Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 analiżi IL-ĦADD 29 DIĊEMBRU 2019 • illum NADER KABAR Jibda l-mandat tal-President Jair Bolsonaro fil-Brażil Fl-1 ta' Jannar, Jair Bolsonaro, politiku mil-lemin estrem jibda l-mandat tiegħu bħala l-President tal-Brażil. Mill- 1991 sal-2018, Bolsonaro kien membru fil-Kamra tad-Deputati Brażiljana, hemmhekk sar magħruf minħabba l-appoġġ tiegħu fuq il-konservattiżmu nazzjonali. Matul il-kampanja elettorali tiegħu, Bolsonaro tkellem fuq l-oppożizzjoni tiegħu lejn iż-żwieġ tal-istess sess, l-omosesswalità, l-abort, is- sekulariżmu u l-legalizzazzjoni tad-drogi. Fl-ewwel sena tiegħu bħala President, daħal f 'numru ta' kontroversji fosthom kommemorazzjoni tal-kolp ta' stat fl-1964. Dan ir-reġim militari dam fil poter 19-il sena u waqtu, inqatlu jew sparixxew 434 persuna, 20,000 persuna kienet ittorturata u madwar 4,800 rappreżentant kienu mneħħija mill-pożizzjoni tagħhom. F'Awwissu, akkuża l-NGOs illi qabdu n-nirien tal-Amażonja, u akkuża lil Franza bi ħsieb kolonjalista meta din esiġiet li jeħtieġ ikun hemm azzjoni fuq in-nirien. Lejn l-aħħar tax-xahar, madwar ġimgħa u nofs ilu, waqt li kien qed jistaqsih mistoqsija dwar skandlu tal-korruzzjoni li jinvolvi t-tifel tiegħu, għajjar lill- ġurnalist meta qal "tidher ħafna qisek omosesswali". ISIS tispiċċa wara li titlef l-aħħar biċċa art li kienet tikkontrolla fis-Sirja Fit-23 ta' Marzu, il-grupp terroristiku magħruf bħala ISIS, jew ISIL tilfet l-aħħar biċċa art li kienet qed tikkontrolla fil- Lvant Nofsani, dan seħħ wara gwerra twila sitt snin bejna u bejn il-Gvern Sirjan ta' Assad appoġġjat mir-Russja, ir-ribelli kontra Assad appoġġjati mill- Istati Uniti, kif ukoll il-Kurdi appoġġjati mill-Istati Uniti wkoll. Fis-sitt snin li kkontrollaw l-art, wettqet numru enormi ta' atti terroristiċi, li fihom inqatlu madwar 2000 persuna. Fl- eqqel tal-poter tagħhom, huma ikkontrollaw madwar 45,377 kilometru kwadru. F'din l-art ikkontrollaw bliet bħal Mosul, Raqqa u Palmyra. F'dawn il-bliet storiċi, l-ISIS wettqet kampanja ta' qerda ta' siti flimkien ma' qerda ta' monumenti storiċi. Xahrejn ilu, fis-26 ta' Ottubru, il-mexxej ta' ISIS, Abu bakr Al-Baghdadi miet b'bomba ta' suwiċidju it qabel ma qabduh suldati mill-forzi speċjali tal- Istati Uniti. Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Bejn it-23 ta' Mejju, u s-26 ta' Mejju, il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea vvutaw għall-Membri Parlamentari Ewropej. Din l-elezzjoni kienet ikkontestata minn numru ta' partiti, l-ikbar fosthom huma l-Partit Popolari Ewropew (PPE), il-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi (PSE) u l-Alleanza Liberali u Demokratika Ewropea (ALDE). Barra minn hekk, kien previst li l-ALDE, flimkien mal-Ħodor u l-Partit Identità u Demokrazija (ID), kienu se jiksbu persentaġġ ikbar tal-vot. Fil-fatt, waqt li l-PSE u l-PPE tilfu 65 bejniethom, l-ALDE rebħu 39 siġġu, il-ħodor rebħu 22, u l-ID rebħu 37 siġġu. Dan ir-riżultat fisser li din kienet l-ewwel darba li l-PPE u l-PSE ma kisbux maġġoranza mill-1979. Dan ukoll fisser li l-PPE u l-PSE ma setgħux jiffurmaw il-koalizzjoni tradizzjonali