Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 552 • 14 ta' Mejju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Jesmond Zammit Ara paġni 34 u 35 Tonio Fenech u l-Pilatus. Ara paġna 2 NEWSPAPER POST L-allegazzjoni dwar il-kont ta' Egrant fi l-Bank Pilatus Il-Maġistrat bir-rapporti kollha tal-FIAU f 'idejh • Il-provi dwar l-allegazzjoni Egrant inġabru kollha • Mhux magħruf jekk l-ezitu tal-inkjesta hux se jkun pubbliku sal-elezzjoni IRRAPPORTI kollha tal-FIAU marbuta mal- każ ta' Egrant u Keith Schembri u Brian Tonna jinsabu kollha f 'idejn il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed imexxi l-inkjesta li għandha tistabbilixxi jekk mart il-PM Michelle Muscat hijiex verament is-sid tal-kumpanija Egrant u jekk hux minnu, kif allegat il-blogger Daphne Caruana Galizia, li minn dan il-kont għaddew $1 miljun minn kont fl-Ażerbajġan. Din il-gazzetta tista' tiżvela li l-ewwel rapport li kien ġie ppubblikat f 'gazzetti lokali u li ġew attribwiti għal sors fl-MFSA, kienu jindirizzaw l-ilmenti tal-whistleblower Russa li marret għand l-FIAU wara li kienet ħadmet għal xahrejn mal- bank Pilatus qabel tkeċċiet. Din il-gazzetta tista' tiżvela wkoll li r-rapport ta' disa' paġni kien qed jitlob lill-istess bank biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu fuq diversi aspetti wara l-allegazzjonijiet tal-persuna Russa. Fil-fatt, minkejja li kien ippubblikat dan ir-rapport ta' compliance, il- kumplament tar-rapporti u konklużjonijiet dwar il-Bank Pilatus, liema rapporti saru minn ditta ta' awdituri u anke avukati, ma kinux ippubblikati mis-Sunday Times jew mill-Malta Independent. Dawn ir-rapporti issa qegħdin għand il- Maġistrat inkwerenti. Minkejja li jidher li nġabru l-provi kollha dwar l-allegazzjoni fil-konfront ta' Michelle Muscat mhux magħruf jekk il-Maġistrat hux se jippubblika r-rapport qabel id-data tal- elezzjoni. Il-proposti taż-żewġ partiti matul din il-ġimgħa - Paġni 6 u 7 Min għandu x'jitlef minn din l-elezzjoni? - Paġni 4 u 5 It-tieni ġimgħa tal-kampanja elettorali f 'ritratti - Paġni 10 u 11 Opinjonijiet - Paġni 16 sa 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017