Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Sports 35 Ninsab ukoll impressjonat miż- żgħażagħ Għawdxin li huma mix- Xewkija illi jilagħbu bil-qalb minkejja illi ma jitħallsux. Semmejt il-kors illi kont għamilt f 'Coverciano. Kellimni xi ftit fuqu. Bla dubju din kienet waħda mill- iktar esperjenzi utli illi nibqa' ngħożż bħala kowċ. Niftakar illi flimkien ma' Paul Zammit, ġejna rakkomandati mill-MFA sabiex nagħmlu dan il-kors f 'Coverciano, post fl-Italja fejn ħarġu diversi kowċis famużi. Kienu għaxar xhur ferm sbieħ fejn kellna ċ-ċans nagħmlu dan il-kors ma' eks-plejers famużi bħal Crespo, Cannavaro, Inzaghi, Materazzi, Galli, Grosso, Oddo u Iuliano. Ftit minn dawn l-eks plejers kienu għadhom kemm rebħu t-Tazza tad- Dinja u għalhekk aħna bħala Maltin konna onorati illi qed nagħmlu parti minn dan il-grupp. Għalhekk barra l-punti importanti tat-teorija, huma qasmu magħna diversi esperjenzi illi għaddew minnhom u mingħajr ma trid titgħallem ħafna mingħandhom. Spiss nisimgħu illi klabbs Għawdxin jixtiequ jilagħbu fil-kampjonat Malti. Taqbel ma' dan u kif tara l-livell tat-tim tiegħek jekk nikkomparawh ma' klabbs Maltin? Il-fatt illi għandek lil SK Victoria Wanderers, tim Għawdxi, fis-semifinali tal-FA Trophy wara li wkoll elimina żewġ timijiet tal-Premier, jixhed kemm timijiet mill-gżira tat-tliet għoljiet qed dejjem itejbu l-livell tagħhom. Jien inqis li tim Għawdxi kapaċi jagħti logħba lill-klabbs Maltin illi jinsabu fin- naħa t'isfel tal-klassifika tal-Premier kif ukoll kontra klabbs illi jinsabu fl-Ewwel Diviżjoni. Klabb Għawdxi jista' jilgħab erba' barranin fil-grawnd filwaqt illi l-oħrajn ikollhom joqogħdu fil-parti riservata għall-VIP. Naħseb li kieku jinbidlu ftit ir- regolamenti u tkun tista' żżid in-numru ta' barranin fl-iskwadra, il-livell bejn it-timijiet Għawdxin u dak tal-Premier ikompli jonqos. B'hekk il-kumitati jkollhom iċ-ċans jinvestu iktar u fl-aħħar mill-aħħar tkun qed tara r-riżultati. Ħa nitkellmu issa fuq il-futbol tan- nisa. Nistgħu nħarsu lejn l-istaġun ta' Hibernians bħala wieħed diżappuntanti? Naqbel miegħek illi ma kienx xi staġun pożittiv għall-Hibernians minħabba illi kulħadd stenna illi mmorru aħjar mill- istaġun li għadda. Hekk kif ġejna mill-impenji tagħna taċ- ChampionsLeague, irnexxielna nieħdu s-SuperCup. Madankollu sofrejna erba' telfiet kontra r-rivali Birkirkara u meta int ma tirbaħx konfronti diretti diffiċli biex tirbaħ il- kampjonat. Fatturi oħra illi setgħu tellfu l-progress tagħna kien illi aħna għandna madwar 10 plejers illi jilagħbu ma' Malta u wara xi sessjoni ta' taħriġ ġieli jiġu magħna mweġġgħin. Kellna wkoll il-gowlkeeper regolari tagħna illi kellha tirtira fuq raġunijiet personali u kien diffiċli biex insibu lil xi ħaddieħor biex joħdilha postha. Fl-aħħar mill-aħħar tapprezza l-isforzi illi jagħmlu dawn it-tfajliet illi mhux talli ma jitħallsux talli wkoll jkollhom jagħmlu sagrifiċċji kbar. Hibernians għandhom plejers ta' talent kbir u nemmen illi kapaċi jerġgħu jqumu fuq saqajhom matul l-istaġun li ġej. Kif tħossok illi bħala kowċ raġel tmexxi lit-tim tan-nisa? Nistqarr miegħek illi mhux faċli peress illi jrid ikollok attitudni differenti u anke l-mod ta' kif tkellimhom bħala plejers mhux l-istess bħall-irġiel. Li forsi għandi vantaġġ illi għandi żewġt ibniet illi għandhom fuq l-għoxrin sena u għalhekk psikoloġikament nista' nifhem aktar il-plejers tiegħi. Li jolqotni fit-tfajliet huwa l-mod ta' kif jippreparaw bis-serjetà