Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Trid li jingħatalha rendikont tad-donazzjonijiet li jaslu għand il-partiti politiċi Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-opinjoni li jkollha l-informazzjoni tal-fondi mhux Ewropej li l-partiti politiċi jakkwistaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew biex tkun tista' tagħmel awditjar aħjar ILQORTI Ewropea tal- Awdituri hija tal-fehma li jeħtieġ li jeżamina fondi li l-partiti politiċi jġibu minn sorsi oħra li mhux il- baġit tal-Unjoni Ewropea. Fil-preżent, fondi li l-partiti politiċi jirċievu minn sorsi oħra li mhux dawk Ewropej, mhumiex suġġett għall-awditjar tal- Qorti Ewropea tal-Awdituri, għaldaqstant minħabba l-interattività bejn il-fondi Ewropej u fondi minn sorsi oħra, din il-Qorti qed issostni li jista' jkun hemm il-ħtieġa li jeżaminaw fondi minn sorsi oħra fl-awditjar li tagħmel. Jekk din il- proposta tintlaqa' għadu mhux magħruf iżda kif din l-informazzjoni se tasal għand il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jekk hux mill-MEPs individwali, mill-Kummissjoni Elettorali tal-pajjiżi rispettivi jew inkella mill-Uffiċċji rappreżentattivi tal- Parlament Ewropew fil- pajjiżi rispettivi. Il-Qorti Ewropea tal- Awdituri waslet għal din l-opinjoni, li ppubblikat fil-jiem li għaddew, hekk kif fl-20 ta' Ottubru tal-2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew adottaw regolamenti ġodda dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi rappreżentati fil-Parlament Ewropew, dwar il-kundizzjonijiet għall-finanzjament tagħhom, l-aġġudikazzjoni u t-tqassim tal- fondi, donazzjonijiet u kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-kampanji elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawn kienu daħlu fis- seħħ aktar kmieni din is-sena fis-16 ta' Jannar u l-Kummissjoni Ewropea kienet ressqet proposti ġodda fit-13 ta' Settembru li għadda. Il-proposti tal-Kummissjoni huma parti mill-proposti l-oħra mressqa minn Frans Timmermans qabel l-elezzjonijiet li se jsiru fl- 2019. It-test kien approvat mill-Kumitat għall- Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew ix-xahar li għadda. Fl-opinjoni tagħha, il- Qorti Ewropea tal-Awdituri qed issostni li r-regolamenti dwar donazzjonijiet għall- iffinanzjar tal-kampanji politiċi għandhom jissaħħu, wara numru ta' skandli li ġew irrappurtati f 'dawn l-aħħar sentejn. Dawk li kienu ġew irrappurtati fil- midja kienu jikkonċernaw allegazzjonijiet ta' frodi fuq fondi li rċevew xi MEPs, allegazzjonijiet oħra dwar fondi pubbliċi li ntefqu llegalment minn partiti li kienu kontra l-Unjoni Ewropea u kuntratti li ngħataw mingħajr trasparenza lil persuni wara li taw donazzjonijiet lill- partiti. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri iżda qed tinnota li l-proposti kif imressqa mill-Kummissjoni mhux se jirregolaw id- donazzjonijiet diretti jew indiretti. Fil-preżent it-'threshold' għall-kofinanzjament jitlob li l-partiti politiċi u fondazzjonijiet oħra fl-Unjoni Ewropea jridu jiġbru fi 15% f 'fondi qabel ma jkun possibbli li jakkwistaw fondi Ewropew. Il-Kummissjoni iżda qed tipproponi li t-'threshold' tonqos minn 15% għal 10% għall-partiti politiċi u sa 5% għall-fondazzjonijiet. Il-Qorti Ewropea qed taqbel ma' dawn il-proposti sabiex jonqos ir-riskju li jkun hemm prattiċi mhux mixtieqa biex jinġabru fondi però huma wkoll tal-opinjoni li jiżdiedu s-sanzjonijiet f 'każ ta' illegalitajiet imwettqa mill- partiti politiċi. Ġie propost li dawn ikunu severi u ma jkunx hemm limitu ta' multi massimi. Fil-preżent dawn il-multi jammontaw għal 10% tal-baġit annwali tal- partit konċernat. Għalkemm għandu ma bediex jiffunzjona, l-Uffiċċju Ewropew tal- Prosekuzzjoni Pubblika (EPPO) se jintalab jinvestiga allegat abbuż ta' fondi Ewropej mill-partiti politiċi. Ir-regoli l-ġodda kienu ġew approvati mill- Kumitat tal-Parlament Ewropew bi 19-il vot favur, tnejn kontra u żewġ astensjonijiet. Il-KE ressqet proposti biex ikun hemm aktar trasparenza għall-mod kif il-partiti jakkwistaw il-fondi Jekk hux mill- MEPs individwali, mill-Kummissjoni Elettorali tal-pajjiżi rispettivi jew inkella mill-Uffiċċji rappreżentattivi tal- Parlament Ewropew fil-pajjiżi rispettivi Fl-opinjoni tagħha, il-Qor ti Ewropea tal- Awdituri qed issostni li r-regolamenti dwar donazzjonijiet għall-iffinanzjar tal- kampanji politiċi għandhom jissaħħu, wara numru ta' skandli li ġew irrappur tati f 'dawn l-aħħar sentejn jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino