Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Jappella għal 'baġit qawwi' biex kumpaniji tal-ajru jirreklamaw lil Malta L-ILLUM titkellem ma' Philip Fenech mill-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji li jispjega kif it-turisti żgħażagħ se jkunu l-aktar important għax- xhur li ġejjin "Biex turist jiċċaqlaq, l-ewwel movument iridu jagħmluhom il-kumpaniji tal-ivjaġġar. L-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna biex jagħmlu dan huma l-kumpaniji tal-ajru. Kull darba li aħna titjira ġdida tajna lill-kumpanija tal-ajru pakkett biex jgħinha tirreklama lil Malta. L-appell tiegħi huwa li jkun hemm baġit qawwi biex nistimulaw lil-linji tal-ajru biex jirreklamaw lil Malta bħala destinazzjoni ideali." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM Philip Fenech, li jirrappreżenta lis-setturi tad-divertiment u l-ospitalità mill-Kamra għall- Intrapriżi Żgħar u Medji, hekk kif mill-1 ta' Lulju l-pajjiż se jkun jista' jerġa' jilqa' t-turisti. Is-setturi tad- divertiment u l-ospitalità se jkunu importanti aktar minn qatt qabel, għax fi kliem Fenech, x'aktarx li fix-xhur li ġejjin aktar milli turisti veterani, is-settur tat-turiżmu se jiddependi ħafna aktar mis-soltu fuq dak żagħżugħ. L-ILLUM staqsiet lil Fenech kif se jkun qed jinbidel it-turiżmu f 'din in-normalità ġdida. Beda billi fakkar li anke jekk infetħu 19-il destinazzjoni, il-pajjiżi li ġeneralment huma l-aktar importanti għat-turiżmu f 'Malta għadhom magħluqa, fosthom ir- Renju Unit, l-Italja u Spanja anke jekk insista li wieħed jiem li jrid ikun hemm ċertu kawtela. Fenech ibassar li l-ewwel turisti li se jaslu Malta se jkunu dawk li għandhom il-qraba tagħhom f 'Malta u anke persuni li jsiefru għal raġunijiet ta' negozju. "Is-sinjali huma li probabbilment, il-persuni vulnerabbli, jiġifieri t-turist veteran se jkun aktar xettiku dwar is-safar u allura kollox qed jindika li se jkollok turist pjuttost żgħir," spjega. "Irridu nżommu f 'moħħna li t-turist iż-żgħir huwa l-aktar wieħed avventuruż u mimli b'aktar enerġija." Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar snin, kompa jispjega, Malta ċaqalqet id-demografija tat-turist. It-turist iż-żgħir żdied, fosthom għax Malta attirat lejha s-settur ġdid ta' turiżmu mużikali li ġab kunċerti u parties bħalma huma l-Isle of MTV u Lost and Found. "Attivitajiet tal-massa ma jistgħux isiru. Madanakollu għandna affarijiet oħra f 'noffru bħalma huwa l-baħar, il-bajjiet, il-klima, l-isport tal-baħar u attrazzjonijiet oħra apparti d-divertiment," insista Fenech. "Ovvjament għad iridu naraw kif se noperaw u 'l quddiem se jkollna aktar stampa ċara fuq dan." 'Inżommu dak li kellna iżda nkunu viġilanti' Fenech saħaq li l-pakkett turistiku Malti huwa varjat ħafna kemm fl-etajiet, nazzjonalitajiet u anke fejn jidħlu r-raġunijiet għaliex turist jagħżel Malta. "Għandek dawk li jiġu biex jitgħalmu l-Ingliż, it-turiżmu kulturali, l-attivitajiet, dawk li jiġu għall-konferenzi, dawk li jiġu għal sports, dawk li jiżżewġu Malta, dawk li jaslu Malta bil-cruiselines u ħafna oħrajn," kompla jgħid. "Minħabba r-restrizzjonijiet hemm niċeċ li se jingranaw aktar tard u oħrajn li anke bir-restrizzjonijiet jistgħu jingranaw fl-immedjat." Kompla jisħaq li ġaladarba għalissa rridu nħarsu aktar lejn it-turist żagħżugħ, mit-taħlita ta' turisti