Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fi Ftit Kliem "Last call to Flight KM369 to Hamburg... Does your hubby know you're on PornHub, hun?" Dawn kienu l-kliem illi ktibt f 'Jannar 2014 – f 'tentattiv li nikteb storja fi it kliem – wara sentejn ta' waqfa kważi sħiħa minn kull kitba kreattiva. L-istorja semmejtha Toroq: fil-biċċa l-kbira mnebbħa mis- single Stay on ese Roads tal-grupp A-ha. Fil-froġa kien hemm ukoll l-istilistika tar- rumanz Sriep ta' Alex Vella Gera kif ukoll il-ħsibijiet tal-kittieb David Shields. Kien hemm ukoll, sintendi, anedottu personali fl-ajruport ta' Ħal-Luqa – nofsu minnu, kwart mistħajjel, il-bqija ma nafx. Naf biss li qed jidwu f 'widnejja dawk il-it kliem, proprju bħalissa. Ibda biex għax fi żmien bizzarr bħal dan – meta kulħadd donnu qiegħed jinfexx jimraħ fl-imgħoddi – kultant ma nistax ma nerġax inġibhom f 'moħħi. U dan l-aħħar akarhom iżjed u iżjed ġaladarba, sewwasew kmieni din il-ġimgħa, erġajt qrajt mill-ġdid bosta mill-istejjer qosra li dehru fil-ġabra Fuq Widnejn Torox ta' Rita Saliba. Għidli 200 Dawk il-it kliem kienu mmarkaw kapitlu ġdid: bilkemm kienu għaddew ħmistax minn mindu kont sfajt lura – kemxejn bħal xi nawfragu tal-pinna – fuq din il-blata tagħna wara seba' snin imsiefer. Dika l-ħabta l-eks President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ġorġ Mallia kien għadu kif nieda l-inizjattiva Għidli 200: paġna fuq Facebook li tippubblika stejjer ta' mitejn kelma minn kittieba stabbiliti u ġodda. Tħajjart minnufih, l-iżjed għax l-istejjer qosra ħafna – voldieri il-flash- fiction jew il-mikrostejjer – minn dejjem affixxinawni. Ibda biex għax jidhirli li minnhom infushom dawn jipprovdu l-aqwa terren possibbli biex jitħaddmu bis-sħiħ il-prinċipji tal-kitba letterarja ekonomika kif imfissra minn Edgar Allan Poe. Barra minn hekk, xi it xhur qabel, matul pawża qasira mill-pawża – wara li kien fettilli nittawwal fil-ktieb e Acid House ta' Irvine Welsh – inzerta kont qattajt xi erbat ijiem nesperimenta b'dina x-xorta ta' proża. Għadni sal-lum ngħodd l-erba' stejjer qosra li jsawru t-taqsima Sexual Disaster Quartet b'mudell idoneu, forsi kważi perfett, għal dina x-xorta ta' proża. Bil-kontra tal-istorjella tiegħi Toroq: aktarx fiha seħħli noħroġ fid- dieher – fl-istess nifs u waqt – l-aħjar u l-agħar elementi li jistgħu jikkontienu l-mikrostejjer. Bdiet tajjeb, lejn in-nofs għotrot, il-bqija ma nafx. Intant l-ajruplan lejn Ħamburgu laħaq tar... Il-paġna Għidli Mitejn ma damitx wisq ma rrankat ġmielha, tant li fi it xhur Mallia kellu biżżejjed materjal sabiex jippubblika ktieb b'mitejn storja ta' mitejn kelma. Illum tgħodd mas-sitt mitt storja u diġà ġibdet lejha mat-tlett elef segwaċi. Kien sewwasew matul it-twelid ta' din il- paġna elettronika li skoprejt il-pinna tal- kittieba Rita Saliba. Dak iż-żmien Saliba kienet waħda mill-iżjed kontributuri profiliċi. Terġa' u tgħid, kienet proprju hi li – nhar l-1 ta' Jannar 2014 – saħansitra bħal għammdet din it-tarbija ċkejkna ta' Mallia bl-istorja Il-Basket tal-Ġild. Bix-xieraq li mbagħad din dehret fil-ġabra stampata Għidli Mitejn/Tell Me 200. Bix-xieraq xejn inqas li daqs sentejn ilu sabet postha wkoll fil-ġabra ta' mikrostejjer tagħha Fuq Widnejn Torox. Bix-xieraq daqstant ieħor li kien proprju Ġorġ Mallia li kiteb id- daħla għal din il-ġabra. L-immaġinarju 'paranormali' ta' Rita Saliba Fl-istess sena Saliba tagħtna wkoll il- ġabra ta' stejjer qosra Ħjut, iżda kien fil- ġabra tal-ewwel fejn donnha ddeċidiet li tqassar iżjed b'tali mod illi toqrob kemm jista' jkun lejn