Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 Tmien ħabsin iqattgħu l-Milied mal-familji tagħhom MINN NADER KABAR L-Aġenzija tas-Servizz Korrettiv wettqet test u bagħtet tmien ħabsin ta' riskju baxx lura mal-familja tagħhom biex ikunu jistgħu jqattgħu ftit sigħat mal-familji tagħhom f 'jum il-Milied. Il-ħabsin li gawdew minn dan il-proġett kienu kollha electronically tagged u kienu taħt moniteraġġ mill- Aġenzija. Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Michael Farrugia qal li dan il-proġett jagħmel parti minn pjan tal-Gvern biex itejjeb l-impenn biex titjieb ir-rijabilitazzjoni tar-residenti ta' Kordin, u biex jintegraw aħjar fis-soċjetà. Il- Ministru Farrugia afferma li dan il-proġett se jkompli għaddej fis-sena l-ġdida. Dan il-proġett hu parti minn pjan fil-Baġit tal-2020 fejn l-electronic tagging se jkun użat fuq numru ta' ħabsin. Raġel arrestat wara li ħebb għal Spettur tal-Pulizija NADER KABAR Raġel ta' 23 sena residenti fl-Isla ġie arrestat wara li allegatament ħebb għal Spettur tal-Pulizija waqt kontroll tat-traffiku tal-Pulizija li sar matul il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f 'Ħaż-Żabbar. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:30a.m. Wara li s-sewwieq twaqqaf biex issir tfittxija fil-vettura tiegħu, ir-raġel ħareġ mill- vettura u kien aggressiv fil- konfront tal-Pulizija, kif ukoll tas-suldati. Waqt li kien qed jiġi arrestat ir-raġel ħebb għall- Ispettur, bil-konsegwenza li kkawżalu xi ġrieħi. L-istess raġel irriuta li jieħu t-test tal-kampjun tan- nifs (breathalyzer). Ir-raġel ġie skortat lejn il-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali l-Furjana għal aktar investigazzjonijiet. Waqt l-istess kontrolli, f 'vettura ta' mara ta' 28 sena minn Ħaż-Żabbar instabet sustanza suspettata ħaxixa tal- kannabis. F'vettura oħra misjuqa minn raġel ta' 25 sena miż- Żejtun instabet ukoll sustanza suspettata kannabis. Barra minn hekk, kien hemm ukoll żagħżugħ ta' 18-il sena minn Ħaż-Żabbar li nqabad isuq vettura bla liċenzja. Miegħu fil-vettura kien hemm żagħżugħ ta' 19-il sena minn Ħaż-Żabbar ukoll. Fil-karozza nstabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis. Raġel ta' 44 sena minn Raħal Ġdid twaqqaf mill-Pulizija hekk kif allegatament kien se jipprova jsuq minn fuq il-post wara li ngħata sinjal biex jieqaf. Huwa ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u anke rriuta li jagħmel it-test tal-kampjun tan-nifs. Numru ta' sewwieqa ta' vetturi oħra twaqqfu wara li nstabu jsuqu bla liċenzja tas-sewqan u li kienu qed isuqu taħt l-influwenza tal- alkoħol. Il-Pulizija se tkun qed toħroġ akkużi fil-konfront ta' dawn il- persuni. Dan il-proġett hu parti minn pjan fil-Baġit tal-2020 fejn l-electronic tagging se jkun użat fuq numru ta' ħabsin