Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Inizjattivi pożittivi IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Matul dawn il-ġimgħat rajt inizjattivi ġejjin anki mingħand edukaturi li ħarġu 'l hinn mit-tagħlim tal-kurrikulu onlajn K emm nieħu gost meta nara studenti jieħdu iniz- jattivi u jtellqu 'l quddiem proġetti verament inter- essanti. Li wieħed jieħu inizjattiva hija ħila ta' min jinkoraġġiha. Bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, niltaqa' ma ħafna eżempji ta' studenti li jniedu proġetti li jkunu 'l hinn mill-istudji u l-kurrikulu tagħhom. U din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha. Din il-ġimgħa iltqajt ma' Rebecca Caruana, studenta tat-tieni sena tal-mediċina fl- Università ta' Malta, li qed tikteb e-book dwar il-imxija tal-vajrus li ddomina ħajjitna f 'dawn l-aħħar ġimgħat: "COVID-19, e Reason Why the Earth Stood Still". Ktieb li fih għaxar kapitli li jitrattaw dwar il-virus u kif jaffettwa saħħet il-bniedem kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Huwa inkoraġġanti meta nara studenti jieħdu dan l-interess biex jinħoloq iżjed għarfien fuq diversi suġġetti, f 'dan il-kas, fuq il-vajrus. Aħna bħala Gvern kommessi li nkomplu ntejbu s-sistema edukattiva għall-benefiċċju ta' uliedna u ulied uliedna. Dan jidher biċ-ċar fil-każ ta' Rebecca, li kienet f 'diskussjonijiet u laqgħat ma' professuri li jgħixu barra minn Malta biex tinġabar informazzjoni fattwali fuq l-imxija tal-virus kurrenti. Meta ltqajt magħha biex nara dan il-proġett li ħolqot, Rebecca rrakkontatli li minn dejjem kellha ħolma biex tikteb ktieb. Waqt din il-pandemija kitbet artiklu dwar il-COVID-19 u x'jinvolvi li ġibed l-attenzjoni ta' Dr Syed Rizvi, tabib li jaħdem New York u li staqsieha għal intervista. Waqt l-intervista qalilha li kien qed jaħdem mal-WHO, CDC u l-Università ta' Kolombja fi New York biex jippubblika ktieb virtwali dwar il-COVID-19. Jumejn wara l-intervista ltaqat ma' tim internazzjonali li kelliha taħdem miegħu. It-tim kien magħmul mit-tabib Syed Rizvi minn New York, mid-dentista Pippasha Khan mil-Londra, u mill-"ispeech therapist' Daniel Hrbolio minn Melborn. Għandna wkoll diversi professjonisti oħra li qed jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom għal dan il-ktieb. Inizjattiva li minn sempliċiment ħolma, żviluppat f 'xi ħaġa konkreta. Filfatt dan l-e-book qed jinkiteb b'kollaborazzjoni mal-Organiżazzjoni Dinjija tas- Saħħa u ċ-Centri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard. Kull inizjattiva hija ta' min jirrakkomandaha. Hawnhekk niakar ukoll fil-bidu li faqqgħet din il-pandemija u l-mijiet ta' studenti ta' kull età li spiċċaw fi djarhom u utiliżżaw il-ġurnata mhux biss biex ikomplu bl-istudji tagħhom onlajn, imma fil-ħin frank li kellhom ħolqu mijiet ta' tpinġijiet b'messaġġi ta' tama u li rajnihom imwaħħlin mat-twieqi u gallerijiet fit-toroq Maltin. Matul dawn il-ġimgħat rajt inizjattivi ġejjin anki mingħand edukaturi li ħarġu 'l hinn mit- tagħlim tal-kurrikulu onlajn u b'dedikazzjoni ħolqu diversi affarijiet biex jedukaw lill-istudenti b'mezzi alternattivi. Jiġuni f 'moħħi wkoll żewġ għalliema li minn jeddhom ħolqu paġna fuq fejsbuk Corokwiżż, li permezz tagħha qed joħolqu kwiżis li huma nteressanti ferm għall-istudenti. Bħal dawn hemm diversi eżempji. Għal darb'oħra nirringrazzja lill-edukaturi li b'imħabba u dedikazzjoni qed jagħtu servizz eċċellenti lill-istudenti uliedna. +++ Dan il-ħsieb tal-eBook jeħodni wkoll għal inizjattiva li ħadt flimkien mal-Ministeru għall- Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali lejn tmiem Mejju, biex ngħammru d-djar residenzjali tat-tfal b'għażla sabiħa ta' kotba tal-qari bil-Malti u bl-Ingliż permezz tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Fil-ġimgħat li għaddew b'mod simboliku mort f 'żewġt idjar tat- tfal, Dar Santa Tereża mmexxija mis-Sorijiet tal-Qalb ta' Gesu' fiż-Żurrieq u Dar Frate Jacoba ta' Marsaskala li jieħu ħsiebha Patri Raymond. Dar Santa Tereża hija dar residenzjali għal tfal t'etaijiet zghar u mort biex nagħtihom kotba bil-Malti u Ingliż magħżula b'attenzjoni skont il-gosti tat-tfal stess biex insaħħu l-imħabba lejn il-qari bħala parti mill-iskema "Il- Kotba l-aqwa ħbieb" tal-Agenzija Nazzjonali ghal-Litterizmu. Ħadt gost niltaqa' mal-anġli li jgħixu fid-dar u s-Sorijiet li jieħdu ħsiebhom, b'mod partikolari Sister Karmelina u Sister Ann u ma' rapprezentanti tal-Fondazzjoni Sebħ. F'Dar Frate Jacoba sellimt lil Patri Raymond, li f 'din id- dar qed iwettaq fil-prattika t-tagħlim Franġiskan li jagħti kenn lil dawk it-tfal u żgħażagħ li m'għandhomx, u li jagħti ħiliet importanti b'tagħlim applikat, dedikat u personaliżżat lil studenti li ħaddieħor kien qata' qalbu minnhom. Hawhekk ukoll mort biex nagħti kotba bil-Malti u bl-Ingliz lit-tfal u zghazagh residenti f 'din id-dar b'qalb kbira. Aħna se nkomplu għaddejjin inqassmu dawn il-kotba f 'aktar djar residenzjali għal tfal u żgħażagħ. Grazzi lill-istaff kollu ta' dawn id-djar tal-ħidma eċċellenti u li jagħmlu xogħol imprezzabbli! +++ Waqt konferenza tal- aħbarijiet, flimkien mal-Malta Union of Teachers ħabbart it-tnedija ta' Fondazzjoni Sagħtar, li fiha diversi proġetti fosthom; pubblikazzjonijiet, taħriġ u attivitajiet b'rabta mal- professjoni edukattiva. Il-portal ta' Fondazzjoni Sagħtar, saghtar. org.mt, diġà rreġistraw fih u bdew jagħmlu użu minnu 'l fuq minn 1,300 persuna. Din il-fondazzjoni se tħares it-tkabbir tal-professjoni tal- edukaturi, it-titjib tal-livell tal- edukazzjoni u fuq kollox is-servizzi lill-istudenti nfushom. L-interess ta' dan il-Gvern minn dejjem kien li jara x'inhu l-aħjar għall- edukaturi u l-istudenti biex dawn jingħataw l-aħjar opportunitajiet biex itejbu ħilithom u l-kapaċitajiet tagħhom. Nixtieq inħeġġeġ iżjed nies jinteressaw ruħhom u jidħlu f 'dan is-sit informattiv li m'għandix dubju li diversi edukaturi u studenti se jsibuh utli. Nirringrazzja wkoll lill- edukaturi kollha li f 'dawn iż-żminijiet bla preċedent li għaddejjin minnhom minħabba l-imxija tal-COVID-19, taw sehem kbir b'dedikazzjoni biex jaraw li l-istudenti jkomplu għaddejjin bit-tagħlim tagħhom b'sistemi onlajn, wara l-waqfa ħesrem tas-sena skolastika minħabba din il-pandemija. +++ Fi tliet snin, 76% tal-miżuri tal-programm elettorali twettqu fl-intier tagħhom jew jinsabu fi stat avvanzat ta' twettiq. Fost dawn, komplejna ninvestu wkoll fis- sistema edukattiva u fl-iskejjel. L-investiment fl-edukazzjoni u l-infrastruttura tagħha ma jaqtax. Żewġ proġetti li żort dan l-aħħar kienu x-xogħol ta' restawr u ta' tisbiħ tal-Iskola tal-Arti li qed isir b'investiment ta' €5 miljun, u x-xogħol fuq l-iskola primarja ġdida fil-Qawra – proġett b'investiment ta' €13-il miljun. Għal uliedna u l-edukazzjoni tagħhom, nibqgħu nagħmlu dak kollu li nistgħu.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020