Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 il-gazzetta ILLUM Uħud mill-kowtazzjonijiet tal-persuni li intervistajna matul l-2019 'Dwar il-ħażna jew id-dispożizzjoni (tal-kremazzjoni) se jkun hemm linji gwida. Kien hemm min xtaq li wara li jmut jiġi kremat u l-irmied tiegħu jinxtered fuq il-marċ tal-festa. Ovvjament affarijiet bħal dawn mhux se jkunu permessi' Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar 'Meta qam l-iskandlu ta' John Dalli, ma kissirniex isem Malta, avolja stajna' Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia 'X'inhu l-aħjar? Li tirbaħ, anke bi ftit, u tagħmel isem tajjeb għal pajjiżek, jew li tirbaħ bil-ħafna u ċċappas lil pajjiżek b'fama dubjuża?' Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi 'Ngħidu li Malta full up. Imma mbagħad immaġina ġo nofs dik id-dgħajsa jqum immigrant u juri li għandu miljun ewro, kieku mill-ewwel jiġu Henley and Partners jgħabbuh fuq id-dgħajsa' Ix-xandar Peppi Azzopardi 'Anke fl-aktar nies żarmati hemm affarijiet sbieħ' Fundatur tal-Caritas Dun Victor Grech 'Li hawn nies bla dar huwa falliment, li hawn nies jgħixu fil-faqar huwa falliment ieħor. Mira ta' Gvern Laburista għandha tkun li ma jkunx hawn nies fil-faqar jew bla saqaf fuq rashom' Eks Trejd Unjonista Sammy Meilaq 'Biex noqgħod naqta' ż-żigarelli u daqshekk kont nippreferi nibqa' d-dar. Hemm sfidi u għanijiet li l-pajiiż jeħtieġ jilħaq' President tar-Repubblika George Vella 'Is-sondaġġ juri titjib. Fejn qabel kienu qed juru distakk ta' 70,000 vot (kontra l-PN) illum qed naraw distakk ta' 45,000 – 50,000 li xorta, naturalment, huwa ħafna. Imma Delia huwa works in progress' Kandidat PN għall-elezzjoni PE u xandar Frank Psaila 'Meta jonqos l-entużjasmu , irrid inkun raġel li nagħżel jiena li nieqaf. Għalissa ma nixtieqx nasal f 'dn il-punt. It-teatru huwa t-tieni dar u t-tieni familja tiegħi' L-attur Mario Micallef 'Jiena ċert li m'hemmx rieda li jinqabad il-mandant ... u jiena nifhem li finalment se ssir ġustizzja minkejja kollox' Attivist Repubblika Robert Aquilina 'Jien qatt m'emmint fil-kwoti. In-nies jafu jagħżlu x'inhu tajjeb. Jekk hemm mara kapaċi jafu jivvutawlha u l-istess jekk hemm raġel' Sindku Bormliża Alison Zerafa Civelli 'Għandi għalfejn nixrobilhom demmhom koppja li qed ifittxu dar? Dan irridu nisfidaw mhux lill-politiku. Il-bidla minn isfel tibda' President tal-Azzjoni Kattolika Josef DeBono 'Inutli niddiskutu l-kaċċa lejlet l-elezzjoni mbagħad ħadd ma jnissel kelma f 'ħames snin ... l-MEPs Maltin kollha setgħu kienu aktar voċiferi favur il-kaċċa' MEP PL Alex Agius Saliba 'Għandi bżonn l-għajnuna tad-Deputati biex noħorġu lill-Partit mill-kriżi li jinsab fiha' Louis Galea 'Fis-seminarji hemm kultura ta' omosesswalità ... ħalliet ħerba fil-Knisja' Dun David Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019