Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 • illum Aħna ftaħna, imma huma fetħulna? Ħarsa jew li ħallewh magħluq ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa tħabbar illi fl-1 ta' Lulju se jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għal 19-il destinazzjoni, msejħin kurituri siguri jew 'travel bubbles'. Naturalment din l-aħbar, fissret illi numru ta' turisti se jkunu jistgħu jidħlu Malta, pero suppost tfisser ukoll li Maltin jitilqu minn pajjiżna għal wieħed minn dawn id-19 il destinazzjoni. Minkejja li nafu illi turist se jiġi hawn u mhux se jkollu bżonn jagħmel test jekk jiġi minn dawn id-destinazzjonijiet, x'jiġri meta Malti jmur f 'wieħed minn dawn il-pajjiżi baqa' ma ġiex spjegat jew baqa' ma kienx ċar. Għalhekk il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa qasira lejn ħafna mill-pajjiżi li Malta se tiftaħ għalihom u x'jiġri malli tasal l-ajruport. NB - Dawn il-fatti huma rilevanti għalissa u fil-mument li qed jiġi ppubblikat dan l-artiklu. Jista' jkun li uħud minn dawn il-pajjiżi jbiddlu l-miżuri, hawn imsemmija. Apparti minn hekk il-kejl ta' bosta pajjiżi msemmija hawn sar jew jinkludi fih il- ġimagħtejn illi matulhom Malta kienet reġgħet qed tara żieda fil- każi għal madwar, 10 jew 15-il każ ġdid kuljum. L-Iżlanda: L-Iżlanda qed tip- pjana li tagħmel test fuq kull passiġġier li jidħol fil-pajjiż, anke jekk Bloomberg irrappur- tat din il-ġimgħa illi dan il-pjan jista' jfalli minħabba nuqqas ta' riżorsa. L-Iżlanda, li wkoll tiddepen- di ħafna mit-turiżmu (9% tal- GDP u 35% tad-dħul) qalet illi se tagħmel 1,000 test kuljum bi prezz ta' $365 dollaru fl-Ajrupot Keflavic - jiġifieri lesti r-Revolut - u min jinstab pożittiv ikollu joqgħod gimagħtejn kwarantina. L-Awstrija: Dawk kollha li se jmorru Vjenna jistgħu ma joqgħodux fi kwarantina jekk jieħdu swab li tiswiehom €190 bir-riżultat jasal għand in-nies madwar tlieta jew erba' sigħat wara. Bħalissa, skont ir-regoli kurrenti, passiġġiera f 'dan l-ajruport iridu jgħaddu minn test li jieħu t-temperatura tal- ġisem, filwaqt li jippreżentaw ċertifikat li ma jistax ikun ilu li sar iktar minn erbat ijiem u li juri illi huma negattivi għall- Covid-19. Jekk mhux hekk, dritt fi kwarantina. Ċipru: Jekk beħsiebek tmur Ċipru m'għandekx xi wisq problemi għaliex Malta hija f 'Kategorija A - u allura kull Malti jista' jidħol mingħajr ma juri ċertifikati ta' saħħa, kif kien jiġri qabel. Il-pajjiżi ta' Kategrorija A huma: Il-Greċja, Malta, il-Bulgarija, in-Norveġja, l-Awstrija, Slovenja, l-Ungerija, l-Iżrael, id-Danimarka, il- Ġermanja, l-Islovakkja u l-Litwanja. Fil-każ ta' kategorija B, in-nies minn dawn il-pajjiżi jridu juru ċertifikat malli jaslu. Malta ħabbret li se tiftaħ ir-rotot għal 19-il pajjiż. Imma ħarsa lejhom turi li mhux kulħadd għadu fetaħ għal Malta jew ħabbar pjanijiet biex jiftaħ għalina. L-ILLUM tagħti ħarsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020