Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Josianne Cutajar Flessibilità fix-xogħol, mhux fid-drittijiet Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista D ak li ilna xhur nistennew u naħdmu għalih, per- mezz ta' diversi sagri- fiċċji personali u soċjali, jidher li wasal: in-numru ta' nies infettati bil-COVID-19 qed jiċkien ta' kuljum, u bil-mod il-mod, qed jitneħħew ir-restrizzjonijiet marbuta mal-imxija tal-istess pandemija. Fil-fehma tiegħi, iżda, il- perjodu li ħerġin minnu ma kienx il-gwerra, iżda waħda mill-battalji. L-isfida li jmiss issa hija fil-mod ta' kif se nerġgħu nidħlu f 'rutina fin-normalità l-ġdida, mingħajr il-biża' ta' pandemija li ħasditna. Konna fost l-aqwa pajjiżi fil-mod ta' kif ikkontrollajna l-imxija tal-COVID-19; konvinta li kapaċi nkunu fost l-aqwa fil-mod ta' kif nibnu strutturi soċjali ġodda u aħjar minn dawk li konna drajna. F'dan il-perjodu, per eżempju, ħafna indunaw kif permezz tat-teknoloġija, ħafna xogħol li kien isir fl-uffiċċju seta' faċilment jitkompla mid-dar. Il-laqgħat saru permezz ta' applikazzjonijiet virtwali; l-imejls ma waqfux, u kull ma kellu jsir sar. Iktar minn hekk, kien hemm diversi ħaddiema, kif ukoll persuni li jħaddmu, li ma sabux problema b'dan il-mudell. Filfatt, irċivejt messaġġi miż-żewġ naħat ifaħħru dan l-istil ta' ħajja li għal ħafna kien kompletament ġdid. Min sab li mid-dar seta' jqassam ħinu aħjar biex ilaħħaq mal- familja; ħaddieħor sab li kien ferm iktar produttiv fil-kwiet ta' daru; u oħrajn qaluli kemm sabu iktar ħin biex jiddedikawh għad- delizzji tagħhom wara x-xogħol. It-traffiku kien messaġġ komuni li għaddieli kull min kellimni dwar is-suġġett: dawn il-ħaddiema iffrankaw l-isbaħ nofs siegħa (għal uħud saħansitra iktar minn hekk!) fit-traffiku u d-dħaħen ta' kull filgħodu u filgħaxija! Kont sorpriża immens meta bdejt nirċievi messaġġi simili minn min iħaddem. Kont sorpriża għaliex qabel il-pandemija, kienu ħafna li kellhom id-dubji kbar tagħhom fuq ix-xogħol mid-dar. Kienu għadhom jaħsbu bil-mentalità li jekk m'intix tara lill-impjegat tiegħek bilqiegħda fl- uffiċċju, probabbli mhux qiegħed jaħdem. Dawn l-aħħar xhur bdew jonqsu dawn il-ħsibijiet – ix- xogħol mhux talli baqa' għaddej, talli f 'ċertu sitwazzjonijiet, tjieb. F'numru ta' pajjiżi, it-telework u arranġamenti ta' xogħol flessibbli ilhom diversi snin jitħaddmu, u r-riċerka turi li l-benefiċċji huma kbar għal kulħadd. Kumpaniji li joffru dawn l-arranġamenti jsiru ferm iktar attraenti għal ħaddiema li jixtiequ jiksbu bilanċ aħjar bejn il-karriera u l-ħajja personali. Għaldaqstant, dawn il-kumpaniji innutaw li t-turnover ta' ħaddiema naqas ferm, u b'hekk, mhux biss ma tilfux ħaddiema ta' kwalità, iżda ffrankaw ukoll finanzjarjament: ma kellhomx għalfejn, per eżempju, jinvestu biex iħarrġu impjegati ġodda. Iżda l-flessibilità mhix biss l-għażla ta' xogħol mid-dar. Bil- flessibilità fl-impjieg, niem li l-ħaddiem u min jimjegah jistgħu jaslu għal arranġamenti li huma konvenjenti għat-tnejn li huma. Is-sabiħ ta' din is-sistema hi li verament taħseb f 'kulħadd: hemm min mhux komdu li jaħdem mid-dar. Hemm min, minħabba r-responsabbilitajiet familjari tiegħu, jista' jaħdem aħjar jekk jagħmel iktar sigħat ta' xogħol kull ġurnata, iżda jaħdem għal erbat ijiem minflok ħamsa. Hemm ħaddiema oħra li saħansitra jippreferu jaħdmu inqas sigħat kuljum, iżda imbagħad jidħlu għax-xogħol is-Sibt ukoll. Dik hi l-flessibilità li nemmen fiha jien, u li dejjem sħaqt dwarha, kemm matul il-kampanja elettorali tiegħi, iżda wkoll din is-sena fil-Parlament Ewropew. Nemmen ukoll li r-rivoluzzjoni diġitali trid tintuża għal skopijiet soċjali, bħal ma hi l-kisba tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Konvinta iktar minn qatt qabel li l-miżuri ta' flessibilità fil-qasam tal-impjieg li ħadmu waqt din il-pandemija mhux talli għandhom jinżammu, iżda għandhom jissaħħu! Bħal kull mudell ta' impjieg ieħor, ix-xogħol flessibbli jeħtieġ qafas legali li jirregolah, u li jħares kemm lill-ħaddiem kif ukoll lin-negozju. Ir-riċerka turina li daqs kemm joffri benefiċċji jekk jitħaddem sew, daqstant ieħor jista' jsir lok ta' abbuż jekk jitħalla mingħajr struttura serja. Ma naċċetta qatt li l-flessibbilità tintuża biex tisfrutta l-ħaddiem, wu ċċaħħdu minn drittijiet li nkisbu wara snin ta' ħidma, inkluż dawk ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan jitfa' responsabbilità wkoll fuq il- Gvern, li mhux biss għandu jkun il-model employer f 'pajjiżna billi jħaddem miżuri ta' flessibilità, iżda wkoll jagħti inċentivi b'saħħithom lis-settur privat biex jagħmel l-istess mal-ħaddiema tiegħu. Fil-Parlament Ewropew, irrid naħdem biex f 'dan il-qasam l-Unjoni Ewropea tipprovdi għal struttura soda fejn tidħol il- flessibilita' fuq il-post tax-xogħol biex naraw li dawn l-avvanzi teknoloġiċi joffru kwalita' ta' ħajja aħjar. F'Malta u Għawdex ukoll, insejjaħ għas-sensibbilità f 'dan ir-rigward: ejja nistudjaw sew dak li ħadem, u ejja nagħtuh qafas sod ta' regolazzjoni. Issa ċ-ċans li nagħmlu qabża sinifikanti fil-livell tal-għajxien tagħna, u nkomplu nibnu soċjetà li taħseb f 'kulħadd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020