Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... ALEXANDER ROSEN - Id-direttur sportiv ta' Hoffenheim Alexander Rosen żdied fil-lista ta' kandidati potenzjali għal Arsenal biex huwa jsir id-direttur tal-futbol il-ġdid tal-Gunners sa mill-istaġun li ġej. Arsenal qed isegwu wkoll lil Marc Overmars li fil-passat lagħab ukoll mal-Gunners, kif ukoll lil Michael Zorc li huwa d-direttur sportiv ta' Borussia Dortmund. Arsenal qed iqisu din il-kariga bħala waħda ferm importanti speċjalment fl-amministrazzjoni ċentrali tat-tim u bi ħsieb għall-akkwisti li se jkunu qed jagħmlu matul is-sajf li ġej. ANDREA BELOTTI - Arsenal daħlu fit-taqtiegħa biex jakkwistaw lill-attakkant ta' Torino, Andrea Belotti. Manchester United u Chelsea wkoll qed isegwu l-progress ta' dan il-player, iżda l-interess tal- manager ta' Arsenal, Arsene Wenger f 'dan il-player żdied tant li kien hemm scouts ta' Arsenal isegwu lil dan il-plejer fl-azzjoni fid-Derby delle Mole kontra Juventus. Dan l-attakkant għandu klawżola tar-release li tammonta għal £80 miljun fejn għadu mhux magħruf jekk Arsenal humiex lesti li jħallsuha. HECTOR BELLERIN U CESAR AZPILICUETA - Barcelona żiedu lill-plejer ta' Chelsea Cesar Azpilicueta u fil-lista ta' akkwisti potenzjali għall-istaġun li ġej. Madankollu, il-plejer ta' Arsenal Hector Bellerin jibqa' l-għażla numru 1 tal-Katalani għalkemm il-kuntratt ta' dan il-plejer li fil-passat lagħab fl-akkademja ta' Barcelona, jintemm fl-2023 u b'hekk se jkun qed jagħmel l-affarijiet għal Barcelona ftit aktar diffiċli. ELIAQUIM MANGALA - Real Madrid qed jippjanaw offerta għall-plejer ta' Manchester City, Eliaquim Mangala. Dan id-difensur ċentrali impressjona ferm fl-esperjenza li kellu matul dan l-istaġun b'self ma' Valencia għalkemm l-Ispanjoli jidher li mhumiex lesti li jħallsu s-somma ta' £18-il miljun biex jakkwistaw b'mod permanenti. B'hekk daħlu fl-istorja Real Madrid bid-diriġenti tal-Galacticos jidhru li kienu mpressjonati bir-rendiment ta' dan il-plejer ma' Valencia matul dan l-istaġun. ALEXIS SANCHEZ - Bayern Munich qed jippreparaw offerta ta' £55 miljun għall-istilla ta' Arsenal, Alexis Sanchez. Il-Ġermaniżi huma l-aħħar klabb li qed juru interess f 'dan l-attakkant miċ-Ċili, hekk kif fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew kien hemm interess kbir fih ġej mnn PSG, Manchester City, Juventus u Chelsea. Kollox qed jindika li dan se jkun l-aħħar staġun ta' Alexis Sanchez kif ukoll għal Mesut Ozil ma' Arsenal. SERGIO AGUERO Il-manager ta' Manchester United Jose Mourinho jinsab ħerqan li jakkwista lill- attakkant ta' Manchester City, Sergio Aguero, hekk kif qed ifittex li jsib sostitut denju għal Zlatan Ibrahimovic li jidher li se jkun barra mill-azzjoni għal tul ta' żmien minħabba injury serja. Qed jiġi rrapurtat li Manchester City mhux se jkunu qed iħallu lil Aguero jitlaqhom iżda jidher li Manchester United jinsabu f 'pożizzjoni li joffru kuntratt iktar attraenti minn dak li għandu preżentament ma' Manchester City b'salarju aħjar. Intant, interessati f 'dan il-plejer hemm ukoll Chelsea u Liverpool. VIRGIL VAN DIJK Chelsea jidhru li laħqu ftehim mad-difensur ta' Southampton Virgil van Dijk fejn jidher li jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' iktar minn €50 miljun b'salarju attraenti. Jidher li flimkien ma' din is-somma ta' flus, Chelsea jinsabu lesti li joffru lid-difensur ċentrali Andreas Christensen. Jidher li Virgil van Dijk igawdi stima kbira tal-manager Antonio Conte u kollox qed jindika li huwa se jkun qed jingħaqad mal-Blues fi ftit tal-ġimgħat oħra. VINICIUS JR - Real Madrid jinsabu b'vantaġġ fuq Barcelona biex jakkwistaw lill-istilla żagħżugħa Brażiljana Vinicius Jr. Barcelona kienu għamlu offerta ta' £25 miljun biex jakkwistaw lil dan l-attakkant ta' Flamengo, iżda l-Los Blancos għamlu offerta massiva ta' £45 miljun u b'hekk jidhru li jinsabu fil-pole position biex jakkwistawh. Qed jissemma' li f 'qasir żmien dan il-plejer għad ikun wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja fejn diġà qed jiġi pparagunat ma' plejers kompatrijotti Brażiljani bħal Kaka u Ronaldinho. LUCAS PEREZ - L-attakkant ta' Arsenal Lucas Perez irid jirritorna ma' Deportivo La Coruna fi Spanja wara li ftit li xejn ġie utilizzat mill-Gunners matul dan l-istaġun. Fil-fatt huwa lagħab biss 11-il partita mal-Gunners matul dan l-istaġun waqt li kien utilizzat biss għal ftit minuti fil-UEFA Champions League. Jidher li huwa għandu nostalġija kbira ta' Spanja u speċjalment ta' sħabu l-plejers ta' Deportivo La Coruna fejn kollox qed jindika li se jkun qed jerġa' jseħibhom fil-ġimgħat li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017