktar qajjem rabja mhux biss fost sezzjonijiet tal- poplu imma wkoll fil-Kabinett. Kien minn hawnhekk li Muscat beda jindika li se jitlaq b'diversi rapporti jgħidu li dan se jitlaq u ssir elezzjoni għal Mexxej Laburista ġdid. 'Qed inħossni rrabjata u traduta' Intant, ilbieraħ l-MEP Laburista Miriam Dalli qalet illi qed tħossha traduta u rrabjata "Kif qed iħossuhom ħafna." Dalli, MEP u kandidata prospettiva għat-tmexxija tal- Partit Laburista, sostniet illi dawk li kellmuha Laburisti jew le, qed iħossuhom "diżorjentati." "Din mhijiex kwistjoni ta' Laburisti u Nazzjonalisti. Din kwistjoni ta' pajjiż kollu kemm hu. L-affarijiet ma jistgħux jittawlu aktar milli hemm bżonn," saħqet Dalli. Bħalissa fil-fatt il-pajjiż qed jistenna lill-Prim Ministru jindirizza lill-pajjiż biex jindika t-triq 'il quddiem li kollox jindika illi se tkun ir-riżenja tiegħu u Mexxej Laburista kif ukoll Prim Ministru ġdid f 'Jannar. Hija qalet fuq il-messaġġ tagħha fuq Facebook illi hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba. "Il-ġustizzja trid issir ma' kulħadd." Dalli ammettiet li dan huwa mument diffiċli għal pajjiżna. "Imma konvinta li flimkien nistgħu nerġgħu nkunu b'saħħitna u niffokaw fuq il-valuri li dejjem sawruna u mexxewna. Il-ġustizzja soċjali u li verament ngħinu lill- aktar vulnerabbli. Għandna dover nagħmlu dan lejn l-eluf li emmnu fina u fdawna u li mingħajrna jispiċċaw imkissra. Bħalma qomna f 'mumenti diffiċli oħra, konvinta li nerġgħu nqumu mill- ġdid, aħjar u aktar determinati." Ftit wara iben Daphne Caruana Galizia kkritika lil Dalli u qallha illi jekk hija rrabjata u traduta għandha tiakar li hi qatt m'għamlet xejn biex tkun tista' tipprevjeni milli tinqatel ommu. Yorgen il-Qorti waqt li l-Gvern jiffaċċja l-agħar kriżi tiegħu Yorgen Fenech iwieġeb mhux ħati. Keith Schembri jissemma fil- Qorti u Muscat imdendel