Illum previous editions

ILLUM 7 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Roberta Metsola It-teleworking, fejn jista' jsir, joffri benefiċċji mhux restrizzjoni I l-virus li ħakem id-dinja ġab tibdil fuqna mill-lejl għan-nhar. Dak li l-aktar kien jiġina u konna nagħmlu b'mod mill-aktar naturali ma stajniex nagħmluh aktar bl-istess mod: it-tfal imorru għand in-nanniet u joħorġu għall-iskola, jiltaqgħu ma' sħabhom, noħorġu għax-xogħol b'mod, immorru nagħmlu x-xirja u niltaqgħu man-nies, nistennew fi kju mingħajr tħassib, niġbru l-posta mill-letterbox mingħajr inkwiet, noħorġu f 'żoni fejn jinġabru n-nies…. Dawn kollha ma baqgħux isiru bl-istess mod. Kien hemm bżonn tibdil, uħud drastiku. Li qatt ma rajna bħalu jew li qatt immaġġinajna. Għal oħrajn it-tibdil ma kienx biss fuq livell soċjali jew il-mod kif ngħixu, imma anki ekonomiku u finanzjarju. Il-postijiet tax-xogħol ma baqgħux li kienu, b'sidien ta' negozji ma jistgħux jiftħu n-negozju tagħhom u l-ħaddiema ma jistgħux jirrapurtaw għax-xogħol. L-ordnijiet naqsu. Naf nies li tilfu l-impjieg tagħhom, oħrajn tnaqqsilhom ix-xogħol u naqsitilhom il-paga. Nies li jaħdmu għal rashom ma setgħux jidħlu aktar fi djar tan-nies biex jagħtu xi stima ta' xogħol jew biex ikomplu x-xogħol li kienu bdew qabel il-pandemija. Realta' iebsa. Għal invdividwi u familji din is- sitwazzjoni ġdida ġabet ukoll nuqqas ta' ikel. F'sitwazzjonijiet oħra fejn kien possibbli, id-djar tagħna inbidlu f 'uffiċċju jew post tax-xogħol. U fl-istess waqt kmamar fid-djar ħadu post il- klassijiet għal-lezzjonijiet online bit-tfal u ż-żgħażagħ isegwu l-lezzjonijiet b'mod kompletament differenti. Opportunità li nbiddlu Dħalna f 'din il-pandemija mingħajr ma nafu kif u mingħajr ċans li nippreparaw lilna nfushom biex naddattaw għal ċirkostanzi differenti, imma din ir-realtà, kultant kiefra wkoll, tista' toffri opportunita' biex jittieħdu inizjattivi li jbiddlu l-mod ta' kif kienu jsiru l-affarijiet qabel. Il-Gvern ħabbar li kien qiegħed jillaxka restrizzjonijiet li kien hemm fis- seħħ u li daħħal minħabba l-COVID 19. Imma hi 'restrizzjoni' li persuna taħdem b'teleworking jew stajna napprezzaw aktar il-vantaġġ ta' xogħol mid-dar? Għamilna żmien fejn konna nsejħu t-teleworking bħala benefiċju, għaliex jirrendi ta' ġid, ta' gwadann, ta' vantaġġ – kemm għal ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem. Ċertament wara dak li għaddejjna minnu nistgħu inqisu, aktar minn qatt qabel, it-teleworking bħala mod ġdid kif jista' jsir ix-xogħol b'mod differenti, aktar effiċjenti, b'anqas impatt ambjentali, b'anqas karozzi fit-toroq u bi tnaqqis fit-traffiku u tnaqqis fid-dħaħen. Dan ikollu effett pożittiv fuq is-saħħa. Naturalment hemm sitwazzjonijiet fejn it-teleworking ma jistax isir, imma hemm xogħol li jista' jsir b'dan il-mod. Għada jeħtieġ li jitħabbru inċentivi li jirrendu Din kienet opportunita' li permezz tagħha l-Gvern setgħa beda, qabelxejn bis-servizz s-settur pubbliku, biex jara liema huma dawk ix-xogħlijiet li jistgħu jibqgħu jsiru mid-dar, mingħajr il-bżonn li l-ħaddiema jitilqu mid-dar u jmorru f 'post ieħor. Il-Gvern nhar it-Tnejn se jressaq mini budget. Din għandha tkun okazzjoni fejn iħabbar inċentivi għall-investituri li għandhom ħaddiema li jistgħu jagħmlu xogħol bit-telework. Dak li ġara jurina aktar il-bżonn li rridu naħsbu long-term. Il-Gvern irid isib bilanċ bejn inizjattivi li jibdew jinħassu minn issa, bħal per eżempju t-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal kulħadd, ma' inizjattivi li l-benefiċċju tagħhom jinħass fuq medda itwal ta' żmien. It-teleworking mhux miżura ta' emerġenza Din il-pandemija urietna li tibda tersaq lejn xi forma ta' normalita' ma jfissirx li treġġa l-arloġġ lura għal kif konna fi Frar li għadda. Din tispjega t-taħwid u l-inċertezza li nħolqot meta l-Gvern qal li kulħadd irid imur lura għax-xogħol imma kien hemm nuqqas ta' direzzjoni ċara dwar ic-childcare centres. Kollox hu marbut flimkien u teħid ta' deċiżjoni waħda jkollu impatt fuq oħrajn. Il-Gvern setgħa jantiċipa l-konsegwenzi u l-implikazzjonijiet meta qal kulħadd lura għax-xogħol. Nittama li l-għaġla li wera meta ffoka fuq punt wieħed, ma tkunx opportunita' mitlufa li nesploraw kif it-teleworking jista' jitħaddem aħjar. It-teleworking la hi restrizzjoni u lanqas għandha tkun miżura ta' emerġenza imma jista' jkun parti minn normalita' ġdida. Hi opportunita' li tħaddmet u m'għandiex tintilef. Hi bidla li kien hawn min addatta għaliha b'mod tajjeb – kemm min iħaddem kif ukoll ħaddiema. Sta għall-Gvern li jinċentiva aktar dan il-mod ta' xogħol ġdid, fejn jista' jsir. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien daħħal it-teleworking bħala benefiċċju, bħala family friendly measure. Minn meta ddaħħal it- teleworking saru avvanzi kbar, it- teknoloġija avvanzat aktar, għarafna wkoll li t-teleworking jista' jkollu wkoll benefiċċji ambjentali u soċjali. Ikun żball li dak li dejjem tqis u jista' jitqies bħala benefiċċju, jibda jiġi kkonsidrat bħala miżura li kellha tiddaħħal bħala xi forma ta' restrizzjoni. Nistgħu navvanzaw biss jekk nibdew naħsbu b'mod differenti, b'mod ġdid, b'mod li jħares lejn il-benefiċċji minn aspetti differenti. Roberta Metsola hija l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew Nistgħu navvanzaw biss jekk nibdew naħsbu b'mod differenti, b'mod ġdid, b'mod li jħares lejn il-benefiċċji minn aspetti differenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 June 2020