tagħhom. Barra minn hekk, din l-elezzjoni kellha l-ogħla perżentaġġ ta' parteċipazzjoni mill-1994. Ġimgħa wara, bejn l-1 u t-3 ta' Lulju l-kapijiet tal-Istati Membri ltaqgħu biex jiehmu fuq il- President tal-Kummissjoni l-ġdid. Minħabba l-grupp Visegard, li hu magħmul mill- Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Polonja la Frans Timmermans, il-kap tal-PSE u lanqas Mafred Weber, il- kap tal-PPE ma setgħu jiksbu maġġoranza. Minħabba dan, il- kapijiet iddeċedew fuq Ursula Von Der Leyen. Din kienet approvata mill-gvernijiet barra l-Ġermanja, li astjeniet. Is-16 ta' Lulju, il-Parlament Ewropew ivvota biex japprova n-nominazzjoni tagħha. In-nirien jaħkmu l-Amażonja Avolja l-maġġoranza ta' nies jaħsbu li n-nirien tal-Amażonja fil-Brażil saru biss f 'Awwissu, infatti dawn in-nirien bdew f 'Jannar, u għadhom għaddejjin s'issa, 12-il xahar wara. Minkejja dan, in-nirien t'Awwissu huma l-iktar magħrufa madwar id-dinja, mhux biss minħabba r-ritratti u l-aħbarijiet madwarha, iżda wkoll il-fatt li n-nirien f 'dan ix- xahar kienu l-agħar fl-aħħar 10 snin. Barra minn hekk, ir-reazzjoni u l-kummenti strambi tal- President Brażiljan, Jair Bolsonaro qajmu interess. Bolsonaro, hu nazzjonalist konservattiv u l-opinjoni tiegħu fuq l-Amażonja u l-Brażiljani nattivi huma ta' inkwiet għal bosta. Eżemju ċar ta' dan hu meta mexxa r-responsabbiltà tar- regolament tal-artijiet nattivi mid-Dipartiment tal-Affari Nattivi taħt il-Ministru tal- Agrikultura. Barra minn hekk, dwar in- nirien tal-Amażonja kien qal li "l-Amażonja tappartjeni lill- Brażil" meta numru ta' mexxejja kienu qalu li l-Amażonja kellha tkun protetta għax kienet tad- dinja kollha. Bolsonaro kien ukoll akkuża lill-attur Leonardo Di Caprio illi kien ta flus lil NGOs biex iqabbdu nirien fl-Amażonja. Madankollu, ġimgħa biss qabel, waqt l-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti kien qal li l-midja u l-president Franċiż Macron kienu qed jesaġeraw dwar id-daqs tan-nirien. Jiġi elett Boris It-13 ta' Novembru, u l-partit ta' Boris Johnson, il- Konservattivi jispiċċa bħala l-ikbar partit fil-Parlament wara l-elezzjoni, b'maġġoranza ta' 80 siġġu, l-ikbar maġġoranza li qatt rebħu minn l-1987, meta dak iż-żmien il-Konservattivi kienu mmexxijin minn Margaret atcher. Din l-elezzjoni, b'kuntrast ma' elezzjonijiet oħrajn, kienet iffukata fuq suġġett wieħed: Brexit. L-imblokk ta' Brexit, li sa din l-elezzjoni kien ilu għaddej tliet snin, kien ikkawża rabja sinifikanti fost l-parti tal-poplu li kien favur li r-Renju Unit titlaq mill-UE. Kien dan, flimkien mal- perċezzjoni li l-Partit Laburista ma riedx jieħu pożizzjoni fuq Brexit, li wassal għal dan ir- riżultat. Minkejja dan, fl-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq is-sitwazzjoni kienet ferm differenti. Fl-Iskozja, l-SNP, partit Skoċċiż liberali li jrid l-indipendenza għall-Iskozja rebaħ 48 mill-59 siġġu Mir-rebħiet ta' Bolsonaro u Boris san- nirien fl- Amażonja u aktar. L-2019 madwarna... Barra minn xtutna u madwarna. Boris Johnson Donald Trump Jamal Khashoggi Jair Bolsonaro ISIS ikkontrollat art għal sitt snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019