Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
06 analiżi IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Keith Schembri L-akbar daqqa fl-2019 ħadha Keith Schembri, fil-fatt għandu abbinat miegħu l-akbar serp. Schembri mar mill-aktar persuna b'saħħitha f 'Kastilja għal wieħed li kellu jwaqqaf it-tessera u kien diżonorat, implikat fi qtil ta' ġurnalista, redikolat għax qal li tilef il-mobile, mgħajjar traditur u appoġġjat biss (fid-deher għall-inqas) minn Neville Gafà, persuna oħra mdawra b'ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba dwar mawriet fil-Libja. Il-futur ta' Schembri huwa bil-wisq aktar imċajpar mill-preżent u b'ismu jissemma kważi kuljum fil-każ tal-qtil ta' Caruana Galizia u f 'inkjesta pubblika dwar l-istess assassinju, għadna ma nafux liema qiegħ jista' jmiss jew jekk jirnexxilux b'xi mod jerġa' jibni l-karriera politika spiċċuta tiegħu. Mons. Mario Grech L-Isqof ta' Għawdex; maħbub u bla kantunieri, xi it pompuż imma umli fi kliemu. Din kienet sena tajba għalih hekk kif il-Papa Franġisku ħatru pro-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. L-Isqof ta' 62 sena ilu jmexxi d-djoċesi Għawdxija mill-2005 u kien it-tmien Isqof ta' Għawdex. Il-predeċessur tiegħu kien l-Isqof Nikol Cauchi. George Vella Vella żgur li tela' matul l-2019 hekk kif inħatar President tar-Repubblika, l-ogħla kariga kostituzzjonali. Mill-ewwel, fl- ewwel mumenti tal-Presidenza wera illi mal-prinċipji tiegħu m'hemmx logħob. Vella għamilha ċara li hu ma jiffirmax liġijiet li jillegalizzaw l-abort u jippreferi jirriżenja milli jiffirma liġi simili. George Vella kien Deputat Mexxej Laburista li fforma trijumverat flimkien ma' Alfred Sant u George Abela, li rebaħ l-elezzjoni tal-1996 kontra kull mistenni. Vella kien Ministru tal-Affarijiet Barranin ukoll bejn l-1996 u l-1998 u reġa' okkupa din il-kariga meta kien elett mill-ġdid il-Partit Laburista fl-2013. Adreina Fenech Farrugia L-eks Direttur tas-Sajd bdiet is-sena b'mod ħażin hekk kif kellha tirriżenja diżonorata b'akkużi serji kontriha. Telefonati kienu jindikaw li Fenech Farrugia kienet titlob għal flus biex tuża l-influwenza tagħha u tirregolarizza dawk li jaqbdu tonn aktar mill-kwota. Fin-nofs ta' dan l-iskandlu hija l-kumpanija Mare Blu, tal-Ispanjol Josè Fuentes. Jirriżulta illi seta' kien hemm relazzjoni intima bejn Fenech Farrugia u Fuentes. Messaġġ juri lil Fenech Farrugia tgħidlu li kienet qiegħda l-Bulgarija u trid il-flus għaliex kellha laqgħa u kienet mad- direttur ġenerali ta' Brussell. Ma kienx hemm aktar żviluppi maġġuri f 'dan il-każ. Maria Efimova Maria Efimova dejjem kienet xi naqra dogmatika u misterjuża. Domna ħafna ma sirna nafu min hi u ma rajna wiċċha. Imma din is-sena mhux talli sirna nafuha u rajna wiċċha talli rajna x-xhieda kollha tagħha lill-Maġistrat, issa mħallef, Aaron Bugeja u sirna nafu li dan qed jappella biex din tkun arrestata u akkużata b'ġurament falz u kalunja. Minkejja li kulħadd jemmen li jrid fuq Egrant, il-konklużjonijiet tar-rapport tal- inkjesta ma tantx huma favorevoli għall- eks impjegata tal-Bank Pilatus. Il-futur ta' Efimova jaf ikun ħafna affarijiet, possibilità hija fl-iżbarra fil- Qorti Maltija tiffaċċja l-arrest li qed jappella li jsir Bugeja. Steve Zammit Lupi Steve Zammit Lupi, attivist, ambjentalist u żagħżugħ li ħadem fil- midja definittivament li għamel passi kbar 'il fuq. Minkejja li kienet l-ewwel elezzjoni tiegħu, ikkampanja fuq kwistjonijiet li ħafna jqisu bħala sekondarji meta jivvutaw (ambjent, tniġġis), minkejja li ma kienx appoġġjat minn partit u allura mingħajr ir-riżorsa meħtieġa u minkejja li ma kellux l-esperjenza fil-politika xorta rnexxielu jikseb it aktar minn 12% tal- voti f 'Ħaż-Żebbuġ. Zammit Lupi ħareġ bħala kandidat indipendenti u kiseb 947 vot fl-ewwel għadd, iktar minn kull kandidat Nazzjonalista u t-tielet l-aktar kandidat Żebbuġi li kiseb voti. Konrad