Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 MINKEJJA bidu kajman għall-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Partit ħabbar l-ewwel għaxar proposti prinċipali f 'żewġ oqsma, li qed ikunu 'ż-żwiemel' tal-kampanja tiegħu, dawk ta' Għawdex u tat-tmexxija nadifa, bil-lejtmotif ta' Simon Busuttil, li hu daħal fil-politika sabiex din 'titnaddaf darba għal dejjem'. Dawn il-proposti jiġu saħansitra wara dikjarazzjoni kemxejn iebsa ta' Busuttil stess, li din l-elezzjoni se tiġi miġġielda mhux fuq il- proposti, iżda fuq il-prinċipji, u ta' dak li jħaddnu ż-żewġ partiti. Iktar tard, tħabbru sensiela ta' proposti, f 'oqsma essenzjali, bħall-ħaddiema, miżuri għall-familji, u l-qasam tal-housing. Uħud mill-miżuri proposti, kienu diġà ssemmew mill-istess partit f 'uħud mid-dokumenti li ppreżenta matul l-aħħar snin. Fi proposti oħrajn, kien hemm numru ta' similaritajiet ma' proposti li ħareġ il-Partit Laburista, waqt li f 'uħud diġà nbdiet il-ħidma fuqhom. Għaldaqstant, din il- gazzetta tat ħarsa lejn uħud mill-proposti prinċipali mnedija matul din il-ġimgħa f 'diversi oqsma tal-Partit Nazzjonalista. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt X'qed jipproponi Simon... Impenn mal-Familji Impenn għall-Housing Impenn mal-Ħaddiema Impenn mal-Anzjani • L-iktar proposta li għamlet ħoss fil-qasam tal- familja kienet dik taċ-childcare b'xejn, li jeżisti diġà bħalissa, iżda li dan jiġi estiż għat-tfal kollha, mhux biss dawk li għandhom il-ġenituri jaħdmu • Is-sick leave tal-ħaddiema jkun jista' jibda jittieħed mhux biss meta l-ħaddiem ikun ma jiflaħx, iżda anke meta wliedu ma jkunux jifilħu jmorru l-iskola • L-istudenti kollha tal-iskejjel tal-Gvern, tal- Knisja u dawk Indipendenti jiġu offruti trasport lejn l-iskola b'xejn. Proposta li kienet ilha li saret mill-PN eżatt sena ilu, fid-dokument għat- tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku. L-istess proposta saret ukoll mill-Partit Laburista, bid- differenza li ġie propost li jkun hemm ukoll superviżjoni fit-trasport • Jekk jiġi elett fil-gvern, il-PN jestendi l-iskema li nieda dan il- Gvern tal-first time buyers, waqt li ssir tapplika wkoll għal dawk il-koppji li jkunu jridu jixtru dar ġdida wara li jkunu għaddew minn divorzju jew separazzjoni • Dawk il-persuni li jikru l-proprjetà tagħhom lil persuni li jinsabu fuq il-lista tal-housing, bi prezz fiss stabbilit għal 10 snin, jiġu eżentati milli jħallsu l-5% taxxa fuq il-kera • Il-Gvern jidħol għall-persuni li jkunu qed iħallsu l-loan tagħhom mal-bank għall-proprjetà, u f 'forom bħal tax credits, ikun qed jirċievi sussidju mill- Gvern fuq l-interessi li jkunu qed jitħallsu mill-bank • Il-PN qed iwiegħed ukoll iktar għajnuna fil-forma ta' ħaddiema soċjali, roħs fil-kontijiet u iktar sussidji lil dawk l-NGOs li jaħdmu direttament ma' persuni li jinsabu bla saqaf jew li qegħdin f 'riskju ta' dan • Il-persuni kollha li tteħditilhom il-proprjetà tagħhom matul is-snin, u baqgħu bla kumpens, jingħataw dak li huwa dovut lilhom, fil-valur tal-lum permezz ta' fond imwaqqaf apposta mill-profitti li tagħmel l-Awtorità tad-Djar • Busuttil wiegħed li jibda mill-ħaddiema tas- settur pubbliku, u jassigura li ħaddiema li jkunu qed jagħmlu l-istess xogħol, jingħataw l-istess paga • Wegħda favur l-ugwaljanza hi dik li jiżdied it-teleworking, waqt li nofs il-ħatriet li jsiru f 'bordijiet, ikunu nofshom nisa • Il-pensjonanti jkunu eżentati mill-ħlas ta' taxxa, bla limitu fuq id-dħul tagħhom. Dan waqt li l-PL qed iwiegħed limitu ta' €13,000 ta' pensjoni li mhix taxxabbli • Il-pensjoni minima, titla' sabiex tilħaq il-paga minima nazzjonali, bi dħul ta' €169.76 fil-ġimgħa, b'iktar minn 18,000 pensjonant li jibbenifika minnha • Anzjani li jkollhom iktar minn 75 sena, li bħalissa qed jirċievu €300 għaliex jgħixu fi djarhom, se jkunu qed jaraw żieda ta' €200 f 'din l-għotja li jirċievu darba f 'sena, biex b'hekk jibdew jirċievu total ta' €500. F'każi ta' koppji, din l-għotja tingħata lit-tnejn li huma. • Persuni li jkunu spiċċaw romol, ikunu intitolati għal 100% tal-pensjoni ta' żwieġhom, bil-kontra ta' dak li jiġri bħalissa fejn jingħataw persentaġġ inqas mill-pensjoni sħiħa Iktar dwar il-proposti tal-PN fi l-Manifest għal Għawdex, fi l-ħarġa tal-gazzetta ta' nhar il-Ħadd li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017