Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Sajf bla baned, nar u armar iżda xejn ma jnaqqas mill-entużjażmu Hekk kif normalment bħal dan iż-żmien id-dilettanti tal-festa jkunu fl-aqwa tal-ħidma tagħhom, il-gazzetta ILLUM żżur maħżen tal-armar, każin tal-banda u kamra tan-nar YENDRICK CIOFFI Bla ma trid il-ħoss tal-banda jew ta' xi murtal fil-bogħod mill- ewwel ifakkrek fil-ġranet sħan tas-sajf. Din is-sena, kollox se jibqa' sieket. Il-baned mhux se jdoqqu, il-murtali mhux se jixegħlu s-sema u l-pavaljuni se jibqgħu biss iżejnu l-ixkafef tal-imħażen. Anke jekk it it qed noqorbu lejn dik imsejħa n-normalità ġdida, żgur li s-sajf 2020, bla festi, se jkun wieħed nieqes mill-kulur. Anke jekk l-għaqdiet tal-festi rrispettaw id-deċiżjoni tal- awtoritajiet tas-saħħa, żgur li l-aħbar li l-festi mhux se jsiru ma kinitx waħda sabiħa għal eluf ta' dilettanti li jaħdmu kull sena biex jagħmlu mill-festa maltija ċelebrazzjoni unika fid-dinja. Minkejja li d-dħul għal dawn l-għaqdiet, li kollha kemm huma jaħdmu fuq bażi volontarja, waqaf kompletament matul dawn ix-xhur, ix-xogħol fil-każini, fl- imħażen u fil-kmamar tan-nar kompla daqslikieku ma kien xejn. It-tagħlim tal-mużika fil- każini tkompla b'mod virtwali, ix- xogħol ta' restawr fuq l-armar tal- festa ma jistax jistenna u diversi kmamar tan-nar kellhom xorta waħda jxammru l-kmiem għax il- materjal kien laħaq inxtara. Anke jekk tfisser spejjeż, il- festa tiġġenera wkoll l-ekonomija. Immaġina dak il-mużiċist li s-soltu jagħmillek sajf idoqq fl- orkestri u mal-baned fil-marċi, immaġina l-kuntrattur tad-dawl li jżarma raħal u jarma ieħor, immaġina lil dawk li jarmaw bil- gabbani tal-ikel u x-xorb, il-baned li jkunu mistiedna jdoqqu fil-festi ta' rħulha oħra u l-kmamar tan- nar li jbiegħu ix-xogħol tagħhom lil festi oħra. Dwar dawn kollu, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tliet persuni li jagħmlu xogħol differenti iżda meta l-ħidma tagħhom tingħaqad flimkien, titwieled il-Festa. Christian Raggio huwa l-persuna responsabbli mill- armar tal-festa ta' San Lawrenz tal-Birgu. Mal-ILLUM spjega kif għalkemm id-dħul waqaf kważi kompletament, ix-xogħol fl-imħażen baqa' għaddej daqslikieku l-festa se ssir. Raggio spjega kif anke jekk l-attivitajiet kellhom jieqfu ħesrem, il-kumitat addattata l-ħidma tiegħu u ħarġu b'ideat innovattivi li ħallew il-frott u li minnhom setgħu jiġbru xi ħaġa, fosthom permezz ta' servizz ta' takeaway u anke tombli li organizzaw fit-toroq. Apparti minn hekk żammew ukoll kuntatt mal-Ġirbin partitarji ta' San Lawrenz permezz ta' programm li qed jittella' b'mod professjonali fuq il-midja soċjali. "Ix-xogħol baqa' għaddej b'mod partikolari fejn jidħol ir-restawr tal-armar," saħaq Raggio, anke għax ħafna mix-xogħol isir b'mod volontajru mid-dilettanti stess. Baqa' għaddej ukoll ix-xogħol ta' ħjata fuq drapp ġdid li żżanżan fis-snin li għaddew u waqfu biss il-proġetti ġodda, anke jekk determinati li dawn jibdew malli r-rota terġa' tibda ddur. Fi kliemu, id-dilettanti qed jippjanaw li xorta waħda jlestu x-xogħol kollu li kellhom ippjanat din is-sena biex imbagħad mill- ewwel jibdew jaħdmu għas-sena 2021. Għall-Ġirbin, din kellha tkun sena speċjali għax qed ifakkru t-tieni ċentinarju minn meta l-knisja ta' San Lawrenz saret kolleġġjata. "Biss biss kellu jkollna tliet purċissjonijiet ta' San Lawrenz. Kulħadd intlaqat ħażin imma aħna ħafna aktar," saħaq Raggio. "Minkejja dan xorta bqajna għaddejjin. Il-Birgu huwa dak li hu. Wa s a l l - E w w e l Erbgħa u armajna l-bandalori fil-pjazza u l-bnadar fuq is-swar. Ma nafux noqogħdu kwieti." 