Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Ħarsa lejn ajruporti li fetħulna l-bieb, li bexxquh Litwanja: Aħna ftaħna għall- Litwanja imma l-Litwanja fetħet għal Malta b'kundizzjonijiet. Fil-fatt dan il-pajjiż fetaħ il- bibien tiegħu għal 27 pajjiż - fosthom ħafna mill-kompetituri ta' Malta bħal Ċipru, il-Greċja u saħansitra l-Italja. Nies minn dawn il-pajjiżi m'għandhomx restrizzjonijiet biex jidħlu Sa issa Malta tinsab fil-lista l-oħra - flimkien ma' Spanja u l-Irlanda - u allura jekk tmur il-Litwanja trid tagħmel kwarantina ta' ġimagħtejn. In-Norveġja: Fil-15 ta' Mejju il-Gvern Norveġiż baqa' jappella kontra kwalunkwe vjġġar sal-20 ta' Awwissu. Qal illi se jara x'se jkun l-impatt fuq pajjiżi oħrajn qabel imbagħad tittieħed deċiżjoni. Sal-15 ta' Ġunju - din il-ġimgħa - Il-Gvern se jiddeċiedi jekk ibbidilx id- deċiżjoni tiegħu għall-pajjiżi Nordiċi u fl-20 Ġunju għal pajjiżi oħrajn Ewropej. Sa issa, kull min imur in- Norveġja irid bilfors joqgħod għal kwarantina ta' għaxart ijiem, anke jekk ma jkollhomx sintomi u sa issa jidher illi dawn ir-regoli se jibqgħu sa wara s-Sajf - jiġifieri wara li Malta tkun fetħet. L-Iżrael: Interessanti illi skont diversi rapporti fuq siti ta' aħbarijiert ewlenin - inkluż fuq The Times of Israel nhar il-Ħadd li għadda - dan il-pajjiż qed jiddiskuti biex jiftaħ l-ajruport ewlieni tiegħu, Ben Gurion, għal ħames destinazzjonijiet, li sa issa ma jinkludux lil Malta. Dawn huma: Il-Greċja, Ċipru, l-Islovenja, il-Ġorġja u l-Montenegro, filwaqt li l-istess Times of Israel tirrapporta diskussjonijiet ukoll mal- Awstrija. L-Irlanda: Skont l-aħħar informazzjoni aġġornata nhar is-27 ta' Mejju mill-Ajruport ta' Dublin, sa issa kull persuna li tidħol f 'dan il-pajjiż hija obbligata li tagħmel kwarantina ta' 14-il jum, anke jekk il- persuna tkun Irlandiża. Dan ifisser illi jekk is- sitwazzjoni tibqa' tali sal-1 ta' Lulju huwa diffiċli li int tmur l-Irlanda jew inkella li huma jiġu hawn. Id-Dipartiment tas-Saħħa qed javża illi kull min jasal jeħtieġ formola uffiċjali biex l-awtoritajiet ikunu jafu fejn se tkun (kif ħabbret li se tagħmel Malta) u li jista' jikkuntattjawk meta jridu f 'dawk l-14-il jum biex ikunu ċerti li inti bqajt f 'iżolament. Ċekja: Ċekja, li għadha magħrufa minn ħafna bħala ir- Repubblika Ċeka ħabbret, skont rapport fuq Reuters, illi se tiftaħ għal 19-il pajjiż - u mill-ġdid fl- artiklu ppubblikat nhar it-Tnejn, Malta ma tissemmiex. Fil-fatt iż-żoni 'ħodor' u allura siguri huma: Il-ġirien ta' dan il- pajjiż, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Polonja u l-Islovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Bulgarija. Apparti dawn hemm ukoll il-Kroazja, il-Greċja, Ċipru, l-Iżvizzera, l-istati Baltiċi, il-Fillandja, in-Norveġja u l-Iżlanda. Sqallija u Sardegna: Sa issa Malta fetħet għal dawn iż-żewġ żoni fl-Italja - żewġ gżejjer fil- Mediterran. Minn din il-ġimgħa l-Italja kollha fetħet l-ivjaġġar għall-pajjiżi kollha taż-żona Shengen, mingħajr il-bżonn ta' testijiet mediċi. Jekk minn waħda minn dawn destinazzjonijiet tmur għal parti oħra tal-Italja, meta tasal lura Malta obbligat tagħmel 14-il jum kwarantina. Fillandja: Il-Fillandja għadha ma ħabritx data speċifika ta' meta se jiftaħ l-ajruport. Għalkemm rapporti juru illi fl-aħħar ġimgħa kien hemm ċaqlieqa fi-sens illi passiġġiera issa jistgħu jieqfu Helsinki u jaqbdu titjira domestika oħra minn hemmhekk. Dan minflok ikunu eskortati għal taxi jew karozza tagħhom u jieqfu f 'dan l-ajruport. Il-Ġermanja: Il-Ġermanja ħabbret ukoll din il-ġimgħa illi fetħet il-bibien tagħha għal 21 pajjiż Ewropew, inkluż Malta. Il-Ġermanja qed tgħid li l-ivjaġġar u raġunijiet personali qed jiżdiedu mar-raġunijiet validi li għalihom tista' tmur f 'dan il-pajjiż. Il-Ministru tal-Intern Ġermaniż - skont is-sit shengenvisainfo.com - ddeċieda wkoll li għalissa l-fruntiera ma' Franza, l-Awstrija u l-Iżvizzera jibqħu magħluqin, filwaqt li t-traffiku tal-ajru se jinfetaħ mingħajr restrizzjonijiet għall- Italja u Spanja fil-15 ta' Ġunju. L-Estonja: Is-sitwazzjoni hawnhekk hija viċin ħafna dik tal-Litwanja. Fil-fatt dan il-pajjiż fetaħ għal 24 destinazzjoni, mingħajr il- bżonn ta' restrizzjonijiet. Sa din il-ġimgħa Malta kienet flimkien mal-Iżvezja, il-Belġju, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja. Jiġifieri biex tidħol l-Estonja trid tagħmel 14-il jum kwarantina. Lussemburgu: Sa issa jidher illi wara xaharjn ta' sospensjoni, l-ewwel titjiriet regolari tal-passiġġiera bdew il- ġimgħa l-oħra bil-Luxair minn Stokkolma, Liżbona u Porto fil- Portugall u Hamburg u Munich fil-Ġermanja. Wieħed irid jara kemm iktar iridu jinfetħu destinazzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Greċja: Le, il-Greċja mhijiex fil-lista ta' pajjiżi li Malta fetħet kuritur sigur miegħu, iżda l-Greċja poġġiet lil Malta fil- lista. Jiġifieri Malti jista' jmur il- Greċja mingħajr ma jkollu bżonn jagħmel testijiet, imma jekk Grieg jiġi Malta jeħtieġ jgħaddi minn proċessi u checkups.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020