Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Kien test kbir għalija u issa qed b'lenti u perspettiva differenti' Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Niftakar kelli dawk l-14-il sena meta ngħaqadt ma' Birkirkara St Joseph bħala plejer. Madankollu minn dejjem kont dilettant tal-ballun għax il-familja tiegħi kienu litteralment iffissati fuq dan l-isport. Daqqa mmur il-grawnd, daqqa nilgħab ma' sħabi logħba futbol u xi waqtiet nara xi logħba futbol fuq it- televixin. L-imħabba kbira lejn il-futbol kompliet tikber u tiżviluppa u nista' ngħid li dan l-isport hu parti integrali minn ħajti. Kellimni dwar l-esperjenzi li kellek bħala plejer. Għamilt ħafna snin nilgħab ma' Birkirkara fejn tajt l-aqwa tiegħi bil- flokk ta' pajjiżi. F'dan iż-żmien kelli ċ-ċans nilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena. Anke hawn kienet esperjenza mill-isbaħ li tilgħab għal pajjiżek. Fuq livell ta' klabbs lgħabt ukoll ma' Sirens FC u staġun f 'Għawdex ma' Qala St Joseph. L-aħħar żminijiet tiegħi bħala plejer ilbist il-flokk ta' Balzan Youths FC. Imbagħad iddeċidejt li ndendel għalkollox iż-żarbun tal-futbol u niddedika ruħi għall-kowċing. X'differenza tara li hemm bejn li tkun plejer u li tkun kowċ? Hemm differenza kbira bejn li tkun plejer u li tkun kowċ. Li tkun plejer għandu s-sabiħ tiegħu minħabba li tkun il-protagonista waqt il-logħba. Xogħlok hu li titħarreġ bl-akbar serjetà u tipprova tilgħab tajjeb waqt xi logħba. Madankollu meta tkun kowċ, hemm sodisfazzjon enormi involut. Għandek grupp ta' nies li trid issib l-aqwa ingredjent biex tgħaqqadhom flimkien. Minkejja kollox irid ikollok responsabbiltà kbira ma jiddispjaċini xejn li qbadt din il-linja. Issa ili 25 sena nagħmel dan ix-xogħol u jien u nħares lura nara ħafna pożittiv. Liema kienu dawk it-timijiet li kkowċjajt? Bħala klabbs kont fit-tmexxija tal- minors ta' Balzan FC u Birkirkara FC. Bdejt nikkowċja lit-timijiet tal-kbar fis- sena 2005 meta kont fit-tmun ta' Santa Venera Lightnings fejn għamilt żewġ staġuni u ksibna wkoll il-promozzjoni. Imbagħad mort ma' Balzan Youths u hemmhekk ġejna l-ewwel tant li rreġistrajna għaxar logħbiet konsekuttivi ta' rebħ. L-isfortuna kellha tkun dik li tlifna d-decider kontra Rabat Ajax. Ma nistax ma niftakarx ukoll b'għożża ż-żmien li qattajt bħala assistent kowċ ma' Sliema Wanderers fejn hemmhekk irbaħna t-trophy. Imbagħad kienu kkuntattjawni Żabbar St Patrick fejn għamilt żewġ staġuni u nofs u ħadna l-promozzjoni mit-tieni għall-ewwel diviżjoni. Segwew nofs staġun ma' Marsaxlokk FC, żewġ staġuni maż-żgħażagħ ta' Pieta' Hotspurs, Żebbuġ Rangers, għal darb'oħra Żabbar St Patrick u finalment nofs staġun ma' Mqabba FC. Kienu esperjenzi mill-aqwa li tgħallimt ħafna minnhom u li ma jiddispjaċini xejn li għamilt. Taqbel ma' 14-il tim fil-kampjonat Premier? Ifhem inutli ngħidlek jekk naqbel jew ma naqbilx. Jien għandi fiduċja fin- nies li qed imexxu li riedu li tinbidel għal sistema ta' 14-il tim. Dik hi t-triq 'il quddiem u għalhekk irridu naħdmu fuq li hemm. Taqbel mal-11-il barrani fil-kampjonat Premier? Jekk nitkellmu fuq il-ftit ċansijiet li jista' jkollhom iż-żgħażagħ Maltin, ngħid li ma naqbilx. Madankollu kif diġà għedtlek, jien naqbel mal- inizjattivi l-ġodda li se tkun qed tintroduċi l-MFA u jien għandi l-unur ngħid li nappoġġjahom. X'taħseb dwar it-tim nazzjonali Malti s'issa? Ħa ngħidlek, nemmen li formula maġika m'hawn imkien. Wieħed forsi jagħmel pjanijiet għal tul ta' żmien u forsi soluzzjonijiet oħrajn li huma għal ftit żmien. Jien personalment nippreferi pjanijiet fit-tul iżda fis-sitwazzjoni ta' transizzjoni li ninsabu fiha aħjar nibdew naħsbu bil-mod sakemm nersqu lejn l-objettivi tagħna. Kemm għandek fiduċja fil-president il-ġdid tal-MFA Bjorn Vassallo? Għandi fiduċja assoluta fil-president il-ġdid Bjorn Vassallo u anke l-viċi- presidenti kollha eletti. Prattikament id-diriġenza kollha li qed jaħdmu għal għan wieħed; il-ġid tal-futbol Malti. Nemmen li hemm taħlita tajba bejn nies stabbiliti u oħrajn li huma emerġenti. Dan kollu juri li se jkun hemm sinerġija tajba bejn dawk kollha involuti fl-amministrazzjoni ta' din l-ogħla assoċjazzjoni tal-futbol Malti. Ma nistgħux ma nitkellmux fuq l-inċident tat-traffiku li kellek ftit tal- ġimgħat ilu. Nixtieq nirringrazzja lil kull persuna li għamlet kuntatt miegħi permezz tal- media soċjali. Nista' ngħid li kien hemm eluf kbar ta' nies li bagħtuli messaġġi ta' kuraġġ u minn hawn verament L-isport ibiegħdek minn kull vizzji koroh li b'xorti ħażina hi miżgħuda biha d-dinja u jtik skop kbir f'ħajtek IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Alfred Attard - kowċ b'esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali u li tant għandu għal qalbu din il-logħba ferm sabiħa. Riċentement kien involut f'inċident ikrah tat-traffiku li iżda ħareġ rebbieħ minnu u li ġiegħlu jibda jħares lejn il-ħajja b'mod differenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019