'Bqajna għaddejin ... mhux bħal qabel imma ma nafux noqogħdu kwieti' - Christian Raggio O m a r X u e r - eb huwa l-Viċi President tal-Għaqda Każini tal-Banda u anke l-President tal-Għaqda Mużikali Marija As- sunta tal-Gudja. Il-gazzetta IL- LUM tkellmet dwar dak li espe- rjenzaw fl-aħħar xhur il-każini tal-banda iżda miegħu ħarset ukoll lejn ix-xhur li ġejjin u li s-soltu jkunu l-aktar impenjatti- vi għall-każini. Waqt li saħaq li d-donazzjoni ta' €200,000 li l-Gvern ta l i l l - G ħ a q d a Każini tal- Baned għenet ħafna biex il- każini komplew bil-ħidma tagħhom, mal-ILLUM Xuer- eb saħaq li fadal ħafna biex dawn jerġgħu jirrankaw, b'mod partikolari fil-ġbir tal-fondi. "Għandna sentejn biex nibdew niġu fuq saqajna. Lanqas l-2021 mhu se tkun sena normali għalina," insista Xuereb. Fakkar li dawn is-soċjetaji- et mużikali jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet tal-partitarji u anke mill-avvenimenti li jorganiz- zaw kontinwament matul is-sena liema attivitajiet bħalissa jinsabu wieqfa għal kollox. "Ħafna jagħtuk donazzjoni fl-aħħar tax-xahar meta tidħil- hom il-paga imma bħalissa huwa żmien diffiċli għal kulħadd," insista Xuereb. "Anke biex titlob riklam jew sponsor. Tistħi tmur titlob riklam għall-ktieb tal-festa meta għandek in-negozji li qed ibatu biex jirkupraw." Ovvjament ġej is-sajf. Normal- ment ikun impenjattiv ħafna u jfisser dħul sostanzjali għall-każini mhux biss għax jiżdiedu l-attivi- tajiet fil-ġranet tal-festa tagħhom imma anke għax ikunu mistiedna jdoqqu f 'diversi festi oħra. "Se jkun sajf bla dħul ta' xejn. Se jkun sajf tal-biża'," insista Xuereb. Iżda mhux kollox negattiv. Minkejja dawn id-diffukultajiet ix-xogħol fil-każini ma waqafx. Xuereb faħħar l-impenn ta' ħaf- na żgħażagħ li xorta waħda raw x'jistgħu jorganizzaw biex almenu jdaħħlu xi ħaġa żgħira għall-każin li tant iħobbu u jaħdmu għalih. Fi kliemu, 80% tal-każini tal- baned baqgħu wkoll għaddejin bit-tagħlim tal-mużika, anke jekk b'mod virtwali, servizz li joffru b'xe- jn lill-aljevi tagħhom. "Kien hemm surmastrijiet u anke għalliema li offrew li jkomp- lu jagħmlu l-mużika mingħajr ma jitħallsu," kompla jisħaq Xuereb. Anke jekk il-festi din is-sena mhux se jsiru kif imdorrija bihom, ma jfissirx li l-kumitati tal-każini baqgħu b'idejhom fuq żaqqhom. "Jekk l-entużjamu fil-każin naqas, ma jfissirx li l-ideat ma baqgħux ħerġin," saħaq Xuereb waqt li sem- ma kif l-Għaqda Każini tal-Banda żammet kuntatt b'mod virtwali mad-89 każin tal-banda f 'Malta u Għawdex li huma membri tagħha. "Bilkemm ma ngħidlekx li aktar ħarġu ideat għax kellna aktar ċans naħsbu." Ftit it issa l-każini tal-banda bdew jerġgħu jieħdu l-ħajja hekk kif il-ġimgħa li għaddiet ingħataw il-permess biex jerġgħu jiħu l-bibi- en tagħhom. Ingħataw il-permess li jiħu wkoll il-banek tal-lottu li għal diversi każini tal-banda jfissru dħul. Xuereb saħaq li ħafna mill-każini fetħu mill-ewwel għax il-kumitati u anke s-sidien tal-barijiet, fi żmien li l-każin kien magħluq, kienu il- hom jippreparaw u jħejju għal dan il-mument. "Ovvjament l-attendenza tibda tiżdied it it. In-nies għall-bidu tkun għadha konxja. Niltaqgħu ma' anzjani li jibku għax xorta waħda ma jistgħux jiġu sal-każin jgħidu kelma," temm jgħid Xuereb. 'Għandna sentejn biex nibdew niġu fuq saqajna' - Omar Xuereb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020