Mizzi Il-Ministru Konrad Mizzi jibqa' ass daqs kemm jibqa' telf għall-Partit Laburista. Huwa Ministru li ġeneralment wettaq u ħalla riżultati speċjalment fl-Enemalta u l-Air Malta kif ukoll fit-turiżmu, permezz ta' rekords. Minkejja dan iżda fuq il-platt ta' Mizzi issa hemm il-proġett tal-power station li potenzjament jista' jkun l-aktar proġett politikament tossiku fl-istorja moderna, jekk eks Direttur tal-istess power station (Yorgen Fenech) jinstab ħati illi qatel lil Daphne Caruana Galizia. Din is-sena ma kinitx tajba għal Mizzi minħabba l-iżviluppi politiċi fl-aħħar xahar, ir-riżenja tiegħu minn Ministru u l-qrubija perċeputa jew reali tiegħu ma' Keith Schembri. Konrad Mizzi, flimkien ma' Schembri, kienu fetħu kumpanija fil-Panama, definittivament l-għerq tal-għawġ kollu li fih jinsab il-Gvern u l-Partit Laburista llum. Biex tgħaxxaq, kemm Chris Fearne kif ukoll Robert Abela, it-tnejn eskludew lil Mizzi mill-kabinett tagħhom. David Casa Eroj għal ħafna u traditur ta' pajjiżna u xewwiex għal ħafna oħrajn. Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalist David Casa ma jistax jgħid li kellu sena ħażina, anzi! Kontra dak li stennew (u forsi xtaqu) bosta fil-PN u lil hinn minnu Casa qala' lil Frank Psaila biex assigura illi ż-żewġ MEPs tal-PN li l-aktar illi jaqilgħu kritika mil-Labour, jibqgħu f 'posthom. Casa kiseb 20,493 vot filwaqt li Psaila kiseb 13,519-il vot. Casa reġa' kien elett minkejja akkużi wkoll ta' użu qawwi tad-droga kokaina li allegatament kien qed jaffettwa l-ħidma tiegħu. Louis Galea Eks Ministru f 'uħud mill-aqwa Gvernijiet Nazzjonalisti meta l-Partit Nazzjonalista rebaħ prattikament l-elezzjonijiet kollha mill-1981 sal-2008, meta mbagħad ma kienx ġie elett. Kien Segretarju Ġenerali meta l-PN inbidel minn partit tal-klassi għolja u iktar esklussiv għal partit bil-wisq akbar u li fih issa kien hemm ukoll ħafna ħaddiema. L-awtur tal-ktieb illi fuqu tfasslet il-politika Nazzjonalista tad- 90ijiet, Fehmiet Bażiċi. Fl-2019 reġa' daħal fix-xena hekk kif kien inkarigat biex imexxi riforma fil- PN, wara telfa kbira ħafna fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Mejju. Il-kariga mogħtija lil Galea kienet milqugħa minn kulħadd fil-PN. Galea saħansitra beda jissemma bħala Kap Interim xi ħaġa li hu qal li ma jridx. Minkejja appoġġ biex jieħu l-partit f 'idejh sakemm jinstab Kap ġdid, Galea qatel dawn id-diċeriji f 'diversi intervisti inkluż ma' din il-gazzetta fejn qal li m'għandu ebda ambizzjonijiet simili. Bjorn Vassallo Din is-sena fil-pajjiż kien hawn elezzjoni oħra jiġifieri dik għat-tmexxija tal-MFA. Il-gazzetta ILLUM kienet fuq quddiem fir-rappurtaġġ ta' din l-elezzjoni li tat riżultat favur Bjorn Vassallo. Hu kiseb 83 vot kontra l-54 ta' Chris Bonnett. Sandro Chetcuti Sandro Chetcuti reġa' kellu sena li matulha ffaċċja ħafna u ħafna kritika. L-ewwel nofs tas-sena kienet ikkaratterizzata minn inċidenti serji ta' binjiet li jmissu ma' siti ta' kostruzzjoni jaqgħu u f 'każ minnhom tinqabad persuna. Dawn l-inċidenti wasslu għal mewġa ta' kritika, rabja u anke protesta. Naturalment Sandro Chetcuti li jmexxi l-Malta Developers' Association (MDA), spiċċa fil-mira ta' ħafna mill-kritika. Ħafna jwaħħlu fih għall-qerda ambjentali, sens ta' diżrispett lejn il-ġirien u għall-fatt li huwa wisq qrib tal-poter. Minkejja dan, naturalment, il- kuntratturi huma kuntenti ħafna bih tant li jriduh jibqa' jmexxi l-MDA. Miriam Dalli L-iktar MEP popolari li qatt kellu l-Partit Laburista għax hija l-aktar MEP li qatt kisbet voti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewopew minn dan il-partit, iktar minn Joseph Muscat. Minkejja dan, Dalli għalqet is-sena b'diżappunt hekk kif ma tefgħetx isimha għat-tmexxija tal-partit u jista' jkun li tilfet kull ċans li tkun Prim Ministru għad-deċenju li ġej jew aktar. Fl-2019 fl-elezzjoni tal-Parlament 2019: Min tela', min niżel, min Helena Dalli