Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H uwa vera li jeħtieġ illi jsir punt politiku minn Malta u li Malta żżomm sod u mhux titħalla tiġi njorata fuq il-kwistjoni tal-im- migrazzjoni. Dan huwa minnu u m'hem- mx limitu ta' kemm nistgħu ngħiduh. Iżda ma jistax ikun illi filwaqt li qed nagħmlu dan il-punt politiku, waqt li qed indoqqu l-arpa taċ-ċelebrazzjonijiet inħallu nies bejn sema' u ilma b'mod indefinit u bil-konsegwenzi kollha li din għandha. Ilbieraħ is-sit illum.com. mt kien minn ta' quddiem illi rrapporta dwar protesta fuq l-Europa II. Din il- protesta li setgħet kellha konsegwenzi akbar hija riżultat ta' din is-soluzzjoni fuq bażi temporanja. Kemm se ndumu nħallu nies bejn sema u ilma? Ġimgħa? Ġimagħtejn? Xaharejn? Kemm? Filwaqt li l-Unjoni Ewropea tilgħab logħba ċess, fl-ibħra ta' madwarna għandna bombi tal-ħin lesti biex jisplodu, għad-detriment tal-immigranti nfushom u tal-ħaddiema li jinsabu fuq il-bastimenti. Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser u forsi hawn min hekk iridha tinkiser, ħalli jkun jista' jagħmel eżempju minn Malta. Huwa tajjeb, anzi importanti u pass fid-direzzjoni t-tajba li l-PM Robert Abela mar il-Libja u ltaqa' ma' Fayez Al-Sarraj biex tiġi diskussa din il- materja. Is-soluzzjoni fl-Afrika qiegħda - primarjament mill-pajjiż illi minnu ġejjin l-immigranti u mbagħad fil-Libja - minn fejn jitilqu - fejn Sarraj qal li hemm 800,000 immigrant lesti biex jitilqu. X'se nagħmlu? Ħa npoġġu dawn it-800,000 kollha fuq il-bastimenti tat- turisti? Din hija gwerra bl-użu u l-isfruttar makkak u moqżież tal-bnedmin u filwaqt li huwa importanti li ħadd ma jiffaċilità dan iċ-ċirku kriminali, huwa importanti li ma nagħmlux eżempju mill-ħajja umana li qed tintuża bħala gamblu. Hemm bżonn illum qabel għada jiġu arrestati u ssir ġustizzja kontra t-traffikanti. Hemm bżonn li l-UE tqum mir-raqda u tfassal - malajr - pjani ta' kontinġenza u tqassim ta' immigranti. Hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni mal-Libja biex din tibda ġejja f 'tagħha u biex tgħasses il-fruntieri b'serjetà u b'rispett lejn id-drittijiet tal- bniedem. Hemm bżonn, b'serjetà assoluta, jiġu mgħejjuna pajjiżi minn fejn qed jitilqu dawn l-immigranti. Filwaqt li huwa sew li l-Gvern qed iżomm iebes, iktar iebes minn kwalunkwe li kellna fl-aħħar snin - ma jistax irabbi sens ta' indifferenza lejn l-umanità. Tħallux nies jgħerqu u tħallux nies imutu. Għidniha it ġimgħat ilu u nerġgħu nfakkru: Tkunux bully maż- żgħir Tafu min huma l-kriminali. Kienu mxandra f 'dokumentarju ferm interessanti fuq ix-xandir nazzjonali - minn eks ġurnalista ma' din il-gazzetta. Mela x'intom tistennew? X'inhi tistenna l-Ewropa? Jew tant hemm ċrieki ta' korruzzjoni u abbuż li m'hemmx interess u rieda li l-kriminali jinqabdu? Kriminalità moqżieża ... nafu min huma t-traffikanti. X'intom tistennew?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020