Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776
Elezzjoni2017 7 Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum 2017 FITTIENI ġimgħa tal-kampanja elettorali, qed jidher kif Muscat, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, qed jagħżel numru ta' oqsma, li se jkun qed jitratta fil-kors tal- ġimgħa. Nhar it-Tnejn li għadda, Muscat ħabbar li l-proposti għal din il-ġimgħa kienu t-trasport, l-edukazzjoni, is-saħħa, in-negozju u l-ambjent. u x'qed jipproponi Joseph Proposti għan-Negozji Proposti fil-qasam tas-Saħħa Proposti fil-qasam tat-trasport Proposti fil-qasam edukattiv Proposti ambjentali • Il-limitu ta' VAT imħallas għan- negozji jitla' minn €14,000 għal €20,000. Dan ifisser li jekk persuna li għandha negozju żgħir tagħmel inqas minn €20,000, ma jkollhiex għalfejn tħallas VAT • Il-PL iwiegħed li jekk elett, ikun ta' eżempju fil-ħlasijiet lin-negozji. Fil-fatt, japplika direttiva tal-ħlasijiet b'lura u rati ta' interess fuq pagamenti b'lura lil dawn in-negozji • Jingħata trasport pubbliku b'xejn lit-tfal, pensjonanti, studenti u persuni b'diżabbiltà • Trasport pubbliku b'xejn lil min volontarjament jirrinunzja l-liċenzja tas-sewqan tiegħu • Servizz ta' Wi-FI b'xejn fuq il-karozzi tal-linja • Investiment fil-bus shelters, b'iktar sigurtà, aċċessibbiltà u teknoloġija • Rati ta' taxxi ta' reġistrazzjoni iktar vantaġġjużi għal karozzi li jħammġu inqas • Jinbeda trasport bil-baħar minn Buġibba, Ta' Xbiex, San Ġiljan, Tas-Sliema u Smart City fost l-oħrajn • Jinbnew żewġ sptarijiet biswit Mater Dei: wieħed għall-kura mentali u wieħed għall-omm u t-tarbija. Dan minbarra parkeġġ ta' ħames sulari b'iktar minn 600 parkeġġ • Jinbnew tliet ċentri tas-saħħa ġodda, biex jittaffa l-piż minn fuq l-isptar ċentrali: wieħed f 'Raħal il-Ġdid, wieħed f 'Ħal Kirkop u l-ieħor fit- tramuntana tal-pajjiż • Jingħataw b'xejn il-mediċini kollha tal-kanċer waqt li jiżdiedu dawk għad- dijabete, l-osteoporosi u tal-qalb fost l-oħrajn • Proposta ewlenija tal-PL hija li jinqatgħu l-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC u b'hekk isiru b'xejn. Il-PL qal kif dawn l-eżamijiet m'għandhomx ikunu ta' piż finanzjarju fuq il-familji. Dan filwaqt li l-istess eżamijiet se jkunu qed jibdew isiru fl-istess skola tal-istudent • Studenti ta' kull skola, kemm tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat jingħataw trasport lejn l-iskola tagħhom b'xejn b'superviżjoni, proposta li kienet diġà ġiet imsemmija fid-dokument tal-PN is-sena li għaddiet • Jiddaħħlu standards ta' gwida fuq il-piż massimu tal-basktijiet tal-iskola • Il-pagi tal-għalliema jogħlew, waqt li jitnaqqas l-ammont ta' xogħol biex l-attenzjoni tkun fuq l-istudenti, waqt li jiġu attirati l-aqwa nies lejn il- professjoni • Il-Gvern iwiegħed li l-protezzjoni ambjentali ssir parti mill-kostituzzjoni tal-pajjiż, bid-dritt għal azzjoni favur l-ambjent ikun parti mill-istess kostitzzjoni • Il-Partit Laburista wiegħed li jekk jiġi elett, ma jkun qed jagħmel l-ebda proġett pubbliku maġġuri f 'żoni barra miż-żoni tal-iżvilupp • Proġett ambizzjuż li qed iwiegħed li jagħmel il-PL fuq perjodu ta' 7 snin huwa dak tal- għeluq tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f 'Marsaskala. Dan għandu jsir fuq żewġ fażijiet, bl-ewwel waħda tinkludi rilokazzjoni tal-iskart domestiku lejn impjant ġdid fil-Magħtab u b'hekk ma jkunx hemm iktar sorsi ta' skart li jikkawżaw l-irwejjaħ. It-tieni fażi tkun qed tara r-rilokazzjoni tal-proċessi tal-oġġetti riċiklabbli. Minflok dan l-impjant, għandu jinfetaħ spazju miftuħ għall-familji