Illum previous editions

ILLUM 1 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 'Se nkomplu bl-għan tagħna anke jekk jirreżenja l-Prim Ministru' NADER KABAR Ilbieraħ filgħodu, il-Moviment Graffitti, flimkien ma' numru ta' organizzazzjonijiet oħrajn, inġabru fi Pjazza Kastilja biex jipprotestaw kontra l-Gvern u l-korruzzjoni tal-politiċi. Ftit wara li bdiet il-protesta, Immanuel Mifsud iddikjara li "ninsabu fil-pjazza ta' Gvern, Pjazza Kastilja, pjazza ta' poter, il- Gvern jaħseb li hu jżomm il-poter, imma issa, il-poter qed ixaqleb lejna". Dan il-messaġġ qawwi kien enfasizzat mill- kelliema kollha. Mifsud irrefera wkoll għall-partiti politiċi u għal One u Net News meta qal; "din il-blata xorta fadlilha żewġ tribujiet, ikkontrollati mill-aħbarijiet tas-sebgħa u nofs," kompla jgħid li "qegħdin re- pubblika b'Parlament b'żewġ partiti biss… hemm bżonn bidliet akbar, hemm bżonn ta' repubblika ġdida", din il-proposta ġiet milqugħa b'għajjat t'appoġġ. Andrea Dibben, kelliema għal Tuna Artna Lura, b'referenza għas-snin 80, fakkret kif "meta kont żgħira, kienu jgħiduli li jekk xi ħadd jistaqsini jekk in- iex Laburista jew Nazzjonalista, ma ngħid xejn… fil-klima tal-lum xorta hemm din il-biża'." Kompliet tgħid "min jitkellem, ikun imsikket bħall-ġuranlista li ġiet sploduta." Dibben iddikjarat li Malta għandha bżonn ħafna iktar minn riforma kostituzzjonali, għandha bżonn ukoll li jkun hemm bidla mhux biss fil-politika Maltija, iżda wkoll fin-nies eletti, u li jkunu jridu jgħinu lill-poplu Malti. Wayne Flask, awtur u drammaturgu, afferma li l-barunijiet tal-passat qatt ma sparixxew minn Malta, iżda saru aktar b'saħħithom, u qegħdin jikkontrollaw il-politika f 'Malta kompletament huma. Kompla jgħid li l-ħlas parlamentari mhux biżżejjed, u dan jagħti lok għall- korruzzjoni u li jrid jkun hemm eval- wazzjoni tax-xogħol tal-ministri, biex jistgħu jservu l-poplu Malti aħjar. Andre Callus, attivist għall-Moviment Graffitti, saħaq li "qegħdin f 'sitwazzjoni u żmien gravi" u skontu, il-ħtif tar- riżorsi, tal-assassinju ta' Daphne, u tal-privatizzazzjoni, juri li l-Gvern ta' Malta mhux soċjalist. Minkejja dan, qal li l-protesta ma kinitx kontra l-PL, iżda kontra l-korrotti ġol-Gvern. Qal ukoll li xorta fadal Laburisti li jappoġġjaw dawn il-valuri. Iddikjara wkoll li minkejja l-gravità tas-sitwazzjoni, dan mhux żmien ta' biża', iżda żmien ta' kuraġġ u li minn dan, tinbet xi ħaġa pożittiva. Barra minn hekk, qal li r-riżenja ta' Muscat mhix soluzzjoni, dan għaliex skontu l-Maltin għandhom dubju kbir fuq l-indipendenza tal-istituzzjonijiet Maltin. Callus ikkonkluda b'messaġġ t'appoġġ lill-familja ta' Daphne Caruana Galizia, u biex in-nies ma jaqtgħux qalbhom, iżommu l-valuri tagħhom, biex ikunu l-pern tas-soluzzjoni għall-problemi li bħalissa nsibu ruħna fihom. Moviment Graffitti jorganizzaw protesta quddiem Kastilja, li fiha jisħqu li jrid jkun hemm bidla kostituzzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 December 2019