il-proġett ta' Mallia. Għaldaqstant minn dawn it-tnejn hija proprju dina l-ġabra li laqtini l-iktar. F'għadd imdaqqas mill-istejjer miġbura fil-ġabra Fuq Widnejn Torox Rita Saliba tippreżenta ruħha – b'mod speċjali apparagun ma' ċerti awturi oħrajn ta' żmienna – bħala kittieba b'immaġinazzjoni wiesgħa u għammiela. Għandha ħabta kif tidħol fin fin fil-psike tal-karattri li tkewwen filwaqt li ddeffishom f 'firxa wiesgħa sitwazzjonijiet strambi, xi kultant ukoll tal-waħx, minn xi daqqiet saħansitra improbabbli, l-iżjed għal dawk li it li xejn huma midħla tal-fenomeni paranormali jew ekstrasensorjali. F'dan il-ġeneru partikulari – li ili bosta snin għatxan u karban biex narah u naqrah iżjed spiss fil- letteratura tagħna – jispikkaw fost oħrajn l-istejjer Basket tal-Ġild, Il-Mostru Taħt is- Sodda, Id-Dar il-Ġdida, Is-Siġġu tal-Ġenb, Miegħi u fuq kollox Kittieb. Bi frekwenza simili toħloq u tikteb dwar ħlejjaq semi- divini, ngħidu aħna fl-istejjer Ħobż tal- Anġli, Ma Kontx Nemmen..., Ġwienaħ Miksura, Par Ġwienaħ u Dmugħ. Fuq kollox tirkaċċa bil-kbir l-istorjella Sħaħar – rakkont b'narrattiva li għal mument fl-immaġinarju tiegħi għoddu ntiseġ rumanz sħiħ. Bħalma rrimarka Ġorġ Mallia fid-daħla tiegħu, fost temi oħra Saliba tistħarreġ ukoll l-ansjetajiet illi kapaċi jġarrbu jew joħolqu l-kittieba, anke sempliċement bid- drawwiet jew bil-preżenza tagħhom. Fost dawn ta' min isemmi l-istejjer Bla Kliem, L-Istorja Tagħna, Ir-Raġel ta' Wara l-Istering, Iswed fuq l-Abjad u Storja Tinkiteb. Din tal-aħħar aktarx hija l-iktar l-iżjed mikrostorja intensa li naqraw f 'dan il-ktieb. Aktarx l-iżjed saljenti. Forsi wkoll l-iżjed sinifikanti, tant li t-titlu tagħha seta' faċilment kien it-titlu tal-ġabra. B'riħet it-tmiem qawwi tagħha hija wkoll fost l-iżjed effettivi: Nittama li nilħaq nagħlaq l-istorja qabel jispiċċali demmi, ittemm tgħidilna. L-id moħbija fi tmiem l-istejjer Dejjem kont tal-fehma li t-tmiem – l-iżjed dik l-aħħar sentenza sagrosanta – spiss ikun l-iżjed punt importanti f 'kull kitba, mhux biss f 'dik fittizja. Ma jfidx wisq li tgħum l-għawma kollha biex imbagħad tegħreq fir-ramla. Jisgħobbija ninnota li bosta awturi – kemm lokali u kemm barranin – spiss jisfgħu f 'dan, ġieli fl-istil, ġieli fin-narrattiva. F'din il- ġabra innotajt dan ukoll diversi drabi. Fl-istorja Iswed fuq l-Abjad ċerta mara tistqarr dan: "Kultant ma jkollix kontroll; l-istorja donnha tinkiteb b'id moħbija." Imbagħad, bejnha u bejn ruħha, "nibda storja li ma nafx fejn se toħodni". Minnu li xi drabi nibdew niktbu stejjer – kif sikwit jiġri wkoll fil- ħajja ta' kuljum – li mingħalina jkunu sejrin banda u intant 'qas biss nintebħu li qegħdin jeħduna band'oħra. Minnu daqstant ieħor illi l-ispirtu tal-istejjer qosra, kif jgħidilna l-kittieb American Raymond Carver, iqarreb iżjed lejn il-poeżija milli lejn ir-rumanz. Iżda xi it minnha wkoll l-istqarrija li kiteb l-awtur Ingliż Neil Gaiman fil-ġabra tiegħu Fragile ings: Short Fictions and Wonders: "Akkont, l-istejjer ma jiktbux lilhom infushom". Dibattibli dan, u naf illi Stephen King ma jaqbilx. Madankollu ngħid għalija nemmen – jew forsi nixtieq nemmen – illi f 'din id-dimensjoni għandna iżjed riedni: tajjeb li l-kitba tkun bħal ħolma, basta tibqa' fil-biċċa l-kbira luċida. Ir-regola tar-rummiena marsusa F'dan ir-rigward fis-saġġ tiegħu e Philosophy of Composition Poe jagħti għadd ta' pariri dwar is-sengħa tan- nisġa tan-narrattiva, fosthom dan li ġej: ibda ikteb billi qabelxejn tiffissa t-tmiem, żommu f 'moħħok il-ħin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020