Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1256420
17 letteratura illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jmur 'il quddiem u lura fiż-żmien bis-saħħa tal-ġabra ta' mikrostejjer Fuq Widnejn Torox ta' Rita Saliba. L-istorja tiegħu titlaq mill-ajruport ta' Ħal-Luqa f'titjira li minflok tinżel f'Ħamburgu tikraxxja dritt f'idejn Ġorġ Mallia – il-fundatur tal-paġna Facebook ta' stejjer qosra Għidli Mitejn. Kien hemmhekk illi Kevin kien tħajjar jerġa' jittanta l-pinna wara bosta xhur. Kien hemmhekk ukoll illi qara għall-ewwel darba l-istejjer ta' Rita. Minkejja li jgħaddihom mill-għarbiel stilistiku ta' Irvine Welsh u Edgar Allan Poe, xorta ma jonqosx milli japprezza l-immaġinarju ta' Rita. Intant, huwa u jaħseb fit-tmiem tal-istejjer, bħal Rita jittama li jilħaq jagħlaq l-istorja – fi ftit kliem – qabel jispiċċalu demmu. kollu. F'kitbiet oħra Poe iressaq ukoll it-teorija tal-effett uniku li tisħaq li kull kelma tgħodd, l-iżjed għax kull kelma hija bħal skaluna mtgħella fuq oħra li qajqal twassal lir-rakkont kollu sal-quċċata, voldieri sat-tmiem. Dan jgħodd iżjed u iżjed għall-mikrostorja, b'mod speċjali fl-esperiment imniedi minn Ġorġ Mallia li jesiġi limitu preċiż ta' kliem. Jidhirli li f 'dan il-ġeneru ta' kitba dejjem ser issib fejn tqassar, dejjem ser issib kelma aħjar minn oħra, dejjem tista' tqaċċat dak il- pronom żejjed jew inkella tgħaqqad dika l-partiċella maħlula għalxejn biex minflok forsi ddaħħal kelma iżjed utli. Dejjem ser issib ukoll sentenzi kemxejn twajla – sakemm m'intx qed tiġri wara ż-żmien mitluf bħal xi Marcel Proust – li jistgħu jinqasmu fi tnejn, l-iżjed... fit-tmiem. Jenħtieġ li kulma jingħad fi it kliem ikun ukoll marsus bħal rummiena. Minn banda jidhirli li l-ġabra Fuq Widnejn Torox kienet tirnexxi ferm iżjed kieku l-awtriċi ħarset b'ċerta reqqa dawn il-prinċipji ekonomiċi. Mill-banda l-oħra jidhirli wkoll illi apparagun, għall-inqas fil-biċċa l-kbira, dawn l-istejjer ta' Rita Saliba huma aħjar mill-istorja tiegħi Toroq. Biex ma nsemmi xejn fuq is- Sexual Disaster Quartet. Hu x'inhu, issa l-ajruplan lejn Ħamburgu ormaj ilu li tar. Iżda xorta ser nittanta nerġa' niktibha, issa stess, fi it kliem. Winter's calling at my home. Nittama li anke jien nilħaq nagħlaq din l-istorja qabel jispiċċali demmi... Rita Saliba