Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Elezzjoni2017 5 Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum 2017 x'jitilfu wara t-3 ta' Ġunju Għandu x'jitlef Keith Schembri? Apparti li huwa ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri huwa wkoll intraprenditur ta' suċċess kbir. Flus għamel kemm ried, beda mix-xejn u tela' 'l fuq. Dan apparti l-fatt li l-elezzjoni tal-2013 u anke din il-kampanja elettorali qed tipprovah bħala strateġista tajjeb u persuna li teċċella fil-marketing. Imma, jekk il-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni flimkien ma' Konrad Mizzi se jkun akkużat illi wassal għal telfa lill-partit li fuq kważi kull front kiseb riżultati. Il-Laburisti tal-partit, li ilhom fil-partit snin u li minn elezzjoni għall- oħra dejjem jitħabtu għall-partit mhux se jinsewha xi ħaġa bħal din. Jekk min-naħa l-oħra l-allegazzjonijiet kontrih ma jkunux ppruvati u l-PL jirbaħ l-elezzjoni, Schembri jkun jista' jgħid illi din kienet kollha kampanja ta' gideb fil-konfront tiegħu. Għal Schembri kollox se jorbot fuq żewġ affarijiet: ir-riżultat tal-elezzjoni u l-eżitu tal-inkjesta li issa qed titmexxa mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. Muscat diġà qal li f 'każ illi l-inkjesta ssib li hemm fejn jibdew proċeduri kriminali fil-konfront ta' Schembri, dan ikollu jirreżenja. Pullicino Orlando u Franco Debono Mhux xi sigriet illi r-relazzjoni bejn il-PN u żewġ eks Deputati tiegħu, Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono hija waħda ħażina jew non- eżistenti. Jekk fi tliett'iĦdud oħra jkun elett Gvern Nazzjonalista dawn, probabbilment, it-tnejn jitilfu kull kariga jew pożizzjoni li ngħatat lilhom minn dan il-Gvern. Pullicino Orlando jista' jgħid arrivederci lit-tmexxija tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) u Franco Debono lill-kariega bħala Konsulent tal-PM dwar ir-riforma fil-Ġustizzja. Naturalment it-tneħħija ta' dawn iż-żewġ eks Deputati Nazzjonalisti ma tkunx fuq bażi ta' meritokrazija, għax żgur illi Debono huwa kompetenti ħafna fil-qasam tal-Liġi u ħadd, qatt, lanqas il-PN ma kkritika il-ħidma ta' Pullicino Orlando fl-MSCT. Imma tant għadha teżisti bruda bejn dawn it-tnejn u l-PN, li m'hemmx dubju illi l-attivisti tal-PN se jkunu qed jesiġu dawn it-tibdiliet. Cyrus u l-ambaxxaturi...pack your bags Mingħajr dubju illi, jekk elett mill- ġdid il-PN, fl-ewwel sigħat Cyrus Engerer, eks Nazzjonalist ukoll, ikollu jippakkja u jinżel lura Malta, minn Brussell fejn qiegħed jaħdem f 'Dar Malta bħala Mibgħut Speċjali. Bħal Debono u Pullicino Orlando, Engerer huwa kkwalifikat biex jokkupa l-kariga li għandu u dwar dan ftit, jekk xejn hemm min jiddubita. Imma għal darb'oħra bejn il-PN, Cyrus Engerer u ħafna mill-familja Slimiża Nazzjonalista nħolqot xi ftit tensjoni mhux ħażin. Il-PN ma ħafirhiex lil Engerer tant li beda l-kampanja elettorali b'attakki sottili jew inqas sottili fuq Engerer. Ma' Engerer jingħaqdu l-Ambaxxaturi kollha li sabu posthom f 'ambaxxati, fosthom u speċjalment Norman Hamilton, Ray Azzopardi u Joseph Cuschieri. Il-Kummissarju Lawrence Cutajar...ma kienx fenek! Jekk il-PN ikun elett fil-Gvern, kif wiegħed diġà Busuttil, il-Kummissarju preżenti Lawrence Cutajar jitneħħa mill-ewwel, jiġifieri dawn jistgħu jkunu l-aħħar ġimgħat tiegħu fil-kariga. It- tmexxija ta' Cutajar ftit jekk xejn ġiet