kemm għat- taħriġ kif ukoll għal-logħba. Dawn it-tfajliet jew jaħdmu jew inkella qegħdin l-iskola u tolqotni ħafna l-attitudni tagħhom fejn minkejja illi t-taħriġ ikun tard filgħaxija xorta juru l-entużjażmu tagħhom. Kif tarah il-livell tal-futbol tan-nisa? Żdied jew baqa' l-istess? Jien naħseb illi qed jiżdied anke minħabba l-fatt illi aktar tfajliet qegħdin jitħajru jilagħbu l-futbol sa minn età żgħira. Bla dubju illi hemm lok ta' titjib però nixtieq illi aktar klabbs jagħtu opportunità lit-tfajliet biex jilagħbu l-futbol għax mhux kulħadd għandu tim tan-nisa. Apparti minn hekk għandna bżonn ngħinu lil dawn il-plejers u ninkuraġġuhom ħalli jiżviluppaw dejjem aktar il-ħiliet tagħhom f 'dan l-isport. Kemm issib għajnuna mill-klabb ewlieni ta' Hibernians? Hibernians, l-istess bħal Birkirkara, huwa klabb stabbilit u għalhekk dejjem jimmira għas-suċċess. Hemm diversi timijiet illi jitrenjaw il-futbol ma' dan it-tim fejn apparti t-tim tal-kbar, hemm ukoll in-nursery. Dejjem hemm bżonn ta' iktar għajnuna mill-klabb speċjalment fejn għandu x'jaqsam post fejn nitrenjaw. Filfatt aħna nagħmlu s-sessjoni ta' taħriġ tagħna fil-grawnd tal-Gudja u forsi nixtieq li jkollna ċ-ċans li nitħarrġu f 'Kordin. Kellimni dwar il-format tal-kampjonat tan-nisa.. Kien hemm diversi timijiet interessanti fosthom l-Imġarr illi taw logħba lil kulħadd, Kirkop United illi għandhom entużjażmu kif ukoll Gozo u Luxol illi għamlu li setgħu matul dan l-istaġun . B'xorti ħażina huma biss sitta t-timijiet illi jikkompetu fil-kampjonat tan-nisa u għalhekk il-format ikollu jsir fuq erba' rawnds. Il-problema hi illi int qed tilgħab kontra l-istess timijiet, il-livell mhux dejjem jista' jogħla. Ġieli ġew irreġistrati riżultati b'marġni ta' skor kbir però s-sitwazzjoni hija dik li hi u ma tistax tippretendi iktar meta jkollok biss sitt timijiet jikkompetu fil- futbol tan-nisa. Min-naħa l-oħra kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol proprja tiegħek, mat-tim tax-Xewkija u mat-tim tat- tfajliet tal-Hibernians? Ifhem peress illi Hibernians bħala klabb jitrenjaw tard filgħaxija, allura nsib iċ-ċans illi nħarriġhom wara li nispiċċa mill-ħin tax-xogħol tiegħi. Kienu proprju Hibernians illi reġgħu tawni ċ-ċans illi nikkowċja wara perjodu ta' sentejn wieqaf. Mill-banda l-oħra ġietni wkoll l-opportunità illi mmexxi lil Xewkija Tigers u kif għedtlek aċċettajt ukoll. Ejja ngħidu hekk, jien inħoss illi għandi għarfien tajjeb ta' kif inqassam il-ħin u għalhekk jirnexxieli nlaħħaq kollox. Meta jkun imissni nikkowċja f 'Għawdex naqbad il-vapur tas-6pm biex nasal għat-trejning fil-ħin. Fl-aħħarnett nitkellmu fuq il-futur tiegħek. Ħa tikkonferma l-pożizzjoni tiegħek bħala kowċ ma' Hibs u Xewkija? S'issa biex ngħidlek il-verità għadni ma tkellimt ma' ħadd. Dan l-istaġun kelli x-xorti illi nikkowċja żewġ timijiet wara li kont ili għal xi żmien wieqaf. Kollox jiddependi min-natura tax- xogħol tiegħi u l-ħin illi jeħodli u għalhekk ma tantx nista' nippjana fit-tul għalissa. Fl-aħħar mill-aħħar, kollox għad jista' jiġri. Ritratt: James Bianchi lura għar-rebħ tal-Kampjonat Għawdxi Twieled Ħaż-Żebbuġ nhar il- 11 ta' Frar 1965. Huwa kowċ b'esperjenza kbira l-futbol Malti li matul dan l-istaġun irnexxielu jwassal lil Xewkija Tigers għar-rebħ tal- Kampjonat Għawdxi. Huwa wkoll il-kowċ tat-tim tan-nisa ta' Hibenians l Ikklassika t-tieni post tal- Kampjonat tan-Nisa. JESMOND ZAMMIT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017