li normalment jaslu Malta, l-akbar sfida se tkun kif is-settur tad-divertiment, li huwa importanti fost iż-żgħażagħ, se jżomm dak li kellu filwaqt li jibqa' viġilanti. "Hemm min qed jgħid li dan huwa virus li se jmut mewta naturali u hemm oħrajn li qed jgħidu li dan huwa staġjonevoli, jiġifieri jerġa' jqajjem rasu fix- xitwa. Hemm persuni li se jkunu ġejjin minn klimi kesħin u allura l-virus jista' jkun dominanti. Għalhekk wieħed ma jistax jaħseb b'mod liberu. Kulħadd irid jibqa' viġilanti u kawt," saħaq Fenech. Il-kunfidenza tibqa' kruċjali... Kien għalhekk li saħaq li jeħtieġ tinħoloq il-kunfidenza fost il- passiġġieri u t-turisti prospettivi li l-ivjaġġar huwa sigur u dan billi f 'kull stadju jkun hemm il-miżuri ta' mitigazzjoni. "Il-kumpaniji tal-ivjaġġar u l-linji tal-ajru qed jagħmlu minn kollox biex joħolqu domanda billi jipprovdu s-sigurtà kollha. Din importanti ħafna. Jekk ma jkunx hemm serħan tal-moħħ, jekk ma jkunx hemm kunfidenza mhux se jkun hemm ċaqliq. Din tibda mill- bidu nett, mill-pajjiż li minnu se jitlaq it-turist, l-ajruport li minnu se jgħaddi, l-ajruplan li se jirkeb, l-ajruport li se jilqgħu u l-pajjiż li se jqatta' btala fih," insista Fenech. "Filwaqt li noffru d-divertiment kollu possibbli rridu nagħmlu dan b'ċertu kawtela." Mistoqsi jekk il-Kamra għall- Intrapriżi Żgħar għandhiex indikazzjoni jew tbassir ta' kemm se jaslu turisti fix-xhur li ġejjin, Fenech fakkar li ħafna mil-linji tal- ajru naqsu l-operat tagħhom. "Min kellu 120 ajruplan spiċċa jtajjar 60 ... Ir-realtà hi li dawn naqsu ċertu rotot, inkluż Malta u għalissa, sakemm tiżdied id- domand, hekk se jibqgħu. Il- kunfidenza tinbena it it." 'Min jinċentiva se jgawdi l-ewwel' Kien hawn li Fenech appella lill-Gvern u lill-awtoritajiet responsabbli mit-turiżmu biex jinvestu "f 'baġit qawwi" biex il-linji tal-ajru li joperaw lejn Malta jirreklamawha bħala d-destinazzjoni ideali. " "Għandhom bżonn inċentiva. Min jagħti dawk l-inċentivi se jgawdi l-ewwel," saħaq Fenech waqt li insista li l-ekonomija hija katina waħda u mit-turiżmu se jgadwi mhux biss min jaħdem direttament fis-settur. "It-turist jinjetta flus ġodda fl-ekonomija. L-€10 li jien se nonfoq meta mmur niekol u li mbagħad biha s-sid mar xtara qmis hija l-istess €10. It-turist jekk nefaqlek €1,000, dawk huma flus ġodda fl-ekonomija." Il-prezzijiet tal-lukandi u n-negozji... It-turist żagħżugħ x'aktarx li mhux se jkollu baġit daqs it-turist veteran u għalhekk l-ILLUM staqsiet lil Fenech jekk jaħsibx li l-lukandi, iżda mhux biss, għandhom ikunu raġonevoli fil- prezzijiet. "Mhux minnu li ż-żgħażagħ ma jonfqux. Dawk li jiġu għall- attivitajiet tal-massa jagħtu injezzjoni qawwija fl-ekonomija fi it ġranet," insista Fenech. "Fl- istess ħin niem li żagħżugħ ma jmurlekx f 'lukanda lussuża biex il-flus jonfoqhom fid-divertiment. Dik hi l-ekonomija. Għalhekk importanti li jkollok varjetà ta' turisti. It-turist veteran x'aktarx jonfoq il-flus fuq il-lukanda u mhux fuq id-divertiment." Temm jisħaq li jinsab ċert li kulħadd se jagħmel l-aħjar prezzijiet possibbli imma fakkar ukoll li dawn il-lukandi u stabbilimenti żdidulhom ħafna l-ispejjeż biex jimplimentaw il- miżuri ta' mitigazzjoni. "Irridu naraw x'se joffru l-Gvern għada," insista. Ara wkoll paġni 6 u 7 Philip Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020