ikkritikata sa qabel dak il-lejl meta kien qed jiekol ikla fniek mal-ħbieb fl-istess mumenti li Daphne Caruana Galizia għamlet l-allegazzjonijijiet dwar Egrant. Busuttil diġà għamilha ċara biżżejjed drabi li m'għandux fiduċja f 'Cutajar u li fl-ewwel sigħat tiegħu bħala PM 'jaqtagħlu rasu'. John u Jason....taħt il-mannara wkoll? John Bundy u Jason Micallef ħelsuha xi ftit mill-baraxx ta' kritika mill-PN, anke jekk ġew appuntati mill-Gvern preżenti. Kemm Bundy kif ukoll Micallef, bħal Pullicino Orlando, Debono u Engerer, ikkwalifikati fil- qasam illi jinsabu fih. Ftit jiddubitaw il- kapaċitajiet ta' Bundy fil-PBS u Micallef bħala l-persuna li se tmexxi l-Belt Valletta lejn is-sena li fiha se tkun il-belt kapitali Ewropea tal-Kultura. Imma, min-naħa l-oħra, il-PN ma tantx jinsab f 'vena ta' kompromessi bħalissa u għalkemm akkuża bosta drabi lil Chris Cardona bil-'politika tal-mannara' l-PN qed jipprepara ħafna mnanar, jista' jkun li minkejja l-ħidma pożittiva tagħhom hemm waħda lesta għal Bundy (għax eks Nazzjonalist u fid-dawl ta' kritika ma taqtax dwar il-PBS) u Micallef (sempliċiment għax Laburist) It-tmexxija tal-PN tinżel kollha? F'każ li l-PN jitlef l-elezzjoni x'se jkun id-destin taż-żewġ Viċi Kapijiet, Beppe Fenech Adami u Mario De Marco? Dak ta' De Marco huwa mċajpar sew. B'attakki kontinwi fuqu minn ġewwa, minn dawk li prattikament għandhom il-partit taħt idejhom u issa bl-għajta illi l-elezzjoni li jmiss se tkun gomma biex inħassru l-memorja ta' Joseph Muscat bħala PM, De Marco jidher xi ftit jew wisq politikament 'maħruq'. Jekk il-PN jitlef, il-probabilità hija li De Marco jżarma mix-xena, għall-inqas għal perjodu ta' żmien. Fenech Adami, min-naħa l-oħra, filwaqt li xorta jkun parti minn tim ta' persuni li mexxew il-partit għal telfa oħra, jista' jkun li jingħata imbuttatura biex jieħu post Busuttil. Huwa sigriet magħruf li Fenech Adami għandu appoġġ qawwi mill-aktar nies b'saħħithom fil-PN. Dan ifisser illi filwaqt li De Marco ma tantx għandu x'jirbaħ, Fenech Adami jista' finalment jieħu vantaġġ mill- opportunità f 'każ li l-PN jitlef u jkun kandidat għat-tmexxija tal-PN. Mario Cutajar ... ras maqtugħa oħra Il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar jista' qed iħares lejn qtugħ ir-ras. Minkejja li ftit kien hemm kritika dwar il- kompetenzi tiegħu, il-PN fakkar illi dan kien jappoġġja lil Glen Bedingfield. Marlene...jew Ministru jew inkella barra mix-xena Persuna oħra illi qed tilgħab parti iktar ċentrali f 'din l-elezzjoni hija Marlene Farrugia. Minn kandidata tal- PN għall-kandidata tal-PL, imbagħad kap tal-PD u issa fuq il-lista tal-PN. Id-destin politiku ta' Farrugia se jiddependi fuq żewġ affarijiet: Min jirbaħ l-elezzjoni u jekk hi tkunx eletta. B'Muscat lura fil-Gvern, b'maġġoranza komda u mingħajr biżżejjed voti, Farrugia tispiċċa titlef il-qaleb u l-ġbejna. Dan ikun l-agħar xenarju għal Farrugia. Jekk eletta b'Muscat lura fil-Gvern, Farrugia tal- inqas jifdlilha s-saħħa ta' Deputata. L-aqwa prospett għal Farrugia huwa li tkun eletta u jitla' l-PN fil-Gvern b'maġġoranza żgħira. Ikollha s-saħħa ta' Deputat, ikollha s-saħħa morali li tgħid illi l-PD ikkontribwixxa għal rebħa tal-PN u jista' jkun li tispiċċa b'xi kariga fil-kabinett ukoll. Tista' saħansitra tkun is-siġġu differenza bejn partit u ieħor!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017