Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 24 Bijogra ja minn Alfred Consiglio J ules Vallès, ġurnalist u awtur Franċiż, twieled f 'Le Puy-en-Velay, Haute-Loire, Franza, fl-10 ta' Ġunju 1832. Missieru kien għalliem; ibnu kien student brillanti. Ir-rivoluzzjoni tal-1848 fi Franza waslitu biex jipparteċipa fi protesti f 'Nantes fejn kienu joqogħdu. Kien f 'dan iż-żmien li beda jitħabbeb mal-moviment soċjalist. Wara li ntbagħat Pariġi sabiex jidħol fil-Lycée Condorcet, huwa ttraskura l-istudji. Huwa ħa sehem fl-irvellijiet kontra Napuljun III fl-1851, jiġġieled fuq il- barrikati, flimkien ma' Arthur Ranc (1831-1908). Lura f 'Nantes, missieru qaflu fi sptar mentali, iżda rnexxielu jaħrab. Huwa rritorna Pariġi fejn ingħaqad ma' Le Figaro, u sar kontributur regolari għal diversi ġurnali. Fl-1853 huwa kien arrestat għax ikkomplotta kontra Napuljun III iżda nħeles minħabba nuqqas ta' provi. Huwa għex fil- faqar, jikteb għall-ġurnali biex jgħix. Kien taħt dawn il-kundizzjonijiet li kiteb l-ewwel ktieb tiegħu, L'Argent fl-1857. Fl-1859 kiteb Les Amours de Paille, kummiedja miktuba b'kollaborazzjoni ma' Louis Poupart-Davyl (1835-1890); din kienet falliment. Fuq l-insistenza tal-kollega tiegħu, Henri Rochefort (1830-1913), huwa sab impjieg amministrattiv, joħroġ ċertifikati tat-twelid f 'Vangirard. Vallès sar ħabib ta' Hector Malot (1830-1917), u wkoll beda jgħix ma' Josephine Lapointe; Malot għenu jsib xogħol ieħor. Bejn l-1864 u l-1865 Vallès kiteb kritika letterarja għal Progrès de Lyon. Fl-1865 huwa ġabar l-artikli tiegħu fi ktieb, Les Refractaires, li nbiegħ tajjeb; kollezzjoni oħra fl-1866, La Rue, kellha anqas suċċess. Sena wara beda jistampa l-gazzetta La Rue, li wara tmien xhur sfat magħluqa mill-gvern. Sal-1867 huwa kien rikonoxxut bħala l-mexxej tal- oppożizzjoni Repubblikana. Fl-1868 kien arrestat darbtejn minħabba l-kitba tiegħu u weħel tliet xhur ħabs. Huwa kkontesta l-elezzjoni tal-1869 bħala kandidat tax-xellug iżda ma telax, u beda jaħdem għall-ġurnal La Marseillaise ta' Rochefort, u wkoll jikkontribwixxi għal La Liberté ta' Emile de Girardin (1802-1881). Fis-sajf tal-1869 membri ta' diversi kmamar sindikalisti tal-ħaddiema Pariġini krew kamra biex jagħmlu laqgħat taċ-Chambre fédèrale des Sociétés ouvrières, tal-Conseil fédéral des sections parisiennes de l'Internationale, u l-Comité central républicain des Vingt Arrondissements u l-Comité central de la Garde nationale. Din il-kamra f '6 Place de la Corderie kellha tkun iċ-ċentru organizzattiv tal-Komun ta' Pariġi. Vallès fl-1870 kien wieħed mill-mexxejja fil- manifestazzjoni tal-funeral ta' Victor Noir (1848-1870). Meta waqa' l-gvern ta' Napuljun III, Vallès ħa sehem fil-manifestazzjoni popolari li wasslet għall-formazzjoni tal-Kumitat Ċentrali Repubblikan. Huwa nħatar kmandant ta' battaljun meta twaqqaf il-Komun ta' Pariġi. Vallès beda jeditja l-Affiche Rouge li twaħħal bħala kartellun fis-7 ta' Jannar 1871; dan kien l-ewwel sejħa għall- proklamazzjoni tal-Komun. Fil-11 ta' Marzu huwa kien akkużat bil-parteċipazzjoni f 'konfoffa f 'Ottubru 1870, iżda ħarab. Fis-26 ta' Marzu huwa kien elett delegat għall- Komun. Huwa oppona t-tneħħija tal- ġurnali rivoluzzjonarji f 'April u vvota kontra l-iffurmar tal-Comité de Salut b'tendenzi Ġakobini, u flimkien mal- pittur Gustave Courbet (1819-1877) u oħrajn iffirma l-manifest ta' minoranza f 'Mejju. Matul il-ġimgħa mdemmija ta' Mejju 1871, huwa ħa parti fil-ġlied, u rnexxielu jaħrab lejn eżilju; sena wara kien misjub ħati in asbsentia. Il-ġurnal ta' Vallès, Le Cri du Peuple kien fost l-aktar popolari. L-istil tiegħu kien deskritt bħala sempliċi, realiżmu riflessiv dovut minn konvinzjoni spontanjament offruta bis-sinċerità tiegħu. Wara li ħarab, Vallès mar jgħix Londra. Fl-1876 huwa waqa' f 'faqar kbir, u sieħbu Hector Malot innegozja għall-istampar ta' Jacques Vingtras – L'Enfant, il- kapulavur ta' Vallès, bħala faxxikli fil-ġurnal Le Siècle. Ir-realiżmu estrem wassal għal reazzjoni pubblika u l-proġett twaqqaf. Bejn Jannar u Mejju 1879 fil- ġurnal La Révolution Française deher Le Bachelier, it-tieni volum minn tlieta ta' xogħol ewlieni ta' Vallès. Fl-1879 Vallès iltaqa' ma' Séverine Chapentier li ppubblikat L'Insurgé, l-aħħar volum, fl-1886 wara l-mewt ta' Vallès. Meta ngħata amnestija fl- 1881, huwa beda jippubblika mill-ġdid Le Cri du Peuple bħala l-vuċi għal ideat soċjalisti. Huwa kien marid sew, u assenja lil Hector Malot bħala l-eżekutur tat- testment tiegħu. Vallès miet fl-14 ta' Frar 1885. JULES VALLÈS (1832-1885) Specialists in EXPOSED AGGREGATE (pebble look). • Available in a choice of colours. • The perfect surface for any outdoor area including driveways, pool areas and steps. • Cleaning and reseal of existing surfaces also available. • All works carried out to a high standard. Customer satisfaction is essential. Fast, friendly service. • On site quotes on request. Call on 99953411/ 99978412 or email on: lghtnjns@gmail.com Sal-1867 huwa kien rikonoxxut bħala l-mexxej tal-oppożizzjoni Repubblikana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017