Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

28 Miżuri biex jiġi assigurat operat sigur tal-Qrati ta' Pajjiżna 2 4 6 1 3 5 7 Kulħadd irid jagħmel użu minn 'hand-rub' alkoħoliku mad-dħul Iridu jintlibsu maskra jew visor biex wieħed jidħol fil-Qorti Se tiġi meħuda u reġistrata t-temperatura ta' kull min jidħol il-Qorti, permezz ta' termometru 'infra-red' mad-dħul Il-partijiet konċernati se jitħallew jidħlu fil-bini tal-Qorti 10 minuti biss qabel il-każ tagħhom huwa skedat li jinstema Se jintużaw mhux iktar minn nofs l-awli għas-smiegħ tal-kawżi. L-awli użati se jkunu mqassma b'mod strateġiku madwar il-Qorti, b'numru ristrett ta' kawżi mismugħa f'kull awla. Il-każijiet se jkunu qed jinstemgħu b'sistema rigoruża t'appuntamenti Il-partijiet huma mħeġġa jikkonsultaw mal-Avukat tagħhom biex jaraw jekk il-preżenza tagħhom fil-Qorti hijiex neċessarja Il-bini tal-Qorti se jiġi mnaddaf u diżinfettat kuljum opinjoni IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum L-assassinju: meta jkollok il-ħbieb fis-suq Carmel Cacopardo hu ċ- Chairperson tal- Alternattiva Demokratika I x-xhieda fil-Qorti ta' Melvyn euma iktar kmieni din il-ġimgħa fil-proċeduri kriminali ta' Yorgen Fenech, in-negozjant akkużat bħala l-moħħ wara l-assassinazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia, hi tat-tkexkix. Huwa faċli li tinjiora din ix-xhieda u twarrabha bħala bla ebda utilità minħabba li hu stess kien involut fil-preparazzjoni neċessarja biex il-qtil taħt investigazzjoni jseħħ. Xi drabi, sfortunatament, l-istat ikollu jaqa' għal din it-tip ta' kollabo- razzjoni biex jipprova jsolvi delitti ppjanati sewwa. Hu l-unika mod kif kultant id-dinja kriminali tista' tiġi megħluba. Isem Chris Cardona, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, reġa tfaċċa f 'dawn il-proċeduri kriminali. Diġa kien issemma' waqt li Yorgen Fenech kien qed ikun interrogat u irċieva ittri fiċ- ċella fid-Depot tal-Pulizija li kienu jissuġġerulu biex jitfa l-ħtija fuq Cardona. Fid-dinja demokratika mhiex xi ħaġa ta' kuljum li isem politiku anzjan jissemma' f 'investigazzjoni dwar qtil. Mhux magħruf kemm il-Pulizija investigaw it-truf li kellhom dwar Cardona. Kien ikun raġjonevolI li nagħtu lill-Pulizija l-benefiċċju tad-dubju kieku ma kienx għal punt wieħed importanti: il-ħbiberija mill-viċin bejn l-akkużat Yorgen Fenech ma' dak li kien id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta li, fl-iktar mumenti kruċjali kien qed imexxi l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-ħbiberija bejn l-akkużat Yorgen Fenech u Silvio Valletta kienet b'saħħitha tant li quddiem it-tfal kien jirreferi għalih bħala iz-zija Silvio. Li jivvjaġġaw flimkien biex jaraw logħob taċ-Champions League fi Stamford Bridge, Kiev u bnadi oħra, inkella ikla fir-razzett ta' Fenech kienu affarijiet normali. Ix-xhieda ta' Melvyn euma ma tantx poġġiet l-investiġazzjoni f 'dawl tajjeb. Il-kamra li l-pulizija jużaw għall-interrogazzjoni qiesha passatur bl-informazzjoni toħroġ permezz ta' Silvio Valletta inkella permezz tal-uffiċċju tal- Prim Ministru: Joseph Muscat, dakinnhar Prim Ministru jkun aġġornat u b'Keith Schembri ħdejh attent jixrob l-informazzjoni. Ix-xhieda ta' euma indikat li dan wassal biex ċirku limitat barra mill-korp tal-pulizija jkun konxju ta' numru ta' dettalji importanti dwar l-investigazzjoni, bħad-data tar-raid fit-tinda tal-patata fejn dawk ikkuntrattati biex iwettqu l-assassinju kienu eventwalment arrestati. Hemm tlett talbiet oħra għall- proklama. Tħajru minn Melvyn euma. It-tlieta ddikjaraw li jistgħu jagħtu biżżejjed informazzjoni li biha jkunu identifikati dawk realment wara l-assassinju. Imma jekk dan iseħħx ħadd ma jista' jgħid għalissa. Ħaġa waħda biss hi ċara s'issa: li Yorgen Fenech qiegħed jidher għal ħaddieħor. Min hemm warajh? Hemm numru ta' ismijiet ta' persuni assoċjati mal-uffiċċju tal- Prim Ministru li ssemmew fi stadji differenti tal-proċeduri kriminali li għaddejjin bħalissa. Iktar ma qiegħed jgħaddi żmien, iktar qed titħabbel il-kobba! Il-fatt li Robert Abela, Prim Ministru attwali, kien il-konsulent tal-predeċessur tiegħu ma tantx jagħmilha faċli biex tiem eżattament x'inhu għaddej. Chris Cardona tneħħa mill-Kabinett imma ma jidhirx li l-Partit Laburista hu b'xi mod ippreokkupat li għandu lid-deputat mexxej kontinwament fl-aħbarijiet għal raġunijiet żbaljati. Iktar ma nisimgħu dwar dan l-assassinju iktar jikkumplikaw ruħhom l-affarijiet. Ma naħsibx li jiċċaraw wisq meta jixhdu iktar persuni fosthom Keith Schembri u Joseph Muscat. L-impunità li gawdew uħud sal-lum hi dipendenti fuq il-ħbieb proverbjali fis-suq. It-tibdil fit- tmexxija fil-bidu tas-sena setgħet bidlet kollox. Imma jidher li kullma inbidlu huma l-uċuħ: il-bqija kollox baqa' għaddej. Iż-żmien biss jista' jwassalna lejn soluzzjoni. Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020