Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum 19 19 H ija tradizzjoni b'saħħitha u tajba ħafna li fil-ġranet tal- Milied wieħed jevita li jiddiskuti materji ta' kontroversja politika. M'iniex beħsiebni nikser din it-tradizzjoni. Xtaqt għalhekk naqsam xi ħsibijiet magħkom ispirati mill-Milied. Il-presepju Malti f 'Betlehem Kos toqgħod taħseb, bħalissa hemm biċċa minn Malta propju fil-post fejn twieled Ġesù elfejn sena ilu. Aħna u nkantaw l-innijiet tal-Milied spiss insemmu Betlehem u Ġerusalemm. Propju f 'Betlehem, li tant insemmu fiż-żmien tal-Milied, hemm il-presepju Malti li jilqa' tant viżitaturi f 'dawn il-jiem qaddisa. Id-dwejjaq tiegħi hu li proprju f 'dan il-post fejn twieled Ġesù ma hemmx il- paċi, imma hemm it-tensjoni u l-qtigħ il-qalb. L-Iżrael u l-Palestina – żewġ popli li tant batew matul is-snin u tant ħaqqhom tifħir għas- sagrifiċċji kbar li għaddew minnhom – mhumiex jirnexxilhom isibu mezz kif jgħixu flimkien fis-sliem. It-Teatru Manoel Il-ġimgħa li għaddiet mort it-Teatru Manoel biex nimmarkaw ix-xogħol estensiv li sar fl-aħħar disa' xhur. Dan ix-xogħol tant avvanza li l-Manoel reġa' fetaħ il-bibien tiegħu u lbieraħ filgħaxija bdiet mill-ewwel il-panto fejn ninsab konvint li ħafna tfal u ġenituri ħadu ħafna gost flimkien u daħku daħka jew tnejn flimkien. Tidħol fit-Teatru Manoel qisek dħalt f 'dinja oħra. Kull darba li nidħol ngħid kemm hu sabiħ – x'ġojjell ħallewlna missirijietna u x'piż għandna aħna li nkomplu nieħdu ħsiebu. Matul l-istaġun li ninsabu fih in-nies se tibda tapprezza l-vantaġġi li ġabu magħhom l-investiment ta' €1.8 miljun li sar b'fondi Ewropej – terġa' din l-esperjenza se tkompli titjieb u ssir aħjar. Fi ftit ġimghat tibda tintuża s-sistema l-ġdida ta' klimatizzazzjoni u jitwaħħlu siġġijiet ġodda (li hemm bħalissa huma temporanji għal matul il-panto). Il-management u ħaddiema li jaħdmu fit-Teatru ħaqqhom kull tifħir. Tista' titkellem magħhom u jgħidulek kemm kien hemm bżonn li jsir ix-xogħol ta' restawr u juruk ritratti ta' affarijiet li kienu waqgħu lura. Issa dawn kollha saru. Kull min imur il-panto – awguri minn qalbi u ħudu gost Sens ta' ġustizzja Il-Milied ifakkarna wkoll fit-tiftixa għall-ġustizzja. Ġesù twieled fostna biex iġib il-bidla. Ma twelidx fostna biex kollox jibqa' l-istess għax kieku ma kien jitwieled xejn. Il-bidla meta tagħsarha tfisser sens aħjar ta' ġustizzja. Sewqan responsabbli Lil hinn mis-sentimenti filosofiċi jew ħsibijiet akkademiċi, żmien il-Milied għandu wkoll l-aspetti materjali tiegħu. Il-festini tax-xogħol u l-ħarġiet li jsiru f 'dawn iż- żminijiet ma jistgħux jiġu traskurati. Hija ħaġa sabiħa li n-nies tiltaqa', tieħu pjaċir flimkien u tissoċjalizza. Li mhuwiex sabiħ huwa li n-nies isuqu wara li jkunu ilhom xi nofstanhar jixorbu- għaliex jistgħu jweġġgħu huma u jistgħu jwweġġgħu lil nies oħrajn. Kif tafu aħna daħħalna pakkett ta' emendi għal-liġijiet tat-traffiku b'seħħ mill-1 ta' Diċembru- proprju qabel l-istaġun tal-festi. Infakkar li bil-liġi l-ġdida min jinqabad isuq taħt l-effett tax-xorb se jkun qed jilgħab ma' konsegwenzi serjissimi. Infakkar ukoll li apparti l-Pulizija