Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Elezzjoni2017 3 Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum 2017 minn Veronica Lynn Mizzi LEKS whip tal-Partit Laburista tefa' l-kandidatura tiegħu mal-Kummisjoni Elettorali lbieraħ filgħodu sabiex fl-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju ikun kandidat tal- Partit Demokratiku, fuq il- lista tal-Partit Nazzjonalista. Dan jiġi wara li Farrugia ppubblika l-ittra tar-riżenja tiegħu mill-PL, li bagħat lill- President tal-Partit Laburista Daniel Micallef, fejn saħaq li minkejja li l-Partit, "żamm ismu, tilef ruħu." Iktar tard, il-kandidat il-ġdid tal-Partit Demokratiku tefa' filmat fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook fejn tkellem dwar ir-raġunijiet għalfejn ħa din id-deċiżjoni, fejn sejjaħ lill-pajjiż bħala marid, u hu se jkun qed jagħti l-enerġija tiegħu sabiex ifejqu. "Ma nafx nitlaq pazjent marid, u daqstant ieħor ma nafx nitlaq pajjiż fi stat ta' mard. Għalhekk iddeċidejt li nagħti s-saħħa li baqgħali biex infejjaq lil dan il-pajjiż li hu tant f 'qalbi," sostna Farrugia, li żied jgħid li kien se jissieħeb mal-Partit Demokratiku, li "twieled biex jassigura li intom tistgħu tagħżlu gvern nadif fl- elezzjoni ġenerali li ġejja." Farrugia temm jgħid li tefa' n-nomina tiegħu, "biex bl- għażla tagħkom inkun nista' nservi bħala deputat tal-Partit Demokratiku fil-Parlament. Minn hawn 'l hemm se nħalli f 'idejkom." Iktar tard, Farrugia flimkien mal-kandidati l-oħra tal-PD u l-Kap, Marlene Farrugia marru d-Dar Ċentrali tal-PN, fejn l-eks whip Laburista kien emozzjonat hekk kif iltaqa' ma' uffiċjali mill-PN. 'Se nkunu hemm biex ir-ruħ Laburista narawha fil-Forza Nazzjonali Il-Kap tal-PD Marlene Farrugia sostniet li l-poplu la jrid lill-Gvern Nazzjonalista, li tneħħa fl-aħħar elezzjoni, u lanqas ma jrid lill-Gvern Laburista li kien tela' bl-għajta ta' 'Malta Tagħna Lkoll'. Waqt li kienet qed titkellem fid-Dar Ċentrali Nazzjonalista waqt it-tnedija tal-kandidati li se jkunu qed joħorġu għall- elezzjoni fuq il-lista tal-PN, Farrugia sostniet li qed tikkontesta għall-elezzjoni sabiex tkun tista' ddaħħal ir- 'ruħ Laburista' f 'din il-Forza Nazzjonali. Marlene Farrugia appellat li f 'dan il-mument, "mhux importanti l-ego, jew x'jisimna, imma s-servizz li lesti li nagħtu lill-pajjiżna, li nistgħu nagħtuh biss jekk inkunu Gvern aħjar." Rekord ta' 110 kandidati f 'isem il-PN...kwart minnhom huma nisa Min-naħa tiegħu, waqt l-istess konferenza tal- aħbarijiet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ippreżenta l-110 kandidati li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta' Ġunju li ġej, fuq il-lista tal- Partit Nazzjonalista. Busuttil spjega kif dan huwa numru ta' kandidati rekord għall- Partit, bi kwart minnhom ikunu kandidati nisa, 20% minnhom ikunu kandidati żgħażagħ ta' taħt it-35 sena, waqt li 60% huma kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba. 99 minn dawn il-kandidati huma f 'isem il-PN u 11 f 'isem il-Partit Demokratiku. Busuttil insista li l-għan tiegħu huwa li l-forza nazzjonali tkun mibnija fuq l-idea ta' politika ta' kunsens, għaliex "huwa b'saħħtu min jirnexxielu jasal għal ftehim." Rigward iż-żieda tal- Godfrey Farrugia mal-lista ta' kandidati fuq il-Partit Nazzjonalista, Busuttil qal li jilqgħu fi ħdan il-koalizzjoni, u sostna kif, "lil Godfrey, li kien whip tal-Gvern u sa ftit sigħat ilu, anke deputat tal-grupp Laburista, nilqgħu f 'din il-forza b'idejja miftuħa." Dwar Marlene Farrugia, Busuttil qal li din għamlet dak li tħoss li hu fl-aħjar interess nazzjonali. Godfrey Farrugia għal fuq il- lista tal-Partit Nazzjonalista "Lil Godfrey, nilqgħu f 'din il-forza b'idejja miftuħa" "Ma nafx nitlaq pazjent marid, u daqstant ieħor ma nafx nitlaq pajjiż fi stat ta' mard"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017