Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Carmel Bonnici Iċ-ċinema Peplum (1) Il-films epiċi bdew jinħadmu sa mis-snin bikrin taċ-ċinema mutu b'hekk, fl-1914 insibu ix- xogħol spettakulari ta' Giovanni Pastrone, Cabiria, film Taljan ta' kważi sagħtejn u nofs. L-Amerikani malajr imxew warajhom bil-famuż direttur D. W. Griffiths jieħu ispirazzjoni tas- sekwenzi ta' Babilonja l-Antika minn f 'Intolerance (1916), produzzjoni lussuża ta' madwar tliet sigħat u nofs. Mal-wasla tas-CinemaScope fl- 1953, il-films spettakulari bdew isiru aktar spissi. Wieħed malajr isib fil-it snin ta' wara produzzjonijiet ta' xeħta epika bħal Knights Of e Round Table (1953), Helen Of Troy (1955). Alexander e Great (1956), e Vikings (1958), eċċ. Il-films epiċi tal-istorja antika pprovdew produzzjonijiet eċċellenti ghaċ-ċinema fis-snin ħamsin biex jesibixxu ma' kullimkien il-qawwa teknika u Hollywood hawn jieħu l-kreddtu prinċipali għall-qawmien ta' dan il-ġeneru. Imma, fl-Italja tibdil kruċjali stilistiku ħa post f 'din l-epoka. Is-suċċess ta' Alessandro Blasetti, Fabiola (1949) ipprovda t-tingiża neċessarja għas-snin ta' wara biex kważi f 'kull sena joħorġu xi żewġ film storiċi. Dawn kienu xogħlijiet eleganti u ttrattraw varjeta' ta' suġġetti. Għalkemm ma kinux jikkomparaw mal-qawwa tal-films Amerikani tal-istess ġeneru, l-istil tagħhom qishom strippi komiċi jew fumetti kif isejħulhom it-Taljani, ntlaqa' b'suċċess kbir mill-pubbliku Taljan. Fost dawn il-produzzjonijiet insibu Spartaco (1953) (Spartacus e Gladiator), La Regina Di Saba (1952) (e Queen Of Sheba), Attila, Flagello Di Dio (1955) (Attila e Hun), Ulisse (1954) (Ulysses) u La Schiava Di Cartagine (1957) (e Slave Woman Of Corinth). Bħala divertiment urew enerġija gwappa u vitalita' fluwida. Is-suċċess ta' dawn il-films kien tant li l-kritiċi Franċiżi laqqmuhom Peplum (mill-versjoni Latina tal- kelma Griega "peplo", li tfisser xalla kbira jew libsa twila ta' mara) Pero', l-veru ciklu taċ-ċinema Peplum beda fl-1958 u baqa' sejjer sod sal-1964. L-Amerikani kienu jsejħulhom films ta' "Cloak and Dagger" (Mantelli u Sjuf)/ jew "Sword and Sandals" (tax- Xwabel u Sandlijiet). Hawn Malta konna nsibuhom bħala "Films tar-Rumani", frażi mhux korretta sa barra, għax ħafna mill-eroj tagħhom kienu ta' nisel Grieg. Iċ-ċinema Peplum, infatti, akkwista għarfien internazzjonali bil-film Le Fatiche Di Ercole (1958) (Hercules) bil-protagonist ikun l-attur/bodybuilder Amerikan Steve Reeves, kollu muskoli, rebbieħ ta' bosta titli ta' Mr. Universe. B'persuntu u wiċċ attraenti, kien deher biss qabel f 'xi partiċelli ta' produzzonijiet ta' Hollywood. Dan il-film kien xtrah bi it flus il-produttur Amerikan Joseph E. Levine u rreklamah sewwa, tant li fl-Istati Uniti għamel profitt ta' madwar 5 miljun dollari. Il-film ta' warajh, Ercole E La Regina Di Lydia (1958) (Hercules Unchained), wara promozzjoni titanika reġa' għamel il-belli liri għal Levine. Fil-preżent, iż-żgħażagħ huma affaxxinati bis-supereroj tal-kotba komiks li bit-teknika avvanzata tal-lum kapaċi jagħmlu għeġubijiet fuq il-liżar il-kbir. Mas-sittin sena ilu, l-ġenerazzjoni ta' dak iż-żmien ħadu grazzja ma' dawn l-eroj immuskulati ta' saħħa tremenda. Il-films Peplum esploraw viji ma tantx magħrufin tal-istorja u bdew jinħadmu bil-gzuz, ġieli jiffilmjaw tnejn f 'salt. Il-produtturi Taljani bdew jivvintaw ismijiet ta' eroj meħudin jew mill-istorja, Spartacus, jew mill-Bibbja, Sansun u Gulija jew mill-mitoloġija Griega, Hercules u Ulysses jew ivvintati bħal Maciste, mill-film mutu tal- istess isem tal-1915. Issa se niffoka fuq l-eroj kollha taċ-ċinema Peplum fl-aqwa żmien tiegħu u nsemmi bit-Taljan diversi mill-films li nħaddmu. Fejn nista' nagħti l-isem bl-Ingliż. Hawn Malta, fi żmienhom għamlu wkoll suċċess, kemm meta murija bl- Ingliż u kemm bit-Taljan (l-aktar li ntwerew kien b'din il-lingwa). Fatt wieħed li nista' nsemmi hu li fl-1960, fi żmien iċ-Ċentinarju Pawlin, kien hawn strike bit-teatri kollha magħluqin għal ħafna iżjed minn xahar. Teatru wieħed, il- Capitol fil-Belt fetaħ ġimgħa qabel l-oħrajn bil-film e Last Days Of Pompeii (1959) (Gli Ultimi Giorni Di Pompeii) bl-attur l-istess Steve Reeves. Kont qrajt li Malta u Għawdex bi ħġarhom marru jarawh tant kien iċ-ċinema jattira nies. Niġi issa għall-eroj taċ-ċinema Peplum. Bla dubbju ta' xejn l-aktar wieħed popolari kien Ercole. Dan hu karattru popolari fil-Mitoloġija Griega, Erakle (mill-Grieg Herakles) jew Ercole (Hercules). Skont il-mitoloġija twieled minn tghanniqa bejn Zeus (alla tad- dinja kollha) u Alkmena, l-mara ta' Amfitrijun (sinjur ta' Tafo) fil-belt ta' Tebe, għalhekk nofsu alla jew divin u nofsu uman, li kellu saħħa kbira. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020