Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Permezz ta' digriet mogħti fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fit-23 ta' Jannar, 2020, fl-atti tal-ittra uffiċjali numru 4160/19, fl-ismijiet APS Bank plc vs Daniel Aloisio, ordnat is-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notifika lillintimat a tenur tal-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili Illum 24 ta' Ottubru, 2019 Lil Daniel Aloisio (KI 353976M) ta' 97, Chamonix, Flat 2, Triq it-Torri, Birkirkara BKR 4018 Permezz tal-preżenti APS Bank plc (C 2192) ta' APS Centre, Triq it-Torri, Birkirkara BKR 4012, jinterpellak sabiex fi żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika ta' din l-ittra uffiċjali tħallas lill-mittenti s-somma ta' €140,284.97 dovuta kwantu għas-somma ta' €133,114.08 bħala bilanċ ta' debitu ta' Loan Account numru 2000174225-5 u kwantu għas-somma ta' €7,170.89 bħala bilanċ ta' debitu ta' Interest Disposal Account numru 3691971003-5. Fin-nuqqas jittieħdu passi ulterjuri skont il-liġi. Bl-ispejjeż u bl-interessi ulterjuri bir-rata ta' 8% fis-sena b'effett mill-5 ta' Ottubru, 2019, sad-data tal- ħlas effettiv dovuti fuq imsemmi Loan Account numru 2000174225-5. Tant biex tagħraf tirregola ruħek. Din l-ittra uffiċjali qed tiġi ppreżentata ai termini talKap. 12 u Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 29 ta' Mejju, 2020 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Infermiera kostretti jħallsu kirja biex imorru għax-xogħol Hekk kif għada se jitħabbar dak li l-Prim Ministru sejjaħlu baġit "multi miljunarju" - barra minn żmienu u mill- fondi Ewropej mogħtija lil Malta - din il-gazzetta tinsab infurmata illi fl-aħħar ġimgħat numru ta' infermiera u ħaddiema tas-saħħa minflok raw id-dħul tagħhom jiżdied bħala inċentiva, raw id-dħul tagħhom jonqos hekk kif kienu kostretti jikru appartament biex ikunu jistgħu jmorru għax- xogħol. Dan sabiex jibqgħu 'l bogħod mill-familja tagħhom, speċjalment fejn hemm nies vulnerabbli Dan kien ikkonfermat mill- MUMN u anke minn infemiera li jaħdmu Mater Dei. Filwaqt li uħud mill- infermiera illi ma setgħux imorru d-dar biex jipproteġu lil familthom sabu residenzi alternattivi ta' familji u ħbieb, kien hemm oħrajn li kellhom jikru mingħand il-privat. Is-Segretarju Ġenerali tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Colin Galea qal illi filwaqt li l-kirjiet bħalissa naqsu, dawk li kellhom jikru mingħand il-privat, kellhom joħorġu flus mill-but biex iħallsu kirja u jmorru għax- xogħol. Infermiera li tkellmu ma' din il-gazzetta kkonfermaw dan, għalkemm qalu illi f 'xi każi ta' kwarantina ġie offrut li dawn jgħixu fir-residenza tal- Università f 'Ħal Lija. Huwa fid-dawl ta' dan illi l-MUMN qiegħda tappella lill- Gvern biex il-ħaddiema tas- Saħħa - tobba, infermiera u anke carers - jingħataw bonus ta' rikonoxximent. Imma mhux biss. L-istess unjin appellat biex 267 infermier li bħalissa jinsabu lesti biex jibdew ix-xogħol, li għamlu u għaddew mill-interview u li huma minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea jiddaħħlu kemm jista jkun malajr, sabiex itaffu mill-piż li bħalissa jeżisti fuq ir-riżorsa. Fil-fatt fl-aħħar ġimgħat l-MUMN kienet qalet illi hemm bżonn ta' 500 ħaddiem ġdid fil-qasam tas-saħħa, f 'dak li għandu x'jaqsam sptar u dak kollu li jaqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa, kif ukoll dak kollu li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema fil-qasam tal-anzjani. Minn dawn sa issa ddaħħlu mal-166, li huma ċittadini Ewropej. Galea sostna illi filwaqt li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, fakkar illi kull sena jitilqu minn infermiera, minħabba li jirtiraw Minflok qalgħu iktar, uħud mill-infermiera spiċċaw qalgħu inqas hekk kif kellhom jikru appartament biex ikunu jistgħu jmorru għax-xogħol. L-MUMN tipproponi li għada jitħabbar bonus bbħala rikonoxximent 'Ma ġejniex ikkonsultati ...' Intant ma' din il-gazzetta il-GWU, l-MUMN, il-UĦM Voice of the Workers u l-FORUM Unjins Maltin ilkoll qalu illi matul l-aħħar ġimagħtejn ma kienx hemm konsultazzjoni dwar id-direzzjoni li se jieħu l-Gvern f 'dan il-Baġit jew inkella diskussjoni dwar miżuri speċifiċi. Il-GRTU kkonfermat li ma saritx din id-diskussjoni għalkemm ġew mitlubin jgħaddu l-proposti. Fil-fatt saret laqgħa tal-MCESD illi matulha ġew mogħtija ċifri u numri, imma fl-ebda ħin ma saret diskussjoni dwar xi miżuri li se jitħabbru għada t-Tnejn. u għal raġunijiet oħrajn - l-istess numru L-MUMN mhijiex l-unika unjin li qed tagħmel il-proposti tagħha, bil-GRTU, l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) u anke l-Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ jagħmlu l-proposti għall-eżerċizzju finanzjarju li se jitħabbar għada. Il-proposta ta' bonus lill-frontliners waqt il-pandemija tal-Covid-19 saret ukoll, din il-ġimgħa, mill-UĦM Voice of the Workers. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020