anke l-wardens ngħataw rwol – għad li mhux daqs tal-Pulizija – fejn jidħlu breathyliser tests. Fl-aħħar nett infakkar fis-sistema tal-punti. Ibżgħu għat-tnax-il punt għaliex jekk tilħqu tnax-il punt fi tnax-il xahar titteħdilkom il-liċenzja tas-sewqan. Aħjar uff milli aħħ. Ibżgħu għalikom u għal nies oħra. L-Italja L-Italja huwa l-pajjiż ġar tagħna – bieb u għatba. Dak li jiġri fl-Italja jaffettwa lil Malta u lit-Taljani nħobbu nsegwu t-televiżjoni tagħhom u l-kultura tagħhom. Mal-Italja għandna relazzjoni eċċezzjonali. Fil-qasam tal- ġustizzja nemmen li hija aqwa minn qatt qabel. Ġie jarani l-Ministru għall-Ġustizzja Taljan Andrea Orlando u flimkien miegħu ħejjejna dak kollu li hemm bżonn biex insaħħu l-koperazzjoni fil-qasam tal- Ġustizzja. Hawn kriminali li jiċċirkolaw bejn l-Italja u Malta jew viċe versa b'tebqa' t'għajn. Aħna rridu nkunu veloċi daqshom jew iktar minnhom biex inkissru x-xibka ta' kriminalità li jkunu qed jinsġu. Flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza… u se nkomplu nagħmluha. Kunċerti tal-Milied Bħal dan iż-żmien fid-diversi rħula jsiru kunċerti tal-Milied fejn ħafna drabi jingħataw ċans idoqqu l-allievi jew studenti li għadhom żgħar. Niggustahom wisq. Toqgħod tqis – kemm isir xogħol ta' ġid mal-familji bis-saħħa tal-baned fil- kommunitajiet. Kieku ma kienx għall-baned dawn it-tfal kollha qatt ma missew strument bi jdejhom. U kollox volontarjat. Fejn jidħlu s-Surmastrijiet u l-assistenti tagħhom jieħdu ammont żgħir ħafna. Il-poplu għandu għalfejn ikun grat għax-xogħol enormi li jsir. Awguri F'dawn il-jiem sibna ftit ħin sabiex bejnietna fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nawguraw lil xulxin il-Milied it-Tajjeb. Bħal dan iż-żmien sena kien seħħ il-hijack u allura wieħed jista' jimmaġina x'sitwazzjoni kienet. Din is-sena kienet differenti. L-istaff tiegħi hu meraviljuż – jieħu paċenzja ħafna bija u jieħdu l-affarijiet bis- serjetà. M'għadnix kliem biex nirringrazzjahom kollha għax weħidna ma nagħmlu xejn. Nirringrazzja wkoll lid- diretturi u l-ħaddiema kollha fl-entitajiet li jagħmlu xogħol kruċjali. Grazzi wkoll liż-żewġ Segretarji Parlamentari Silvio Parnis u Deo Debattista li minn din is-sena bdew jifformaw parti mill- Ministeru. Qed nagħmel ħilti kollha biex dak kollu li naf fejn tidħol amminsitrazzjoni ngħaddih lil Silvio u Deo u jien tgħallimt ħafna mingħandhom fejn tidħol ħidma distrettwali u l-kuntatt man-nies. Dawn huma żewġ muturi ma jieqfu qatt u nħossni xxurtjat li naħdmu flimkien tant tajjeb. Awguri minn qalbi u grazzi lil kull min ikkontribwixxa matul din is-sena. Inħossni privileġġjat kull sekonda tal-ġurnata li qed naħdmu flimkien. Awguri lill-editur ta' dan il-ġurnal, lill-ħaddiema ta' Mediatoday u lill-qarrejja kollha. Milied mingħajr politika OWEN BONNICI Il-Presepju Malti f 'Betlehem Ritratt meħud mill-paġna ta' Facebook ta' Manwel Grech L-Iżrael u l-Palestina – żewġ popli li tant batew matul is-snin u tant ħaqqhom tifħir għas-sagrifiċċji kbar li għaddew minnhom – mhumiex jirnexxilhom isibu mezz kif jgħixu flimkien fis-sliem. Opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017