Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
10 analiżi IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Għidnieha kif inħossuha... f'karikatura Il-karikatura tikkritika b'mod xejn sottili lil dawk il- bosta Deputati li kienu kontra Delia imma li ma kellhomx il-kuraġġ jgħidu dak li jħossu. Is-sena bdiet b'taqlib kbir fil-PN li wassal għal vot ta' fiduċja li kien rebaħ Delia. Din il-karikatura saret fuq l-editorjal intitolat 'Il-bżonn urġenti ta' vot ta' fiduċja.' 13/1/19 Din il-gazzetta kienet dejjem kontra r-rgħiba ta' wħud li għandhom poter eseġerat fil-pajjiż għax għandhom il-flus. Din il-karikatura saret fiż-żmien meta kienet għaddejja l-kwistjoni tal-art lill-Grupp Corinthia u bidla fil-kuntratt li kien jistabbilixxi li din tintuża għal skopijiet turistiċi biss. Il-Gvern kien se jaqbel li din tintuża għal skopijiet ta' appartamenti u spekulazzjoni. Din il-karikatura kienet ippubblikata fuq l-editorjal 'L-art tal-poplu, mhux tal-Gvern!' 20/1/19 Il-gazzetta ILLUM kienet kritika ħafna ta' laqgħa li l-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca kellha mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan, illi fiha kienet imliet tifħir. Il-karikatura saret fuq editorjal intitolat 'il- kummerċ nużawh biex insaħħu d-drittijiet umani, mhux biex ninjorawhom.' 27/1/19 Tkun żvelata investigazzjoni li wriet qrubija u kuntatt bejn Mare Blu ta' Josè Fuentes Garcia u l-eks Direttur tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia. Dan qajjem dubji u akkużi ta' preferenzi lil din il-kumpanija, xi ħaġa li Fenech Farrugia ċaħdet, anke jekk irriżenjat. Din il- karikatura saret fuq editorjal bit-titlu 'Il-każ skandaluż ta' A. Fenech Farrugia.' 17/2/19 Il-karikatura hija meme tal-film Blow ta' Johnny Depp u li jirrigwarda l-użu u l-bejgħ tal-kokaina. Dan sar fid- dawl ta' allegazzjonijiet illi Casa kien qed jikkonsma ammonti kbar ta' kokaina bir-riżultat li lanqas kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu kif suppost. 3/3/19 Bħal kull sena naqbdu it mal-Arċisqof Charles J Scicluna u l-bott tal-bovril. Hawnhekk qed jgħajjat biex joqgħod quddiem, f 'karikatura bbażata fuq l-istorja illi kien issuppervja għaliex ma tħalliex ipoġġi quddiem fl- okkażjoni tal-ġurament tal-ħatra tal-President George Vella. 7/4/19 Karikatura profetika. L-aħħar Għid kien l-aħħar wieħed ta' Muscat bħala Mexxej Laburista u Prim Ministru. 21/4/19 Il-karikatura tgħaqqad żewġ inċidenti 'ħelwin' li involvew lill-Partit Demokratiku. Darba meta Marlene, waqt konferenza tal-aħbarijiet kienet talbet lil żewġha Godfrey biex imur jiċċekkja l-borma ma jmurx jinħaraq l-ikel u oħra meta Godfrey Farrugia, dak iż-żmien Kap tal-PD kien nesa jpoġġi isem Timothy Alden, Deputat Kap jekk ma tridx, fuq il-lista ta' kandidati li kienu ħerġin għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali nhar il-25 ta' Mejju. 28/4/19 Mill-ġdid dwar l-elezzjoni tal-Parlament u l-Kunsilli Lokali din il-karikatura turi l-evolviment tat-telfa kbira ħafna, rekord fil-fatt, li sofra l-Partit Nazzjonalista f 'Mejju ta' din is-sena kemm fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u iktar u iktar fil-Kunsilli Lokali fejn tilef lokalitajiet bħal Mosta, Birkirkara, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u s-Siġġiewi. 2/6/19